Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510559
02 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' OTTUBRU 2023 • illum 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan il-qamar kwinta ta' żodjaku ta' Scorpio għalik Libra ser tkun ġimgħa ta' aktar ħidma lejn tqassim aħjar dwar il-proġetti li int għaddej minnhom. Int taf li b'dawn il- proġetti hemm ħafna ħsibijiet u deċiżjonijiet, għalhekk ikun tajjeb li tagħraf it-tqassim tagħhom sabiex kollox jibqa' miexi kif finalment tixtieq int. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal-21 ta' Novembru F'dan il-qamar kwinta ta' żodjaku ta' Scorpio għalik l-istess Scorpio ser tkun ġimgħa li trid tkompli twettaq dik id- determinazzjoni tiegħek lejn it-tlajja li int għandek quddiemek, għalkemm qed tesperjenza dan, int ma tridx taqta' qalbek iżda żżid id-determinazzjoni sabiex turi kemm int persuna li kontra kollox tasal fejn tixtieq. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-qamar kwinta ta' żodjaku ta' Scorpio għalik Sagittarius ser tkun ġimgha li int trid tħejji għal dawk il-bidliet li hemm resqin lejk , dan tajjeb li tagħraf tħejji sabiex ma jkunx hemm xi konsegwenzi li jistgħu jfixklu il- proċess li int tixtieq, għalhekk għaraf ħejji sew sabiex tadatta ma' dan il-bdil. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-qamar kwinta ta' żodjaku ta' Scorpio għalik Capricorn ser tkun ġimgħa ta' għarfien profond lejn it- tqassim finanzjarju tiegħek minħabba li kellek ħafna infieq minħabba dak li int esperjenzajt. Issa għandek twettaq analiżi profonda ta' kif ser tkun qed tqassam il-bilanċ finanzjarju tiegħek hekk twettaq bilanċ aħjar. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-qamar kwinta ta' żodjaku ta' Scorpio għalik Aquarius ser tkun ġimgħa fejn trid tagħraf issib aktar bilanċ għall-ħin għalik, dan int taf li qed tesperjenza ħafna ħin, kemm fil-karriera kif ukoll f 'impenji oħra għalhekk trid tieqaf it u tara kif tista' toħloq bilanċ bejn dan u il-ħin għalik. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste IL-QAMAR KWINTA WAQT IŻ-ŻODJAKU TA' SCORPIO MILL-HADD 29 TA' OTTUBRU SAS-SIBT 4 TA' NOVEMBRU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-qamar kwinta ta' żodjaku ta' Scorpio għalik Aries ser tkun ġimgħa li int trid tagħraf l-aħjar triq għalik , ma tistax aktar tibqa' f 'salib it-toroq għax dan issa jista' joħloq diversi konsegwenzi għalhekk issa għaraf biss fuq dik id-direzzjoni ideali sabiex it-tkattir tiegħek ikompli jseħħ. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-qamar kwinta ta' żodjaku ta' Scorpio għalik Taurus ser tkun ġimgħa ispirata fuq dak li int irnexxilek twettaq tul dawn l-aħħar xhur għalhekk ikun tajjeb li tanalizza dan kollu sabiex minn issa 'l quddiem tkun kapaċi ssib dik l-aħjar soluzzjoni fil-miri li int għandek pjanati . Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste Gemini mill-28 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-qamar kwinta ta' żodjaku ta' Scorpio għalik Gemini ser tkun ġimgha li tagħmlek tippjana aħjar dwar l-organizzazzjoni tiegħek , taf li minħabba il-ħafna impenji li int għandek hemm bżonn ta' skeda aktar organizzata għalhekk issa għandek dan iż-żmien sabiex tkun kapaċi twettaq skeda aktar ideali għal dak li int tixtieq. Gemini huma magħrufin għall-flessibiltà tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-21 Ta' Lulju F'dan il-qamar kwinta ta' żodjaku ta' Scorpio għalik Cancer ser tkun ġimgħa ta' għarfien aħjar il- ħiliet tiegħek issa tista' tagħraf liema ħila partikulari int ser tkun aktar qed tħaddan, din tista' tkun direzzjoni pożittiva kemm għal dak li int għandek pjanat kif ukoll għal dak li hemm riesaq lejk, analizza b'għaqal. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-qamar kwinta ta' żodjaku ta' Scorpio għalik Leo ser tkun ġimgħa li tagħmlek tagħraf kemm issa din ir- responsabbilità li dħalt għalija kemm ser tkun qed tiaħlek diversi toroq, toroq li qabel qatt ma kellek esperjenza tagħhom iżda żgur li int kapaċi tiffaċċja dak kollu li hemm ġej lejk għalhekk għaraf sew. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Namaste SEBA VOUCHERS TA 7€ GHALIK L-ewwel seba qarrejja li jibattu Sms fuq 79495804 ser ikunu qed jingħataw Voucher ta 7€ li jissarf fil Pubblikazjonjiet ta PaulJon. L-ewwel seba qarrejja li jibatu Sms fuq 99013600 ser jintaw Voucher ta 7€ li jissarf ma Free Fitness Class ma Graziella Miruzzi. Grazzi tal appogg TIEGHEK ghal din il pagna Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON Pisces mid-19 ta' Frar sal- 20 ta' Marzu F'dan il-qamar kwinta ta' żodjaku ta' Scorpio għalik Pisces ser tkun ġimgħa li taspira aħjar lejn is-saħħa tiegħek , tajjeb tara kif tista' taddata kemm il-mod tal-palatt tiegħek kif ukoll xi forma ta' eżerċizzju, b'hekk grazzi għal dan il- bilanċ int tkun kapaċi żżomm is-saħħa f 'dak il- livell stabbli. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru. F'dan il-qamar kwinta ta' żodjaku ta' Scorpio għalik Virgo ser tkun ġimgħa ta' għarfien profond ta' kemm l-imħabba hi importanti li tkun ibbilanċjata aħjar, minnmindu int bdejt tibbilanċja l-imħabba tiegħek, int bdejt tesperjenza aktar trankwillità madwarek għalhekk issa li sibt dan kompli miexi fuq l-istess linja. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste