Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510559
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 29 TA' OTTUBRU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Ħ add ma jista jiem kif ħadd mill-kabinett ma ħaseb li dan kien 'scam' mill-bidu sa' l-aħħar. L-imħuħ ta' din l-is- cam kienu Muscat u Schembri. Konrad Mizzi kien il-pastaż tagħhom li jieħu d-deċiżjonijiet. Dan il-ehim miżgħud bil-qerq ma ta ebda valur lill-poplu Malti li ħallas għalih, u bbenefika biss lil dawk b'intenzjonijiet li jħaxxnu buthom. Ram Tumuluri u Mark Pawley, id- diretturi ta' Vitals kienu fost dawk li bbenefikaw bil-kbir, hekk kif ħadu miljuni minn fondi pubbliċi u għadhom jgħixu ħajja ta' lussu. Tlifna snin twal fil-qasam tas-saħħa f 'pajjiżna. Wieħed jista' jara dan f 'Għawdex, hekk kif sena wara sena, l-Għawdxin għadhom bil-wegħda vojta ta' sptar ġenerali ġdid. Il-fatt li Robert Abela xorta waħda jagħżel li jiddefendi l-ehim billi jsemmi l-it li Steward għamlu f 'pajjiżna minn dak li kien obbligat minnhom juri li huwa maqtugħ mir-realtà. Min-naħa l-oħra, l-iskuża ta' Chris Fearne li elementi minn dan il-ehim saru min-wara daru ma jfissirx li m'għandux għal xix iwieġeb. Għalfejn il-Gvern kellu jistenna lil Adrian Delia biex jiaħ kawża? Huwa possibbli li l-Gvern Laburista ma kellux ħjiel ta' dan il-qerq? U kif jista' dan il- Gvern ma jistħix jibqa' jsostni li kien hu li ġab l-isptarijiet lura minn Steward? Abela jeħtieġ jiskuża ruħu quddiem il- poplu Malti. Bħal kif kien għamel fl-2021 meta skuża ruħu f 'isem l-istat għall- fallimenti li wasslu għal qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Abela għandu bżonn ibaxxi rasu u jitlob skuża għall-wieħed mill-akbar skandli li ra pajjiżna fl-aħħar snin. Id-diskors tiegħu fil-Parlament wera li ma kellu l-ebda rimors. Anke f 'kummenti li ta lill-ġurnalisti donnu jrid jagħti l-impressjoni li dan l-iskandlu waqa' mis-sema u ħadd m'hu risponsabbli. U anke wara dan kollu Abela jibża' jikkkundanna u anke jsemmih b'ismu lil Joseph Muscat u l-Gvern tiegħu li ħadem dan il-ehim. Issa l-pass li jmiss f 'din is-saga hija l-inkjesta tal-Maġistrat li qed tinvestiga jekk kienx hemm kompliċità kriminali min-naħa ta' rjus kbar fil-Gvern ta' Muscat, bħal Chris Cardona, Konrad Mizzi, u Muscat innifsu. L-inkjesta tal-Maġistrat ser toħloq irwiefen kbar fil-Gvern, fil-Partit Laburista u anke fil-pajjiż, u r-reazzjoni ta' Robert Abela għal dan se tiddetermina kollox. Vitals il-ġerħa tal-Gvern Laburista