Illum previous editions

ILLUM 8 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509249

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I llum fil-gazzetta oħt MaltaToday qed jiġi ippubblikat stħarriġ poli- tiku. Serje ta' sondaġġi li bdew minn 2002. L-ewwel sondaġġ wara tlett xhur fl-Lulju ta' din is-sena wara l-protesta nazzjonali dwar il-mewt ta' Jean Paul Sofia, il-qtugħ tad-dawl u ilma, l-kriżi tal-ġbir ta' skart, il-kwistjoni tal-liċenzjar tas-sewqan, il-karba ambjentali u t-togħma ħażina fil-kamp politiku. Dakinhar meta fis-sondaġġ diġa kien hemm indikazzjoni ċara li kien hemm eluf ta' laburisti li qed igħidu li mhux ser jivvutaw għal partit tagħhom. Dan wassal biex għall-ewwel darba f 'għexieren ta' snin il-PN qabeż il-PL bħala partit li jista jiggverna. Issa qed naraw li l-PN għat-tieni darba u bi ftit u in fila qed jaqbeż ftit il-Labour. Imma mhux għax kien hemm migrazzjoni kbira mill-Labour għall- PN, iżda għaliex il-votant Laburist qed igħid li ma jridx jivvota. Huwa ċar ukoll li f 'dan l-istħarriġ xorta waħda qed jagħti vantaġġ lil Prim Ministru Robert Abela bħala fiduċja b'kuntrast mal-kap tal-PN Bernard Grech. Iżda dan kollu jista jinbiddel jekk minflok Bernard Grech ikun hemm xi ħadd ieħor bħal per ezempju Roberta Metsola. Ir-risposta għal ħafna mistoqsijiet dwar għalfejn ħafna laburisti ma jridux jivvutaw hija marbuta ma' ħafna fatturi. Fuq kollox hemm l-impressjoni li dan hu gvern li ma jagħtix każ u li ma jafx jiddeċiedi. Imbgħad hemm il-fattur li ħafna laburisti li kien fiċ-ċentru ġew imwarrba. It-tielet li hemm ħafna deċiżjonijiet li urtaw in-nies. U r-raba li hemm rabja għal Partit Laburista minn Laburisti stess. B'reazzjoni għal din ir-realta' l-Gvern u l-partit Laburista għamel ftit li xejn. Safrattant lanqas kien huwa kapaċi igħaddu messaġġ li qed jisimgħu l-karba tan-nies u l-weġgħat tagħhom. Imbgħad meta kien hemm indikazzjoni li kien ġej reshuffle, tal- kabinett assistejna għall-iskandlu dwar il-liċenzji tas-sewqan. Dan l-episodju sfratta mhux ħażin il-pjanijiet ta' Robert Abela li jagħmel bidla fil- kabinett. Is-sondaġġi mhumiex vanġelu imma jagħtu indikazzjoni ċara fejn ikun sejjer partit jew inkella politiku. Jidher ċar li l-Partit Laburista jrid jara x'ser jagħmel. U l-Partit Nazzjonalista jrid jifhem li biex jirbaħ dawk il-votanti tan-nofs irid ibiddel min qed imexxi il-partit. Li huwa ċar ħafna li jidher li ż-żewġ partiti għandhom sfidi kbar quddiemhom. Sfidi kbar quddiemhom

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 October 2023