Illum previous editions

ILLUM 3 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512575

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum opinjoni Fr Colin Apap huwa qassis Colin Apap T rid tkun taf għaliex ħafna mill-Maltin jitilfu l-fiduċja fil-politiċi tagħna? Jien wieħed minnhom. U ngħid għaliex pubblikament. Li tieħu b'idejn il-militar Iżraeljan li taf li it wara ser jattakka sptarijiet, nisa, tfal bħala collateral damage u tgħid li qed tagħmlu f 'ismi u f 'isem il-Maltin u f 'isem il-miljuni tal-Ewropa – dan mhux aċċettabbli. Ħu b'idejn minn trid. Imma mhux f 'ismi. Li tikkundanna u tqajjem kuxjenza pubblika dwar qtil tal-innoċenti, kif żgħażagħ jiġu maqtula kiesaħ u biered waqt party, imma fl-istess ħin tagħlaq għajnejk it-tnejn u widnejk it-tnejn bħax-xadini u tagħmel dan f 'ismi u f 'isimna – dan LE! Li toħroġ stqarrijiet uffiċjali f 'isem l-Unjoni Ewropea u tiddenunzja dak li jagħmlu r-Russi fl-Ukrajna u ġustament tistqarr li huwa delitt tal-gwerra li żżomm poplu sħiħ milli jkollu ilma biex jgħix, tneħħilu l-elettriku u tkissirlu l-infrastruttura fejn tista' tgħix int u l-familja tiegħek, dan kollu tajjeb li tqajjem kuxjenza u tgħidilna bih. Bħalma għedtilna kemm-il darba. U tagħmel sew. Kont naħseb li nammirak għax dak li qed tgħid ifisser li qed toħroġ għonqok biex tiddefendi l-ġustizzja. Bla biża'. Proset! Sakemm indunajt li l-pożizzjoni tiegħek, tagħkom, mhix biex tiddefendi l-ġustizzja imma biex tużaha biex issawwat naħa waħda biss. U hemm titlef il-kredibbiltà. Anki jekk tkun qed tgħid il-verità. Ma nemmnekx iżjed! Ursula von den Leyen, President tal-Kummissjoni Ewropea u Roberta Metsola, President tal-Parlament Ewropew marru jieħdu b'idejn il- Kapijiet tas-Suldati Iżraeljani propju meta l-aħbarijiet kollha kienu mimlija b'dak li qed jinħadem dwar il-Palestina u l-poplu Palestinjan. Qalulna: "li taqta' l-provista tal-ilma, l-elettriku, u dak kollu biex issaħħan speċjalment meta riesqa x-xitwa fejn ibatu rġiel, nisa u tfal hija "pure terror". Sa Ursula tista' tgħidilna għaliex dan hu veru fejn jidħlu r-Russi fl-Ukrajna u ma lissintx l-anqas kelma waħda fejn l-istess atroċitajiet qed jagħmluhom ta' Iżrael f 'Gaza? Għaliex iżżommu ħalqkom magħluq quddiem ħlejjaq t'Alla li jinsabu fl-istess disperazzjoni ta' terrur, ilhom hekk għexieren ta' snin, jgħixu f 'ħabs fejn ma jistgħux joħorġu? Tgħid dawn huma wlied ta' xi alla inferjuri? Children of a Lesser God? Għalhekk, minkejja s-salarji u l-esperti mħallsa madwarkom, m'għadkomx tiġu emmnuti. U bħalma taf, fil-pożizzjoni tagħkom, frott ta' tant kompromessi politiċi, minn taħt u fil-beraħ, meta titlef il-kredibbiltà, anki meta tgħid il-verità, ħadd ma jibqa' jemmnek. Għamlu sew il-Moviment Graffitti li akkużaw lil Roberta Metsola u lil Ursula von den Leyen li għandkom idejkom imċappsa bid-demm. Uħud fl-Ewropa riedu jwaqqfu l-għajnuna li qed tingħata lill-ifqar fost il-fqar ta' Gaza. L-isptarijiet imballati bil-feruti u l-mejtin ma fadlilhomx iktar biex isalvaw il-ħajja ta' tfal, trabi u ommijiet u missirijiet. X'ser tgħidu? Tgħid li twaħħal f 'ħaddieħor li toqtol 800 Palestinjan fi sptar u tkisser u toqtol kongregazzjoni sħiħa ġo Knisja antika Ortodossa, dawn jaqblu mal-"valuri Ewropej"? L-ipokrezija ttelliom il-kredibbiltà. "Collatoral damage". Paċenzja. Tort tal-Ħamas. Din gwerra u dawn l-atroċitajiet tistenniehom miż-żewġ naħat! Ipokrezija. Dil-gwerra mhix se tieqaf hawn. Se tkompli. B'riperkussjonijiet mondjali – ir-Russja u ċ-Ċina mhux se jibqgħu jħarsu. 