Illum previous editions

ILLUM 12 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511355

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' NOVEMBRU 2023 • illum 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, MATTHEW AGIUS Deċiżjoni li mara Ukrena, li flimkien ma' żewġha u t-tfal tagħhom, saqet bil-karozza mill- Ukrajna sa pajjiżna minħabba l-gwerra ma tiġix eżentata mit- taxxa ta' reġistrazzjoni tal-vettura minħabba li ma niżżlitx id-data tal-wasla tagħhom, ġiet annullata minn maġistrat. Hekk iddeċieda t-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva, ippreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea fis-6 ta' Novembru, fil-kawża li fetħet il-mara f 'Awwissu 2022 kontra l-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol. Fir-rikors tagħha, il-mara Ukrena spjegat li hi miżżewġa raġel Malti sa mill-2009 u li kienu ilhom jgħixu fi Lviv mill-2012. Ingħatat Karta ta' Identità Maltija fl-2017. Wara l-invażjoni tal-Ukrajna mill-forzi armati Russi fl-24 ta' Frar tal-2022, il-koppja kienu sfurzati jitilqu mid-dar tagħhom fi Kiev, kemm minħabba l-periklu iminenti għal ħajjithom mill- avvanzi tat-truppi Russi, kif ukoll minħabba l-bumbardamenti mill- ajru. Għaldaqstant fil-25 ta' Frar 2022 il-koppja u l-familja tal-mara, inkluż ommha, missierha, uliedha, u l-annimali domestiċi tagħhom, ħarbu minn Kiev b'żewġ vetturi, inkluż it-Toyota Rav 4 tal-mara, u saqu lejn il-Belt ta' Lviv, u mbagħad resqu lejn il-fruntiera tal-Polonja sabiex ikunu jistgħu joħorġu mill- pajjiż u jibdew il-vjaġġ tagħhom lejn Malta. Matul dan il-perjodu, il-mara u l-familja tagħha kienu f 'kuntatt kontinwu mal-Assistent tal- Ambaxxatur Malta fl-Ukrajna, Oleg Klymuk u anke mal-Konslu għal Malta fl-Ukrajna, Shaun Chircop. Huma saħqu li l-familja tal-mara kellhom jaħarbu mill- pajjiż bi kwalunkwe mezz possibbli u bil-it oġġetti u dokumenti li setgħu jġorru magħhom fil-vettura tagħhom. Wara li kellhom jorqdu għal tlett ijiem fil-vetturi tagħhom, fl-1 ta' Marzu 2022 irnexxielhom jidħlu fil-Polonja u saqu minn pajjiż għall-ieħor għal aktar minn ġimgħa sabiex imbagħad fid-9 ta' Marzu 2022 huma qabdu katamaran minn Pozzallo għal Malta bil-vetturi tagħhom. Waqt li kienu iżolati fi kwarantina wara l-wasla tagħhom f 'Malta, huma staqsew lill-kumpanija tal-assikurazzjoni, lil Transport Malta, kif ukoll lill-Konslu għal Malta fl-Ukrajna fuq il-proċess ta' reġistrazzjoni tal-vettura u dawn kollha infurmawhom li kellhom seba' xhur wara l-wasla tal-vettura f 'Malta qabel ma kellhom jieħdu azzjoni. Madankollu, meta żewġha kien mar l-uffiċċju ta' Transport Malta f 'Raħal Ġdid f 'Mejju sabiex jikseb aktar informazzjoni dwar dak li kellu jsir sabiex il-vettura tkun tista' tiġi użata legalment fit-territorju Malti għal perjodu itwal minħabba li kien evidenti li mhux ser ikun possibbli li jirritornaw l-Ukrajna fil-qrib kawża tal-gwerra li għadha għaddejja, huwa ġie infurmat illi l-applikazzjoni għall-eżenzjoni mir- reġistrazzjoni