Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512114
Nitkellmu ma' Mario Fava dwar il-kunsilli www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 26 TA' NOVEMBRU 2023 • NRU 893 PAĠNA 6 Fuq il-popolazzjoni, jaħsbuha differenti minn Bernard Grech MATTHEW AGIUS Ħaddiem ġewwa residenza tal- anzjani ġewwa Ħal Tarxien ġie kkundannat għal sentejn priġunerija, sospiżi għal erba' snin, talli sawwat u ħaqar pazjent vulnerabbli. Joseph Manuel Jonathan Bonnici ta' 31 sena mill-Kalkara nstab ħati ta' moħqrija ta' pazjent anzjan, u li weġġgħu ħafif waqt li kien ħebb għalih, iżda ma nstabx ħati li kkaġuna biża' lil żewġ residenti oħra li ser tintuża vjolenza kontrihom. Bonnici, kien ilu impjegat mal-Aġenzija Sapport bħala parti mit-tim ta' support workers għal 'il fuq minn seba' snin, jaħdem f 'dar residenzjali għal pazjenti b'diżabilità intellettwali u fiżiċi ġewwa Ħal Kirkop. Il-każ imur lura għal April tas-sena 2018, meta kollega ta' Bonnici kien irrapporta li l-imputat kien fajjar daqqa ta' ponn f 'wiċċ wieħed mill-erba' residenti li dak iż-żmien kienu jgħixu fid-dar. Il-Pulizija ġew infurmati b'dan ir-rapport u Bonnici kien ġie sospiż mill- impjieg tiegħu mal-Aġenzija Sapport, minn liema impjieg kien sussegwentement irriżenja erba' xhur wara. PAĠNA 7 Sawwat u ħaqar pazjent u l-Qorti tagħtu sentenza sospiża biss ELAINE CAMILLERI Tul dawn l-aħħar ġimgħat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għażel li jsemma leħnu kemm-il darba rigward il-kwistjoni tal- popolazzjoni fil-gżejjer Maltin. Fid-diskors tiegħu fil-Parlament dakinhar tal-Baġit, Grech kien saħaq li l-popolazzjoni f 'Malta rduppjat mil-2013 'l hawn, minn mindu l-Partit Laburista tela' fil-Gvern. Grech kien irrimarka li l-Gvern Laburista ddependa b'għajnejh magħluqin mill- importazzjoni taċ-cheap labour u li l-influss ta' ħaddiema barranin kienet l-unika soluzzjoni li l-Gvern sab biex jindirizza n-nuqqas fis- setturi ekonomiċi. Fid-diskors tiegħu fil-Parlament nhar l-Erbgħa, Grech saħaq ukoll li l-Gvern qiegħed jaħbi milli jagħti n-numru attwali ta' b'kemm żdiedet il-popolazzjoni f 'Malta. Huwa kompla jgħid li l-Gvern ma jafx min hu ġej u min hu sejjer minn pajjiżu, u mhux l-ewwel darba li nqabdu nies jgħixu hawn Malta illegalment. Grech argumenta li din iż-żieda qiegħda tħalli effett negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja ta' Malta. Tkellimna ma' Michael Stivala, il-President tal-Assoċjazzjoni tal- Iżviluppaturi ta' Malta (MDA). Hu qal li l-informazzjoni korretta rigward iż-żieda fil-popolazzjoni hija li żdiedet b'25%, u mhux irduppjat. Huwa kompla jgħid li kien hemm bżonn dan it-tkabbir fil-forza tax-xogħol minħabba t-tkabbir ekonomiku. Stivala sostna li din iż-żieda tat kontribuzzjoni lill-ekonomija u minnha nġabru l-assigurazzjoni nazzjonali (NI), jiġifieri nġabru flus li bihom il-Gvern seta' jħallas is-servizzi soċjali. "Mingħajrha, alternattivi oħra kieku kellhom ikunu li tiżdied it-taxxa jew jiżdied l-NI lill-ħaddiema sabiex tkopri l-pensjonijiet u s-servizzi soċjali." Stivala qal li "ma kinitx ħaġa kapriċċuża" għaliex l-ekonomija kellha bżonnha, filwaqt li stqarr li iktar tkabbir irid isir b'mod iktar sostenibbli. "Dan it-tkabbir għen lill-Gvern biex jgħin lill-poplu" speċjalment waqt il-pandemija tal- COVID-19 li ħakmitna kif ukoll l-impatt mill-gwerra tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna. Stivala jgħid li mingħajr dan it-tkabbir, il-pajjiż ma kienx ikun ekonomikament b'saħħtu biżżejjed u ma kienx jirnexxilu jsostni l-ekonomija tiegħu stess. Mill-banda l-oħra, Josef Bugeja, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union (GWU) saħaq li bħala union "qatt ma nistgħu naqblu u lanqas naċċettaw narattiva fejn il-ħaddiema barranin jidhru bħala piż fuq is- soċjetà tagħna." Bugeja sostna li din hija tema popolista perikoluża u li l-ekonomija ta' Malta qiegħda tiżviluppa b'ritmu mgħaġġel li tirrikjedi l-ħaddiema. Bugeja kompla jorbot ma' dan il-punt u semma li Malta għandha rata baxxa ta' qgħad mentri għandha wkoll l-inqas rata ta' fertilità fl- Unjoni Ewropea. PAĠNA 4