Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512575
Nitkellmu ma' Tonio Borg dwar il-politika www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 3 TA' DIĊEMBRU 2023 • NRU 894 PAĠNI 4 - 5 Gwerra fuq il-prezzijiet tal-ikel bejn il-PL u l-PN Xi deputati tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kienu rrabjati ferm għal mod kif il- Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech tkellem dwar mozzjoni fil- konfront ta' Rosianne Cutajar li llum hija deputata indipendenti. Deputati li tkellmu mal-gazzetta Illum qalulna li, filwaqt li jemmnu li jagħmel tajjeb li l-Partit Nazzjonalista jkun iebes fuq kwistjonijiet kontra l-Labour, ma jistax jagħmel mossi ta' dan it-tip mingħajr ebda ħsieb. Dan għax il-Partit Nazzjonalista għandu nies fil-Grupp Parlamentari li jridu jieħdu ħsieb il-pożizzjoni tagħhom. "Ma jistax ikun li l-Kap jippretendi li ma niqfux induru n-nies u nwasslu l-messaġġ tal-partit imbagħad jippreġudika l-pożizzjoni tagħna," qalu deputati Nazzjonalisti li jaħdmu qatigħ anke f 'distretti tradizzjonalment laburisti. Għalhekk fakkru lill-Kap tal- Oppożizzjoni li m'ilux wisq kien hemm rapport tal-Kummissarju għall-Istandards, George Hyzler, li xejn ma kien ħelu ma' wħud minnhom fuq l-irwol li għandhom bħala impjegati mal-Gvern. PAĠNA 7 Membri Parlamentari tal-PN ifakkru lil Grech fir- rapport Hyzler … u rrabjati għax telaq jiġri waħdu fuq Cutajar Karba fuq il-kontroll tal- prezzijiet ta' prodotti minn kumpaniji dominanti Maltin spiċċat f 'argument bejn il-membru Parlamentari Laburista Alex Agius Saliba u l-kandidat Nazzjonalista għall- Parlament Ewropew Peter Agius f 'min għandu jintervjeni hux il-Gvern Malti jew il- Kummissjoni Ewropea. Meta ġie mistoqsi għalfejn ħass il-bżonn li jqajjem din il-kwisjoni, Agius Saliba qal: "Ma jistax ikun illi f 'pajjiżna naċċettaw il-kunċett tas-suq isuq. Huwa għalhekk illi tlabt lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tinvestiga t-tħaddim tas- suq uniku Ewropew f 'Malta. "Spiċċajna f 'sitwazzjoni ta' it importaturi u distributuri jiddominaw is-suq b'riperkussjonijiet negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-opportunità sabiex importaturi żgħar jikkompettu bi prezzijiet orħos għall-konsumaturi tagħna. "eddid mill-importaturi l-kbar lill-ħwienet iż-żgħar illi fost oħrajn ma jfornux lil dawn il-ħwienet bil-profitti tagħhom kemm-il darba ma jixtrux kollox mingħandhom hija inaċċettabli. "Il-Kummissjoni Ewropea bħala gwardjan tat-Trattat Ewropew u b'kompetenza esklussiva fil-kompetizzjoni trid tieħu azzjoni sabiex tara li l-benefiċċji tas-suq Ewropew jaħdmu f 'Malta bl-istess mod li jaħdmu fi stati membri akbar minnha." PAĠNA 7 "Li nkunu żgħar fid-daqs ma jfissirx li għandna nagħmlu inqas" – Robert Abela fil-COP28 Il-PM Abela sejjaħ għal ambizzjoni u sforzi kollettivi globali biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima waqt l-indirizz tiegħu lbieraħ fil-COP28, konferenza tan- Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima f'Dubaj PAĠNA 3 Alex Agius Saliba (xellug) u Peter Agius fi gwerra bejniethom fuq min hu responsabbli mill-prezzijiet tal-ikel f 'Malta