Illum previous editions

ILLUM 26 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512114

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' NOVEMBRU 2023 • illum Is-sengħa tar-restawr u d-disinn tal-orgni Notyel Gallo minn dejjem kien midħla tal-ħajja mużikali. Mhux biss huwa mużiċist iżda anke għandu passjoni lejn l-arkitettura tal-orgni. Skontu, dawn huma żewġ elementi li jmorru id f 'id u minn mindu qabad din it-triq, tista' tgħid li wasslitu f 'diversi irkejjen madwar il-globu. Noel ġewh opportunitajiet f 'waqthom li ħaduh fuq vjaġġ ta' preċiżjoni mużikali li fetħitlu l-bibien għal aktar opportunitajiet. Noel kellu l-unur li jaħdem fuq orgnijiet madwar id-dinja fosthom fiċ-Ċina, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja, fil-Korea t'Isfel u oħrajn. Apparti dan, Noel kien ħa ħsieb jirrestawra anke l-orgni tar-Rotunda tax-Xewkija, ta' San Lawrenz t'Għawdex, ta' San Franġisk tal-Belt Valletta, ta' Sant Antnin t'Għajnsielem u l-orgni tal- Parroċċa tal-Birgu. Noel qalilna li x-xogħol li sar fuq l-orgni tal-Kolleġġjata ta' San Lawrenz fil-Birgu kien wieħed mill-iktar proġetti ta' sfida imma ta' sodisfazzjon kbir li qatt ħadem fuqu. Bħalissa Noel qiegħed jaħdem fuq ħames proġetti oħra fejn jidħol ir- restawr tal-orgni, kif ukoll proġetti barra minn xtutna li jittrattaw konsulenza ta' disinn għall-orgnijiet ġodda magħmula għall-knejjes, għal teatri u djar residenzjali, kif ukoll orgnijiet li għandhom bżonn jiġu ristrutturati. Huwa kompla jispjega li x-xogħol tal-orgni jirrikjedi diversi snajja' u dixxiplini; fosthom xogħol tal- injam, ħadid, elettriku, inġinerija f 'diversi oqsma, akustika, arkitettura u l-mużika. Huwa qal li l-ispirazzjoni għad- disinn tal-orgni ġiet mill-fatt li meta wieħed jiddisinja, wieħed ikun qiegħed joħloq "xi ħaġa ħajja fuq il- post" u li bil-ħoss tal-orgni "kapaċi tqanqal emozzjonijiet profondi lill- udjenza li tkun tista' tesperjenza b'mod l-iżjed tokkanti". Skopra din is-sengħa ma' persuna li kien jagħmel tiswijiet fuq orgnijiet f 'Malta u Għawdex. Minn dakinhar 'l hawn, Noel tista' tgħid li qabad vjaġġ professjonali li tah l-opportunità jaħdem biswit kumpaniji li jibnu orgnijiet kemm fl-Ewropa u barra minnha. L-iktar pajjiżi li żar kienu l-Ġermanja u l-Ingilterra. Huwa kiseb esperjenza ta' xogħol l-Ingilterra fejn, b'mod speċjali, kien involut fir-restawr tal- orgnijiet. Apparti dan, ta l-kontribut tiegħu lill-kumpaniji madwar id- dinja, billi ddisinja orgnijiet għal 'tenders' u fil-każ li kien jintrebaħ il- kuntratt, kien jingħata kummissjoni biex jipprovdi shop drawings sabiex imbagħad jingħata bidu għax- xogħol ta' bini tal-orgni. Huwa ġibed l-attenzjoni, li dak li naraw min-naħa ta' barra tal-orgni huwa biss parti żgħira tal-quċċata. Noel qalilna li l-orgni huwa strument kumpless mgħammar b'kanen (sfafar) ta' daqsijiet differenti li jibdew minn daqs ta' lapes għal kanen twal iżjed minn 16-il pied, kif ukoll it-tipi ta' materjali differenti li jintużaw għall- kanen tal-orgni jinkludi ċomb, żingu u injam. Minħabba li kull orgni huwa uniku minn ieħor, Noel saħaq li hemm ħafna sfidi tekniċi li restawratur iħabbat wiċċu