Illum previous editions

ILLUM 3 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512575

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 3 TA' DIĊEMBRU 2023 07 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Saħansitra kien hemm deputati nfushom li bħala parti mill-investigazzjoni ta' dan ir- rapport kienu ammettew li m'għandhomx ħin biżżejjed biex iwettqu d-doveri tagħhom bħala impjegati taċ-ċivil fl-istess ħin li jaqdu l-irwol parlamentari tagħhom. Mir-rapport Hyzler ħareġ ċar ukoll li x-xogħol tagħhom ma kienx qed isir kif wieħed jistenna. Għalhekk dawn id- deputati staqsew jekk il-partit tax kas il- pożizzjoni tagħhom qabel mar jgħid li se jagħmel mozzjoni fil-konfront ta' Cutajar. Hemm min qal li l-pożizzjoni tagħhom hi ferm iktar antipatka għaliex dawn mhux qed jitkellmu fuq xogħol ta' it xhur bħalma kien fil-każ ta' Rosianne Cutajar. Għal ħafna minnhom dan huwa x-xogħol primarju tagħhom għal ħafna snin. Sorsi viċin il-grupp parlamentari Nazzjonalista sostnew li m'hemmx wisq differenza fil-prinċipju bejn dak li tkellem fuqu l-Awditur Ġenerali u dak li tkellem fuqu l-Eks Kummissarju għall-Istandards Hyzler. Għalhekk il-mozzjoni xejn ma niżlet tajjeb għax jemmnu li tista' ddur fuqhom jew saħansitra fuq eks kollegi tagħhom. Fil-fatt, l-istess deputati xejn ma ħadu gost bil-kummenti tal-Prim Ministru li meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet mill- ġurnalisti, insista li kull min hu deputat parlamentari u għandu wkoll impjieg maċ-ċivil irid iwettaq id-doveri kollha tiegħu. Għalhekk fakkru lill-Kap tal- Oppożizzjoni li m'ilux wisq kien hemm rapport tal-Kummissarju għall- Istandards, George Hyzler, li xejn ma kien ħelu ma' wħud minnhom fuq l-irwol li għandhom bħala impjegati mal-Gvern. Saħansitra kien hemm deputati nfushom li bħala parti mill-investigazzjoni ta' dan ir- rapport kienu ammettew li m'għandhomx ħin biżżejjed biex iwettqu d-doveri tagħhom bħala impjegati taċ-ċivil fl-istess ħin li jaqdu l-irwol parlamentari tagħhom. Mir-rapport Hyzler ħareġ ċar ukoll li x-xogħol tagħhom ma kienx qed isir kif wieħed jistenna. Għalhekk dawn id- deputati staqsew jekk il-partit tax kas il- pożizzjoni tagħhom qabel mar jgħid li se jagħmel mozzjoni fil-konfront ta' Cutajar. Hemm min qal li l-pożizzjoni tagħhom hi ferm iktar antipatka għaliex dawn mhux qed jitkellmu fuq xogħol ta' it xhur bħalma kien fil-każ ta' Rosianne Cutajar. Għal ħafna minnhom dan huwa x-xogħol primarju tagħhom għal ħafna snin. Sorsi viċin il-grupp parlamentari Nazzjonalista sostnew li m'hemmx wisq differenza fil-prinċipju bejn dak li tkellem fuqu l-Awditur Ġenerali u dak li tkellem fuqu l-Eks Kummissarju għall-Istandards Hyzler. Għalhekk il-mozzjoni xejn ma niżlet tajjeb għax jemmnu li tista' ddur fuqhom jew saħansitra fuq eks kollegi tagħhom. Fil-fatt, l-istess deputati xejn ma ħadu gost bil-kummenti tal-Prim Ministru li meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet mill- ġurnalisti, insista li kull min hu deputat parlamentari u għandu wkoll impjieg maċ-ċivil irid iwettaq id-doveri kollha tiegħu. Antipatka għal deputati Nazzjonalisti bi