Illum previous editions

ILLUM 12 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511355

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni 09 IL-ĦADD 12 TA' NOVEMBRU 2023 • illum I kkwotah Evarist Bartolo fil-paġna tiegħu ta' Face- book. Jirreferi għall-istorja tal-konverżjoni ta' saċerdot żagħżugħ mill-Qala, Għawdex, (23 Frar 1957) iben George u Stella. L-aħħar li ltqajt miegħu għedtlu b'kunfidenza "narak tbiddilt ħafna minn kemm ilni nafek". Weġibni "Veru, anki jien nikkonverti!" U bdejt narah f 'dawl ieħor. Iktar missier. Ħabib. Fin-"National Catholic Reporter" (NCR) Cardinal Mario Grech: Central figure in Pope's plan to change the Catholic Church (Sett 25, 2023) jitkellem dwar din il-konverżjoni tal-qalb. L-artiklu jibda billi jirreferi għat- tliet Maltin li skomunikaw lilhom infushom mill-Knisja Kattolika bħala protesta għax ħassuhom urtati b'dak it-tagħlim. Mons. Grech kien ukoll ħa l-istess stand dwar ir-referendum tad-divorzju f 'Malta. Kienu stqarrijiet ibsin li llum nanalizzawhom f 'dawl ġdid. L-artiklu jiddeskrivi l-bidla, il- konverżjoni tiegħu għall-Knisja kif jaraha l-Papa Franġisku – kif iridha Kristu llum. Fis-sajf ta' tliet snin ilu Mons. Mario Grech kien pellegrinaġġ Lourdes meta ċempillu l-mowbajl. In-numru m'għarfux. Imma meta wieġbu l-leħen għarfu. Kien Papa Franġisku. Tant inħasad li poġġa bilqiegħda fuq il-bankina. Papa Franġisku żamm fil-qasir: "Nixtieqek tiġi Ruma, nieklu xi ħaġa flimkien u nitkellmu. Hemm xi affarijiet li ma tikolx?" Ftit ġimgħat wara kien Ruma, jiekol mal-Papa. Ħallih igawdi l-ikla. Mill-ewwel qallu li jixtiequ jmur Ruma u jmexxi l-uffiċċju tas- Sinodu – l-akbar konsultazzjoni dinjija li qatt saret. Il-Knisja Kattolika qed tikkonsulta f 'kull livell kif għandha tiġġedded skont il-Konċilju Vatikan it-Tieni. Trid tkun iżjed umana u miuħa għad-dinja. Trid timxi iżjed fuq it- tagħlim ta' Kristu li dejjem żamm ma' dawk ta' taħt u l-Imwarrbin, u li ħadha kontra dawk li riedu jagħmlu r-reliġjon negozju jew għodda għal dawk fil-poter u wera mħabba anki għall-għedewwa. Mons. Mario Grech ma qabadx u aċċetta. Lill-Papa tah lista ta' raġunijiet għala m'għandux jintgħażel hu. Iżda l-Papa qallu li kien għamel il-homework tiegħu u xtaqu li jieħu t-tmexxija tal-uffiċċju fil-Vatikan. Lill-Papa qallu, "ħalli naħsbiha u nerġa' nkellmek". Il-Papa qallu: tiddeċiedi x'tiddeċiedi, nibqgħu ħbieb. "Konverżjoni ġenwina? Jew ta' konvenjenza?" – Isaqsi Evarist Bartolo X'wassal lill-Papa Franġisku jagħżel lill-Mons. Mario Grech għall-ħatra u responsabbiltà daqshekk kbira u jagħmlu Kardinal f 'Novembru 2020? Is-sit elettroniku National Catholic Reporter tal-25 ta' Settembru 2023 għandha rapport twil dwar is-sehem ewlieni ta' Grech fil-ħidma ta' Papa Franġisku biex iġedded il-Knisja Kattolika. F'Ottubru 2014 Mons. Mario Grech tkellem fis-Sinodu u xxokkja lil ħafna preżenti meta qal li l-Knisja għandha tagħraf ir-realtajiet kumplessi tal-familja llum u tħares mill-ġdid lejn ċerti kwistjonijiet jaħarqu fid-dawl tal- Vanġelu u l-imħabba. Dan kien messaġġ differenti ħafna minn messaġġi ta' Grech waqt il-kampanja għad-dħul tad-divorzju u diskussjonijiet dwar għarfien għad-drittijiet ċivili LGBTIQ+ fejn kien iġib ruħu ta' difensur iebes tal-fidi, u jgħajjat min mhux lest jimxi mat-tagħlim tal-Knisja, għandu jitlaq, jitlaq. X'wassal għal din il-bidla