magħhom. Meta jsir orgni, dan jiġi mfassal preċiżament apposta għall- post inkwistjoni, u għalhekk hemm bosta fatturi bħall-għamara, il- mekkaniżmu, is-settijiet ta' kanen, il-materjal, il-ħoss, il-fiżjonomija minn ġewwa u dettalji oħra wieħed x'jikkunsidra. "Dan kollu jaqa' f 'idejn ir-restawratur biex janalizza sabiex jagħmel studju ddettaljat u jiskopri l-intenzjoni prinċipali ta' min għamel l-orgni." Waħda mill-ikbar sfidi tekniċi li jaffaċċja r-restawratur hi meta orgni jkunu sarlu tibdiliet jew ħsarat, u r-restawratur ikun irid ireġġa' l-orgni lura għall-forma oriġinali tiegħu f 'kull rigward. L-isfida ġenerali mbagħad tiġi meta r-restawratur ikun irid li l-orgni jiffunzjona tajjeb mil-lat ta' ħoss peress li mijiet ta' partijiet ikunu antiki, u allura jrid jara kif se jiffunzjonaw daqslikieku huma ġodda amanti. Huwa benefiċjali tikkomunika ma' esperti oħra peress li kull proġett huwa uniku u allura kull qatra tgħodd. Dan jassigura mhux biss xogħol professjonali imma anke l-konservazzjoni kompleta tal-orgni. Noel sostna li avvanzi teknoloġiċi fid-dinja tar-restawr u bini tal-orgni għadhom għaddejjin b'ritmu tajjeb. Huwa saħaq li llum jeżistu faċilitajiet u teknoloġiji li jgħinu biex isir l-istudju li jiddetta l-kundizzjoni tal-partijiet tal-orgni sabiex jgħin lir-restawratur jiem b'mod preċiż f 'liema qagħda jinsab l-istrument. Barra minn hekk, kompla jistqarr li hemm entitajiet madwar id-dinja li jissalvagwardjaw din il- professjoni u joffru attivitajiet ta' studju bħal lezzjonijiet, korsijiet u kungressi. Noel jagħmel parti mill- 'International Society of Organ Builders' – l-akbar organizzazzjoni dinjija li wkoll kellu l-opportunità jikkontribwixxi fiha billi kiteb artikli tekniċi fuq is-suġġett ta' restawr u disinji li kienu ġew ippubblikati f 'rivisti. Noel saħaq li lokalment, restawratur hu rikonoxxut b'tali mod b'xhieda ta' għarfien (warrant) uffiċjali tal- professjoni. Minkejja x-xogħol iddetaljat u preċiż li jirrikjedi l-orgni, l-iktar żewġ fatturi li huma għal qalbu hu d-disinn u r-restawr tal-orgni. L-iktar meta jara li jsir orgni mibni fuq id-disinn li joħloq hu stess u jimla spazju vojt – "tkun ħloqt sors ta' sbuħija li tgħaxxaq l-għajn, il- widna u anke l-qalb." Fuq restawr "Meta jkollok orgni li jkun ilu snin ma jinstema' u wara x-xogħlijiet li tkun għamilt terġa' tagħtih il-ħajja mill-ġdid." Huwa qal li dan għalih huwa ta' sodisfazzjon kbir meta jerġa' jisma' mill-ġdid il-ħoss ta' orgni antik u jdaħħlek f 'atmosfera ta' żminijiet tal-passat li "personalment naraha xi ħaġa speċjali u ta' valur kbir għall-esperjenza emozzjonali li jista' jkollok". Elaine Camilleri tkellmet ma' Noel Gallo, disinjatur, bennej u restawratur tal-orgni f'Malta fejn tana spunt interessanti ta' x'jinvolvi x-xogħol madwar ir-restawr, id- disinn u l-bini ta' orgni filwaqt li spjegalna d-dettalji li jsawru dan l-istrument maestuż. Noel Gallo qalilna li x-xogħol li sar fuq l-orgni tal-Kolleġġjata ta' San Lawrenz fil-Birgu kien wieħed mill-iktar proġetti ta' sfida imma ta' sodisfazzjon kbir li qatt ħadem fuqu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 November 2023