Illum previous editions

ILLUM 12 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511355

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' NOVEMBRU 2023 • illum Lura fl-azzjoni: Gladiator 2 jerġa' jibda l-produzzjoni fl-4 ta' Diċembru Il-produzzjoni twaqqfet minħabba strajk mill-kittieba, iżda jidher li ntlaħaq ftehim biex tkompli l-produzzjoni ta' Gladiator 2 fil-bidu ta' Diċembru 64% KIENU XIEHDA TAʼ BULLYING FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL TAGĦHOM 40% ESPERJENZAW IL-BULLYING FIL-POST TAX-XOGHOL DIN L-AĦĦAR SENA 9% KELLHOM IMGIEBA JEW ĦSIEB LI JWEGGGHU LILHOM INFUSHOM JEW LI JWETTQU SUWICIDJU U LI MINNHOM Ara l-istudju ta' riċerka nazzjonali dwar il-Bullying & l-Eskluzjoni fuq il-Post tax-Xogħol f'Malta. Il-Bullying jaffettwa l-hajja personali u socjali. www.bbrave.org.mt Informa ruhek. LUIGI SGHENDO Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela li l-produzzjoni tal-film Gladiator 2 mistennija tkompli fl-4 ta' Diċembru li ġej. Dan wara li seħħ ir-Writers Guild of America (WGA) strike, strajk li beda fit-2 ta' Mejju sas-27 ta' Settembru, 2023. Huwa kien qed jirrappreżenta 11,500 kittieb tal-iskrin kontra l-Alleanza tal-Produtturi ta' Films Ċinematografiċi u Televiżjoni (AMPTP). Dan l-istrajk kien l-itwal tfixkil għall-produzzjoni tal-films u t-televiżjoni Amerikana mill- pandemija tal-COVID-19 u t-tieni l-itwal fl-istorja tar-WGA, wara l-istrajk tal-1988. L-istrajk ħalla impatt kbir u saħansitra wassal għal għeluq ta' studios. Skont il-Kummissarju tal-Films Johann Grech, l-istrajk huwa riżultat ta' negozjati falluti dwar il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, li jaffettwaw il- produzzjonijiet minn studios ewlenin bħal Netflix u Disney. Filwaqt li f 'Malta qed ikomplu diversi produzzjonijiet, is-sequel ta' Gladiator, li jinkludi l-A- listers Denzel Washington u Pedro Pascal, ġie affettwat, iżda issa mistenni jkompli fl-4 ta' Diċembru. Wara li laħqet ehim tentattiv, it-tmexxija tal-Union ivvotat biex ittemm l-istrajk fis-27 ta' Settembru 2023, b'ratifika uffiċjali mill-membri tar-WGA fid-9 ta' Ottubru. Ġie stmat $6.5 biljun telf ekonomiku għan-Nofsinhar ta' Kalifornja. Gladiator 2 se jkun taħt id- direzzjoni ta' Ridley Scott, u se jsegwi mal-istorja tal-ewwel "Gladiator" (2000), miktub minn David Scarpa. Il-kast jinkludi lil Paul Mescal, Denzel Washington, Joseph Quinn, Fred Hechinger, Pedro Pascal, Connie Nielsen, Djimon Hounsou, u Derek Jacobi, bl-aħħar tlieta jerġgħu jieħdu r-rwoli tal-ewwel film. L-istorja hija dwar Lucius, in- neputi ta' Commodus, issa raġel, li qabel kien salvat minn Maximus fl-ewwel Gladiator. Il-produzzjoni tal-kumpanija Paramount mistennija toħroġ il- film fl-24 ta' Novembru 2024.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 November 2023