qawwija? Żgur li fil-Knisja ta' Papa Franġisku mis-sena 2013 beda jonfoħ riħ ġdid minn dak ta' Ġwanni Pawlu II u ta' Benedittu XVI. Hawn min jgħid li Grech tella' l-qlugħ u dawwar it-tmun biex jirkeb ir-riħ ġdid. Opportuniżmu biex jilħaq? Isaqsi Evarist. Imma l-Papa għandu reżistenza qawwija għat-tiġdid li jixtieq jara fil-Knisja, u appoġġ minn Grech mhux bilfors jagħmlu popolari, tant li fid-diskors tas-Sinodu tiegħu kien hemm min ħadha ħafna kontrih. Imma għal dak id-diskors Papa Franġisku taptaplu fuq spallejh jumejn wara u qallu: Grazzi għall-kuraġġ li wrejt. Grech innifsu jgħid li l-Papa Franġisku mill-ewwel beda jolqtu ħafna, l-iżjed meta beda jitkellem li l-Knisja hija bħal sptar fil-kamp tal-battalja li jdewwi u jfarraġ u jilqa' fih lil dawk li jweġġgħu fil-ħajja. Grech jgħid li fis-Sinodu kellu magħmudija ġdida. Is-Sinodi ta' qabel, ta' żmien Ġwanni Pawlu II u Benedittu XVI, kienu jkunu kkontrollati ħafna, b'dawk li jieħdu seħem mistennija jaqblu ma' dokumenti u deċiżjonijiet ippreparati minn qabel. Papa Franġisku mill-ewwel għamilha ċara li hu jara dawn il-konsultazzjonijiet differenti: fejn dawk li jieħdu sehem huma mħeġġa jitkellmu b'mod ħieles u jgħidu tassew x'jaħsbu u jisimgħu lil xulxin. Personalment nemmen li l-konverżjoni tal-Kardinal Mario Grech hija konverżjoni ġenwina. Forsi it jafu x'impatt qawwi ħalliet fuqu Joseanne Peregin tal-grupp Kattoliku Drachma għall-persuni LGBTIQ+ u qrabathom. Fis-sajf 2014 attenda laqgħa tagħhom dwar il-Ġeneru, is-Sesswalità u l-Ispiritwalità. Ma kinux jafu li se jattendi. Qalilhom li ġie biex jisma'. Joseanne Peregin daret fuqu u qaltlu: "Ibni telaq il-Knisja tort tiegħek u l-kundanni li għamilt fuq persuni bħalu". Dan il-kliem laqtu ħafna u talab maħfra. Tad-Drachma ħassewh ġenwin u li kien veru qed jagħmel sforz jiimhom bħala persuni u mhux bħala xi punt dottrinali. Peregin imbagħad għamlet diskorsi simili f 'Ruma fejn qalet li l-Knisja għandha tbiddel kif iġġib ruħha ma' dawn il-persuni, il-kliem ta' kundanna li tuża dwarhom. Grech ferħilha u qalilha titlob għalih biex ikollu l-istess kuraġġ bħalha meta jitkellem fis-sinodu b'messaġġ bħal tagħha. Il-Kardinal Mario Grech se jkollu ħafna x'jagħmel meta f 'Ruma qed jiltaqgħu 464 isqof u rappreżentanti tal-lajċi Kattoliċi biex ikomplu jaħdmu fuq it-tiġdid tal-Knisja. Il-Kardinal Grech se jkun qed imexxi l-konsultazzjoni dwar suġġetti jaħarqu, fosthom: • li n-nisa jistgħu jsiru djakni; • li rġiel miżżewġa jistgħu jsiru qassisin; • li Kattoliċi LGBTIQ+ jiġu integrati fil-Knisja; u • penitenza għad-dnubiet tal-abbużi sesswali, tal-kuxjenza u tal-flus. Jaf kemm il-Knisja għandha bżonn tiġġedded għax jekk tkompli kif inhi se tinxef bħal siġra: illum fis-seminarju ta' Għawdex, mnejn ġej, u fejn mexxa, hemm 10 biss jitħejjew biex isiru qassisin. Meta kien seminarista hu, kien hemm 40. F'Għawdex naqsu mhux biss il- vokazzjonijiet iżda anki l-kontroll awtomatiku tal-Knisja fuq il-ħajja tal-Għawdxin. Is-suċċessur tal-Kardinal Mario f 'Għawdex qed jagħti tama li t-tiġdid fil-Knisja Għawdxija huwa fi qbil mal-qalb u l-ħsieb ta' Papa Franġisku. Grazzi Mons. Anton Tewma, mhux tant x'tgħid, imma x'int! Il-Kardinal Għawdxi Mario Grech! (it-tieni parti) Il-Kardinal Mario Grech mal-Papa Franġisku Fr Colin Apap huwa qassis Colin Apap

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 November 2023