kellha ssir fi żmien 30 jum mill-wasla tal-vettura f 'Malta, u għaldaqstant it-terminu kien skada u l-eżenzjoni ma setgħetx tapplika aktar. Il-mara ddeċidiet li tapplika xorta waħda u flimkien mal- applikazzjoni sabiex il-vettura tinġieb b'mod permanenti f 'Malta u tingħata eżenzjoni mill-ħlas tat- taxxa ta' reġistrazzjoni, hija kitbet ukoll ittra li fiha spjegat li ma kinitx applikat fi żmien 30 ġurnata għaliex kienet ingħatat informazzjoni ħażina. Minkejja l-applikazzjoni u l-kjarifiki, fis-16 ta' Lulju 2022 irċeviet l-ittra ta' riut mit-Transfer of Residence Exemption Board, fi ħdan il-Minsteru għall-Finanzi u Xogħol, fejn fiha ġiet infurmata li wara li ġiet evalwata l-applikazzjoni tagħha, din ma setgħetx tiġi aċċettata. Għaldaqstant il-mara Ukrena interponiet appell minn dik id- deċiżjoni. Quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva, hi kienet xehdet li fiż-żmien li kienu ħarbu hi u l-familja tagħha ma kellhomx ħsieb li jittrasferixxu r-residenza ordinarja tagħhom hawn Malta. Iżda meta l-gwerra bdiet titwal bdew jesploraw x'possibbiltajiet kien hemm li jibqgħu f 'Malta għal iktar żmien, fosthom kif kienu se jżommu l-vettura f 'Malta. Meta għamlu r-riċerka tagħhom huma ġew mgħarrfa li kellhom seba' xhur ċans biex jirreġistraw il-vettura hawn Malta. Madanakollu f 'Ġunju 2022 irrealizzaw li kienu se jibqgħu f 'Malta għal it żmien mhux ħażin u li għalhekk riedu jagħmlu l-arranġamenti kollha neċessarji biex jibdew joqogħdu hawn Malta. Hija spjegat li fil-verità ma tistax tgħid li l-intenzjoni tagħha hija li toqgħod hawn Malta u ċaħdet li l-Bord kien ikkomunika magħha dwar meta infurmat lill- Kummissarju tat-Taxxa li ħadet ir- residenza tagħha hawn Malta. Minħabba li l-mara kienet ilmentat li ma kinitx ingħatat raġuni adekwata fid-deċiżjoni ta' riut, it- Tribunal qal li kien ikun ferm siewi li d-deċiżjoni tal-Bord titfa' dawl fuq is-sustanza tar-riut u mhux sempliċement tagħmel referenza għal Regolament u tiċċitah. Ir-Regolament f 'dan il-każ kellu żewġ raġunijiet li setgħu wasslu lill- Bord jasal għad-deċiżjoni tiegħu: il-kwistjoni dwar meta r-rikorrenti ttrasferiet ir-residenza tagħha hawn Malta, u/jew jekk għaddiex it-terminu preskritt sabiex tidħol l-applikazzjoni. Idealment, ir-raġuni speċifika fuq liema premessa dik id-deċiżjoni tkun ibbażata kellha tiġi indikata b'mod li ma jħalli l-ebda dubju f 'moħħ dak li jkun jekk iridx jappella mill-istess deċiżjoni. It-Tribunal innota li kien hemm mill-inqas żewġ raġunijiet li setgħu jagħtu lok għar-riut tal-eżenzjoni. Dawn iż-żewġ raġunijiet jistgħu ikunu kemm kumulattivi, jiġifieri l-applikant ma jkun issodisfa l-ebda kriterju, jew inkella jista' jkun li l-applikant ma jkunx issodisfa xi wieħed biss mill-kriterji mitluba. Għalhekk it-Tribunal qal li jkun xieraq li l-Bord ikun aktar speċifiku meta jiġi biex jirriuta applikazzjoni u ma jagħmilx biss referenza ġenerika għall-artikolu tal-liġi bħala l-bażi tar-riut tiegħu. Il-Maġistrat innotat li