xogħol mal-gvern Battibekk bejn żewġ avversarji politiċi il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech tkellem dwar mozzjoni fil-konfront ta' Rosianne Cutajar li llum hija deputata indipendenti IKOMPLI MINN PAĠNA 1 "Ma nistax niem għaliex Peter Agius u l-Partit Nazzjonalista għaddejjin bi kruċjata biex jiddefendu lil it imposturi kbar a skapitu tal-konsumaturi u l-ħwienet iż-żgħar." Min-naħa tiegħu Peter Agius meta tkellem mal-gazzetta Illum: "Naħseb l-MEPs għandhom ikunu hemm biex jiddefendu l-poplu u mhux biex jgħattu xtur il-Gvern. "Meta sseħibna fl-UE, għaddejna għadd ta' oqsma lill-UE biex tiddeċiedi filwaqt li żammejna numru ta' oħrajn għalina. Għal ħafna mid- deċiżjonijiet tal-UE, il-Gvern Malti jżomm ukoll is-setgħa li jimplimenta u jinforza b'mod effettiv id-drittijiet Ewropej. Jew b'inkompetenza jew intenzjonijiet ħżiena, il-politiċi kultant iħawdu lill-elettorat billi jgerfxu d-distinzjoni bejn fejn għandha taġixxi l-UE u fejn għandu jaġixxi l-Gvern Malti. Il-pubbliku m'għandux jiġi żgwidat. Għandna nikxfu dawn it-tentattivi permezz ta' informazzjoni aktar ċara." Id-Deputat Parlamentari Laburista Alex Agius Saliba stqarr li hija ħasra li l-ittra li bagħat Peter Agius lill-Kummissjoni Ewropea fejn prova jiġġustifika l-profitering billi jsaqsi mistoqsijiet dwar kollużjoni bejn kumpaniji, xi ħaġa li totalment m'għandhiex x'taqsam mat-talbiet illi għamilt jien lill- Kummissjoni Ewropea u kienet intiża biss biex twaqqa' l-każ illi bdejt mal-istituzzjonijiet Ewropej." Agius baqa' jinsisti: "Nemmen li Alex Agius Saliba żgwida lill- pubbliku meta kiteb lill-President tal-Kummissjoni Ewropea von der Leyen biex tinvestiga l-importaturi Maltin għal allegati abbużi tal- prezzijiet a skapitu tal-konsumaturi. Responsabbiltà bħal din taqa' b'mod ċar ħafna fuq l-awtoritajiet nazzjonali. Hija l-Ministru Julia Farrugia Portelli li għandha tieħu azzjoni permezz tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni f 'każ li jkun hemm każi ta' abbuż tal- prezzijiet li jolqtu lill-konsumatur. Agius argumenta: "Dan intqal ċar ħafna permezz tat-tweġiba tal- Kummissjoni Ewropea għall-ittra tiegħi fejn il-Kummissjoni ċanfret diplomatikament lil Alex Agius Saliba billi tgħid li "normalment hija l-Awtorità Nazzjonali tal- Kompetizzjoni ta' dak l-Istat Membru li titqies f 'pożizzjoni tajba biex tittratta każijiet bħal dawn." "Ejja nieqfu ninqdew bl- Ewropa bħala skuża komda għall- inkompetenza jew in-nuqqas ta' rieda politika tal-Gvern. Irridu nistinkaw ukoll biex naddattaw l-Ewropa għall-ħtiġijiet tagħna bħala poplu – minn governanza aħjar għall-użu aħjar tal-opportunitajiet tas-suq kbir Ewropew." Agius ikkonkluda billi tefa' botta favur l-għażla elettorali: "Neħtieġu nies kompetenti u mħejjija tajjeb biex jirrappreżentaw lill-poplu Malti fi Brussell. Is-setturi tas-soċjetà Maltija għandhom bżonnijiet u potenzjal li huma uniċi għalina. Huwa għalhekk li rridu nkunu attenti sew biex naraw li nkunu rappreżentati tajjeb ħafna f 'UE li l-politika tagħha dejjem testendi f 'oqsma ġodda."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 December 2023