1. Mela darba kien hemm villaġġ fl-Amerika ta' Fuq fejn kienet ilha ma tagħmel xita x-xhur. Kien hemm nixfa kbira u kollox beda jmut. Il-Kap tat-tribù talab lix-Shaman, il-qassis u liż-żeffiena nattivi Amerikani biex jibdew "Iż-Żifna għax-Xita". Din hija ċerimonja taż-żfin biex isejħu l-ispirti tal-allat li jnaddfu l-arja permezz tax-xita. Bdew minn filgħodu kmieni jiżfnu u jiżfnu, u l-villaġġ kollu ngħaqad flimkien biex jitolbu għax-xita. Kulħadd kien hemm. Kulħadd. Imma tifel żgħir biss ġab miegħu umbrella għax-xita. Din hija FIDI. 2. Għadha kif twieldet MIKAELA. Bilkemm għadha kif għalqet sena. Imma meta missierha, Nigel, jgħolliha u jitfagħha fl-għoli ma tibżax, anzi tibda tidħaq u titbissem għax taf li missierha qiegħed hemm biex jilqagħha. Meta ngħammed tarbija ngħolliha fl-għoli biex nilqgħuha fil-komunità. Kulħadd jibda jċapċap u jifraħ. Jafu li hemm min se jilqagħha u jiżgura li ma taqax. Din hija FIDUĊJA. 3. Qabel ma mmur norqod m'għandi ebda garanzija li l-għada ser inqum qawwi u sħiħ. Imma xorta waħda nagħmel l-alarm biex inqum l-għada filgħodu. Din hija TAMA. Għażiż eks ħabib, Kien hemm żmien meta stajt insejjaħlek "ħabib". Imma llum ma nistax insejjaħlek b'dan l-isem li jfakkarni fl-iktar mumenti sbieħ ta' ħajti, ta' sinċerità, solidarjetà f 'nofs it-tempesti u d-dmugħ tal-ħajja, ta' spalla fuq xiex immidd rasi tqila, kull meta kont se negħreq u tajtni jdejk u salvajtni. Illum, kontra lbieraħ, tfakkarni fil-Bewsa tal-Ħabib fl-Ort tal-Ġetsemani. Mort hemm u rajtek. Għidtli li anki inti taf xi tfisser back- stabbing. Allura tiem iktar il-weġgħat tiegħi li kkawżajtli. Sinċerament, kont naħseb il-kuntrarju. Għalhekk inħossni deluż u użat; bħal lumija li tagħsarha u tarmiha. Insibha diffiċli nemmen il-paroli ta' solidarjetà, nibżgħu għan-nies li jaqgħu f 'dipressjoni meta aħna stess inkunu l-kawża. Inħares madwari u nara purċissjoni ta' nies b'rashom baxxa. Ippruvaw jagħmew bit-titli u l-ilbies aħmar – u indunaw li huma biss frugħa tal-frugħat. Tlellix. Li jgħaddi. Irnexxielek tagħlqilhom ħalqhom. Jibżgħu jiħu ħalqhom u jitkellmu biss minn taħt l-ilsien biex ħadd ma jirrapportahom. Biex ma jkunux imwarrba. Jippreferu jgħixu fil-kwiet u l-paċi milli jieqfu l-poter. Naom. B'isimhom u kunjomhom. Jgħiduli aħjar hekk. Imwarrba. Jafu li sħabhom, tal-istess età u l-istess klassi, sabu min jgħinhom biex ikunu bnedmin sħaħ. Imma huma le. Mhumiex mal-privileġġati. Mal- magħżulin. Quddiem il-blue-eyed boys jagħlqu ħalqhom, iżommu posthom, għax jafu mill-esperjenza tagħhom stess li jħallsu l-prezz. Meta fil-Knisja, fil-partiti politiċi ikun hemm min jagħżel li jżomm ħalqu magħluq minħabba l-biża', ifisser li dik l-istituzzjoni saret korrotta. U ż-żmien u l-figuri jagħtu raġun lill-profeti mwarrba u ppersegwitati. Not in my name Tliet stejjer Ittra miftuħa lil eks ħabib, b'rispett Minn 4,765 persuna li kienet impjegata f'Ottubru tal-2022, 4,077 kienu għadhom impjegati mal- istess kumpanija sal-aħħar ta' Ġunju 2023, il-Ministru tal-Finanzi qal lill- Parlament. Clyde Caruana kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari mill- Membru Parlamentari Nazzjonalista Graziella Galea. Caruana spjega kif Jobsplus ma jkollhiex informazzjoni dwar il- perjodu ta' probation fuq il-post tax-xogħol, informazzjoni li staqsiet għaliha Galea. Iktar kmieni din is-sena, statistika li ppreżenta fil-Parlament il-Ministru tal-Finanzi wriet kif sal-aħħar ta' Ottubru tal-2022 kien hemm 3,160 raġel filwaqt li kien hemm 1,607 nisa, bl-aktar ammont ta' persuni impjegati jkunu dawk ta' 'l fuq minn 55 sena. Mill-banda l-oħra, l-iżgħar faxxa ta' persuni b'diżabbiltà impjegati kienu dawk ta' taħt il-25 sena. F'Ottubru tal-2022, kien hemm total ta' 325 persuna impjegata, b'żieda ta' 23 persuna impjegata. F'Diċembru tal-2021, 4,375 persuna b'diżabbiltà kienet impjegata, waqt li f'Ottubru tal- 2022, kien hemm żieda ta' 390 persuna, b'total ta' 4,765 persuna b'diżabbiltà impjegata f'Ottubru tal- 2022. 85% tal-impjegati b'diżabbiltà baqgħu impjegati mal-istess kumpanija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 December 2023