l-applikazzjoni tal-mara turi illi hija ddikjarat li ħadet ir-residenza tagħha hawn Malta fid-9 ta' Marzu 2023 filwaqt li ma mlietx il-parti fejn kellha tiddikjara meta l-vettura inkwistjoni waslet fil-pajjiż. Madanakollu, mal-istess applikazzjoni hija hemżet il- biljetti tal-Virtu Ferries li jindikaw li l-vettura waslet fl- istess ġurnata. Wara li l-Bord irċieva din l-applikazzjoni, iċ- Chairman ikkomunika mar- raġel tar-rikorrenti fuq l-indirizz elettroniku pprovdut fl-imsemmija applikazzjoni, fejn fost affarijiet oħra talbu jibgħat email lill- Kummissarju tat-Taxxa, ikkupjat lilu, sabiex jiddikjara d-data attwali li martu għamlet it-trasferiment tar- residenza tagħha. Jirriżulta li għalkemm ir-raġel tar- rikorrent wieġeb li kien se jagħmel dak mitlub, dan ma sarx. Ir-raġel saħaq li dan ma sarx għaliex iċ- Chairman tal-Bord kien ċempillu u qallu biex għalissa ma jmexxi xejn. Iċ-Chairman qal lit-Tribunal li ma jiakarx li kien ċempel u spjega kif kull kuntatt mal-applikanti ġeneralment isir permezz ta' email. Fl-assenza ta' prova ta' din it- telefonata li kellha ssir koppja, it- Tribunal ma setax jistrieħ fuq dak li qal ir-raġel tar-rikorrenti, tal-inqas minħabba l-fatt illi d-dikjarazzjoni tat-trasferiment tar-residenza huwa rekwiżit sabiex tiġi stabbilita d-data tat-trasferiment ta' residenza f 'applikazzjoni għall-eżenzjoni mit- taxxa ta' reġistrazzjoni. Iżda minkejja li r-rikorrenti m'għamlitx din id-dikjarazzjoni, il-Bord kien għażel li jistrieħ fuq id-data mniżżla mill-mara fl-applikazzjoni tagħha, qalet il-Maġistrat. "Il-Bord ma setax jagħmel dan u dan għaliex ma setax arbitrarjament jagħżel li jistrieħ fuq l-imsemmija data meta l-liġi torbot id-data tat-trasferiment ta' residenza ma' rekwiżiti oħra, liema rekwiżiti kienu nieqsa." Għalhekk, quddiem it-Tribunal u quddiem il-Bord ma nġabet l-ebda prova soda tad-data ta' meta r-rikorrenti ddikjarat li ttrasferiet ir- residenza tagħha mal-Kummissarju għat-Taxxi. U ladarba l-liġi torbot id-data tat-trasferiment tar-residenza mad- data ddikjarata mal-Kummissarju għat-Taxxi, il-Bord kellu jiddeċiedi l-applikazzjoni wara li jirċievi konferma li r-rikorrenti ddikjarat it-trasferiment tagħha mal- Kummissarju tat-Taxxi. Għaldaqstant it-Tribunal iddeċieda li jirrevoka u jannulla d-deċiżjoni appellata sabiex il-Bord jagħti żmien qasir lill-mara sabiex tagħmel id-dikjarazzjoni rikjesta mil-liġi mal-Kummissarju tat- Taxxi, u wara li ssir, jew fin-nuqqas tagħha, il-Bord għandu jieħu deċiżjoni mill-ġdid. Deċiżjoni li mara Ukrena ma tiġix eżentata minn reġistrazzjoni ta' vettura annullata Fi-25 ta' Frar 2022 il-koppja u l-familja tal-mara, inkluż ommha, missierha, uliedha, u l-annimali domestiċi tagħhom, ħarbu minn Kiev b'żewġ vetturi, inkluż it-Toyota Rav 4 tal-mara, u saqu lejn il-Belt ta' Lviv, u mbagħad resqu lejn il-fruntiera tal-Polonja sabiex ikunu jistgħu joħorġu mill-pajjiż u jibdew il-vjaġġ tagħhom lejn Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 November 2023