Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512114
02 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' NOVEMBRU 2023 • illum 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, CLAIRVOYANT Mr TOURE a Marabout clairvoyant medium healer and Exorcist with an exceptional gift. Specialising in disenchantment, voodoo protection against dangers, couple problems return of a loved one, impotence and sexual issues whatever the nature. Court cases. Tel: +35677484511 IŻ-ŻODJAKU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON L-ERBA' XEMGĦAT WAQT IL-FAŻI ŻODJAKALI TAL-ISKORPJUN F'dawn il-ġimgħat esperjenza- jna, kemm il-qmura kombinati mal-fażi żodjakali tal-Iskorpjun, kif ukoll dawk l-erba' kristalli ideali għal diversi benefiċċji li lkoll jiffurmaw parti ma' dan it- tmien żodjaku. Għalhekk issa jkun xieraq li nistabbilixxu dawk l-erba' xemgħat li huma kkom- binati ma' dan it-tmien żodjaku tal-Iskorpjun. Ix-xemgħa hija simbolu tad- dawl u meta int tixgħel xemgħa din tinxtegħel għal diversi raġunijiet partikolari fosthom fl-okkażjoni sabiex tfakkar għeluq snin jew l-anniversarju. Tinxtegħel ukoll sabiex tagħti dawl lejn il-mixja tal-eternità spiritwali ta' dawk l-għeżież tagħna li jkunu ħallew din id- dinja, jew bħala protezzjoni kontra l-enerġija negattiva. Jista' jkun li l-kulur tax-xemgħa minn żodjaku għal ieħor jibqa' l-istess, però kemm il-benefiċċju, kif ukoll il-ġurnata li tinxtegħel ikunu differenti u għalhekk dejjem irridu noqogħdu attenti kif wieħed jixgħelha u xi tkun ix-xewqa partikulari li wieħed ikollu. Fost l-oħrajn, se nipprova nwassal informazzjoni dwar ix-xemgħat u kif nistgħu nkattru dik l-enerġija pożittiva madwarna. Se nuri wkoll meta tkun il-ġurnata ideali li għandha tinxtegħel ix-xemgħa, u kif għandha tintefa. L-erba' xemgħat ikkombinati ma' dan it-tmien żodjaku tal- Iskorpjun huma dawn: 1. Fl-ewwel ġimgħa taż- żodjaku tal-Iskorpjun tinxtegħel ix-xemgħa l-griża. 2. Fit-tieni ġimgħa tinxtegħel ix-xemgħa r-roża. 3. Fit-tielet ġimgħa tinxtegħel ix-xemgħa l-kannella. 4. Fir-raba' u l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo tinxtegħel ix-xemgħa s-safra. Fl-ewwel ġimgħa tinxtegħel ix-xemgħa l-griża dejjem fil-lejl tat-Tlieta bejn id-9.00 u l-11.00 pm. Ir-raġuni ewlenija hija bla dubju għall-bidu ta' dan it-tmien żodjaku kif ukoll għal waqt il- fażi tal-qamar kwinta sabiex nissaħħu fil-motivazzjoni u l-istabbiltà ta' madwarna. Fit-tieni ġimgħa tixgħel ix- xemgħa r-roża u din tinxtegħel fil-lejl tal-Ħamis u s-Sibt dejjem bejn id-9:00 u l-11.00 pm. Din tinxtegħel sabiex int tkun f 'pożizzjoni aktar iċċentrata kif tasal lejn il-mira personali tiegħek. Fit-tielet ġimgħa ser tinxtegħel ix-xemgħa l-kannella fil-lejla tat- Tlieta bejn id-9:00 u l-11:30 pm. Ir-raġuni li din ser tinxtegħel fit- tielet ġimgħa hi waqt il-fażi ta' qamar ġdid sabiex tagħtik aktar enerġija pożittiva għall-għarfien lejn dawk il-proġetti jew ideat li se tkun qed tesperjenza. Fir-raba' u l-aħħar ġimgħa tinxtegħel ix-xemgħa s-safra fil- lejl biss tal-Ħamis bejn id-9:00 u l-11:00 pm. Ir-raġuni għala tinxtegħel hija sabiex tkun tista' tagħraf aħjar kif int trid tħares lejn it-twettiq li wettaqt fil-fażi tat-tmien żodjaku tal-Iskorpjun u l-fażi li ser inkunu qed nesperjenzaw bil-bidu tad-disa' żodjaku ta' Saġittarju. Għal aktar informazzjoni bażika tista' ssibha fl-aħħar pubblikazzjoni tiegħi, "L-Oroskopju minn PaulJon" jew ibgħat SMS fuq 7949 5804, jew tista' wkoll iżżur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste.