Illum previous editions

ILLUM 12 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511355

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Il-gazzetta ILLUM tintervista lil Chris Bonett www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 12 TA' NOVEMBRU 2023 • NRU 891 2% STAMP DUTY WHEN BUYING IN GOZO ENDS IN DECEMBER HURRY! PAĠNA 16 Iktar minn nofs il-first-time buyers jixtru meta jkunu single Sondaġġ tal-MaltaToday juri l-pensjonanti bi ħġarhom wara l-Labour Rapport ippubblikat mill-Awtorità tad-Djar jitfa' dawl fuq bidla fis-soċjetà Maltija fejn ħafna qed jagħżlu li jixtru l-ewwel propjetà tagħhom qabel ikunu f 'relazzjoni jew inkella anke jekk ikunu f 'relazzjoni jagħżlu li jixtru għal rashom. Dan ir-rapport analizza l-profil ta' dawk li fl-2023 gawdew minn skema ġdida għall- first-time buyers, fejn huma jingħataw €1,000 fis-sena għal għaxar snin. Għal din l-iskema daħlu 3,103 applikazzjonijiet b'suċċess li jirrappreżentaw 4,509 individwu. 73% ta' dawn huma fl-etajiet ta' bejn 25 u 34 sena. Kien hemm it iktar minn 5% li għandhom inqas minn 25 sena. Kienu 52% li kienu benefiċjarji single u 48% koppji. B'mod totali, 55% ta' dawk li gawdew huma rġiel u 45% huma nisa. Il- propjetajiet inxtraw madwar il-pajjiż kollu, propjament f '66 lokalità, bl-iktar komuni jkunu San Pawl il-Baħar, iż-Żurrieq, Birkirkara, il-Mosta, u Ħaż-Żabbar. F'Għawdex kienu x-Xagħra, in-Nadur u Ta' Sannat l-aktar popolari. Mill-istudju tal-Awtorità tad-Djar jixhed li huma ħafna dawk li jagħżlu li jibqgħu jgħixu fil-lokalitajiet fejn ikunu diġà jgħixu, partikolarment mal-ġenituri tagħhom. 48% tal-benefiċjarji minn din l-iskema xtraw fl-istess lokalità fejn kienu diġà jgħixu. Kif mistenni, l-appartamenti kienu l-iktar tipi ta' propjetajiet popolari, ma' persuni single jerġa' iktar minn fejn hemm il-koppji. Nofs il-propjetajiet mixtrija kienu ta' bejn €150,000 u €250,000. Kif mistenni l-koppji jonfqu iktar u b'34% jixtru propjetajiet ta' bejn €250,000 u €300,000 u iktar minn €300,000 sa €350,000 b'14%. Kien hemm madwar 15% tal-koppji li investew iktar minn €400,000. PAĠNA 8 ELAINE CAMILLERI Miriam Dalli, il-Ministru responsabbli mill- Enerġija u mill-Enemalta, iddefendiet id- deċiżjoni stramba tal-Enemalta li tagħti l-kunsens tagħha biex spekulatur jagħmel Planning Control Application għall-blokok ta' appartamenti fil-Qajjenza. Dalli saħqet li hemm Planning Control Application, jiġifieri applikazzjoni li qed titlob lill- Awtorità tal-Ippjanar biex tanalizza l-aħjar użu tas- sit u kif. "Sa issa, l-Enemalta illimitat ruħha li ma toġġezzjonax għall-analiżi ta' x'jista' u x'ma jistax isir fuq din l-art, bħala waħda mis-sidien. Dan il-pass ma jinfluwenza l-ebda mod it-titlu li l-Enemalta għandha fuq l-art. L-Enemalta ma bigħetx artijiet". Meta mistoqsija għalfejn il-Gvern ma jinsistix sabiex l-art tinbidel f 'żona ta' użu soċjali bħal pereżempju park jew żona sportiva, Dalli stqarret li s-sit inkwistjoni li jinsab f 'żona tal-iżvilupp, "hija art mittiefsa u li kienet tilqa' fiha impjant tat-tankijiet tal-gass. Bħala art kummerċjali, din għandha valur finanzjarju ta' investiment." Hija qalet li l-Enemalta għandha medda ta' art oħra fejn qed tikkunsidra proġett ta' spazju miuħ, filwaqt li fakkret il-proġett inovattiv tas-Siċċa – liema proġett se jkun qiegħed jittrasforma din iż- żona wara li jitneħħew it-tankijiet preżenti. Taħwid fil- Qajjenza Sondaġġ ippubblikat fil-ġurnal oħt MaltaToday juri, kemm il- pensjonanti huma bi ħġarhom u rikonoxxenti lejn Robert Abela bħala Prim Ministru, kif ukoll konxji mill-miżuri li hemm fil-Baġit. Il-mexxej Laburista għadu 'l quddiem meta mqabbel ma' Bernard Grech imma mhux daqs qabel. U anke bħala partiti, il-PL issa qiegħed minn quddiem b'differenza mis-sondaġġ ta' qabel fejn il-PN kien it minn fuq. Iżda s-sondaġġ jikkonferma n-numru enormi ta' nies li qed jgħidu li mhux ser jivvotaw. U ħafna minnhom huma tradizzjonalment Laburisti. Is-sondaġġ ma jgħid xejn x'jiġri jekk Grech jiġi sostitwit minn Metsola bħala kap. Is-sondaġġ seħħ fil-ġimgħa wara d-diskors ta' Grech u Abela. Osservaturi qalu li d-diskors ta' Abela kien fost l-aħjar li qatt għamel u Abela kien kunfidenti u ffukat. Min-naħa l-oħra, id- diskors ta' Grech kien tajjem iżda anqas iffukat u miżgħud b'messaġġi differenti. Ara paġna 6 u 7 għall- kummenti u analiżi tad- diskorsi tal-mexxejja politiċi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 November 2023