Illum previous editions

ILLUM 23 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 19

aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum MATTHEW FARRUGIA Is-sitwazzjoni ta' qtugħ ta' dawl li ddominat l-aħbarjiet fl-aħħar jiem li ħalliet eluf ta' djar u negozji bla dawl waqt mewġa ta' sħana qawwija u li qisha ma trid tispiċċa' qatt, kienet ġejja kawża ta' temperaturi li telgħu b'mod sinifikanti fi żmien qasir. Din kienet l-ispjegazzjoni li ngħatat lil din il-gazzetta wara mistoqsijiet dwar dak li kkawża l-ħsarat f 'numru ta' cables madwar il-pajjiż, fejn ngħatat spjegazzjoni teknika minn Enemalta. Hawn intqal li kull cable f 'Malta huwa twil bejn 300 u 400 metru u biex dawn jingħaqdu flimkien permezz ta' apparat li jirreferu għalih bħala "ġonta." "F'Malta hawn mal-14,000 ġonta taħt l-art," spjegat l-Enemalta, hekk kif ġie nnutat li filwaqt li l-cables ta' taħt l-art tipikament ikollhom ħajja twila, il-ġonot ħafna drabi jdumu inqas snin sakemm jibdew jesperjenzaw xi ħsarat. Inġinier mill-Enemalta li tkellem ma' din il-gazzetta stqarr li f 'temperaturi normali, il-cables ikollhom l-elettriku għaddej minn ġo fihom u għalhekk jibdew jisħnu, u s-soltu matul is-sena, is-sħana minn mal-cables tinfirex fl-art li tipikament ma tkunx sħuna daqs kemm kienet fl-aħħar jiem. Li ġara fl-aħħar jiem kien li t-toroq bdew jisħnu esternament minħabba s-sħana kbira li qiegħed jesperjenza l-pajjiż, u apparti minn hekk, peress li aktar u aktar nies bdew jagħmlu użu mill-elettriku anke sabiex itaffu mis-sħana, il-cables ukoll bdew jisħnu f 'ħin qasir. Minħabba f 'hekk, is-sħana mhux talli ma bdietx tinfirex fl-art, iżda bdiet tiżdied, u b'hekk f 'erbat ijiem kien hawn 42 ħsara f 'numru ta' cables u ġonot madwar il-pajjiż. Hawn intqal li dawn il-ġonot ma jistgħux jinbidlu sakemm ma jkollhomx il-ħsarat, u għalhekk, anke bil-moniteraġġ ta' dan l-apparat tul is-sena kollha kien ikun diffiċli biex jinbidlu qabel bdiet il-mewġa ta' sħana li qed nesperjenzaw. Issa, il-ġonot li kellhom il-ħsara qed jiġu mibdula minn ġonot ġodda u aktar moderni, iżda minkejja dan l-Enemalta xorta ma tistax tgħid biċ-ċert li mhux se jibqa' jkun hemm qtugħ fid-dawl, hekk kif skonthom, "jista' jkollok l-aqwa karozza lussuża, imma xorta hemm iċ-ċans li jkollha 'puncture'." Dawn il-ħsarat ġew deskritti bħala "bla preċedent," mill-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta Jonathan Cardona, li nnota kif mhux dawn il-ħsarat biss kienu affarjiet bla preċedent li esperjenzat il- kumpanija tal-enerġija. Fil-fatt, huwa nnota li mis-sena l-oħra sa din is-sena, id-domanda għall- elettriku għoliet bi 8%, li huwa aktar mid-doppju taż-żieda li tiġi nnutata kull sena, hekk kif fil-maġġoranza tas-snin, iż-żieda tkun ta' madwar 3% biss. Dan wassal għal sitwazzjoni ta' inċertezza fl-aħħar jiem ta' din il-ġimgħa, hekk kif fost l-oħrajn, numru ta' nies tkellmu mal- ILLUM dwar dak li esperjenzaw minħabba l-problemi fil-provvista tad-dawl. Fost l-oħrajn, uħud qalu li numru ta' persuni kellhom jidħlu għax-xogħol mingħajr ma jkunu raqdu, hekk kif fil- lokalitajiet tagħhom, id-dawl inqata' għall-ħabta tal-11:00pm u r-residenzi tagħhom baqgħu mingħajr arja kundizzjonata sas-6:00am, u minħabba s-sħana fenomenali ma setgħux jorqdu. Oħrajn stqarru ma' din il- gazzetta li kellhom jorqdu fil- karozzi tagħhom għall-arja kundizzjonata, filwaqt li dawk li jgħixu f 'lokalitajiet fejn id- dawl dam maqtugħ għal aktar minn 24 siegħa raqdu xi ljieli f 'lukandi. Instemgħu ukoll stejjer ta' ristoranti li kellhom jgħidu lill-klijenti tagħhom biex jerġgħu jiġu darb'oħra, hekk kif mingħajr dawl, l-ikel beda jiskadi kellhom jarmu bosta ingredjenti. Intant, biex jiġu indirizzati dawn il-problemi, il-Ministru għall- Enerġija Miriam Dalli ma eskludietx li se jkun hemm kumpens li jmur 'lil hinn mill-kumpens għall-apparat li sofra xi ħsara minħabba l-provvista tad-dawl. Hija qalet li l-kumpens qed jiġi diskuss b'mod speċjali għal dawk li qattgħu numru ta' siegħat bla dawl, iżda sa issa ma tat ebda dettalji oħra. Fl-aħħar żviluppi sal-ħin meta inkiteb dan l-artiklu, intqal li l-Ġimgħa filgħaxija ġew irreġistrati seba' ħsarat oħra fil- cables ta' taħt l-art, u minħabba f 'hekk u ħsarat oħra, partijiet mil-lokalitajiet ta' Ħad-Dingli, l-Imdina, ir-Rabat, L-Imtarfa, Ta' Qali, il-Kalkara, il-Birgu u Bormla f 'Malta, kif ukoll iż- Żebbuġ, ix-Xagħra u n-Nadur f 'Għawdex sofrew problemi bil- provvista tad-dawl. Apparti minn hekk saru diskussjonijiet bejn il-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li għaldaqstant se joffri minnufih servizz temporanju ta' Day Respite lill-anzjani milquta li għandhom aktar minn 65 sena. Dan is-servizz ta' matul il-jum se jingħata fir-Residenza San Vincenz u fid-Dja tal-anjazni kif ukoll f 'Dar Padova f 'Għawdex. Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva wegħdet ukoll li se jagħmel minn kollox biex l-anzjani jiġu offruti post qrib il-lokalità tagħhom. Se jkun qed jiġi offrut trasport ukoll. Żgur mhux forsi taf lil xi ħadd jew kont int stess li għaddejt minn esperjenza xejn sabiħa fl-aħħar jiem minħabba l-qtugħ fil-provvista tad-dawl li laqat diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex, u għalhekk kienu bosta li staqsew għar-raġuni wara din is-sitwazzjoni gravi li ħakmet lil pajjiżna fl-aħħar jiem. Persuni li tkellmu ma' din il-gazzetta stqarru kif is-sħana li għolliet rasha f'daqqa u d-domanda bla preċedent għall- enerġija kienu raġunijiet prinċipali wara l-ħsarat li ħallew lil bosta b'ilsienhom barra Sħana tremenda u domanda għolja wasslu għall-ħsarat fl-infrastruttura tal-Enerġija Matul l-aħħar jiem bejn 40 u 50 ħaddiema tal-Enemalta kienu mifruxa mal-pajjiż fi sħana liemabħala biex jirranġaw il-ħsarat li wasslu għll-qtugħ fid-dawl

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 July 2023