Illum previous editions

ILLUM 8 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509249

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

L-ILLUM tintervista lil Peter Agius www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • NRU 886 SONDAĠĠ MALTATODAY Join our team of property consultants and let's grab success together! ACHIEVE ONE STRIKE AFTER ANOTHER franksalt.com.mt/befrank PAĠNA 16 Il-PN il- qorti fuq liċenzji mhux imħallsa L-Awtorità tax-Xandir fetħet kawża lill-media tal-Partit Nazzjonalista wara li kienu njorati snin ta' twissijiet biex jitħallsu l-liċenzji dovuti mill- media.link lill-istess awtorità. Minn tagħrif li għandha l-gazzetta ILLUM jirriżulta li dan ir-rikors ddaħal fil-qorti fl- aħħar ġimgħat u fiha qed jintalab li l-Partit Nazzjonalista jħallas b'mod immedjat is-somma ta' €68,000. PAĠNA 5 PAĠNA 4 Astensjoni qawwija ta' Laburisti, bozza ħamra għal Robert Abela Astensjoni qawwija fost l-elettorat Laburista qed twassal biex il-Partit Nazzjonalista jgawdi vantaġġ minimu ta' kwazi 5,000 vot fuq il-Partit Laburista. Dan joħroġ minn sondaġġ ippubblikat fil-gazzetta MaltaToday illum. Dan ifisser li għalkemm il-Partit Nazzjonalista mhux qed iżid il-voti tiegħu, hu qed jibbenefika minn astensjoni ikbar fil-kamp oppost biex jibni vantaġġ zgħir li għadu fil-margin of error tas-sondaġġ. L-istħarriġ qed juri li l-ammont ta' votanti Laburisti li mhux se jivvutaw huwa ferm ikbar mill- ammont ta' votanti Nazzjonalisti li mhux se jivvutaw. Waqt li 29% tal-votanti li vvutaw għall-Partit Laburista fl-2022 mhux beħsiebhom jivvutaw, il- persentaġġ ta' votanti Nazzjonalisti li mhux se jivvutaw huwa ta' 14%. Dan iwassal biex il-Partit Nazzjonalista jżomm 77% tal- votanti tiegħu fl-2022 waqt li l-PL iżomm biss 58% tal-votanti tiegħu fl-aħħar elezzjoni ġenerali. B'mod ġenerali, l-istħarriġ qed juri li huma biss 69% tal-votanti li beħsiebhom jivvutaw. Jekk dan jirrepeti ruħu f 'elezzjoni ġenerali, jirriżulta fl-iktar turnout baxx fl- istorja ta' Malta mill-1947 'l hawn. It-turnout diġà kien naqas minn 92% fl-2017 għal 86% fl-2022 u l-istħarriġ jindika li l-ammont jista' jkompli jiżdied. L-istħarriġ juri wkoll li l-maġġoranza relattiva tal-votanti (41%) m'għandhomx fiduċja la f 'Robert Abela u lanqas f 'Bernard Grech. Madankollu Abela xorta jgawdi vantaġġ qawwi ta' 19-il punt fuq Grech. Ir-raġuni ewlenija għal dan id-distakk hu l-fatt li nofs il-votanti Nazzjonalisti m'għandhomx fiduċja fl-ebda wieħed miż-żewġ mexxejja. L-istħarriġ ippubblikat mill- MaltaToday huwa l-ewwel wieħed li qed isir b'metodoloġija aġġornata. Waqt li nżamm l-istess metodu xjentifiku fl-għażla tal-kampjun, ir-riżultat qed jiġi ppreżentat bħala wieħed elettorali li juri r-riżultat fost dawk li beħsiebhom jivvutaw u li ddeċidew lil min jivvutaw. Qed jintuża wkoll metodu ta' imputazzjoni li permezz tiegħu bis-saħħa ta' tweġibiet għal mistoqsijiet oħra inklużi fis- sondaġġ, votanti li ddikjaraw li huma indeċiżI, fejn hu possibbli jiġu allokati ma' partit jew ieħor. Ebda tip ta' stipendju jew għajnuna għal min isegwi kors tal-bdoti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 October 2023