Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512910
16 opinjoni IL-ĦADD 10 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum LIKBAR GĦAJNUNA budget.gov.mt KONTRA LGĦOLI TALĦAJJA Michael Stivala huwa President tal-Malta Developers Association Michael Stivala L -industrija tal-iżvilupp tal-propjetà f 'Malta huwa suġġett kontroversjali li peress li jaffettwa lil diversi persuni, dan jiġi msemmi ta' spiss. Bħala żviluppatur Malti, jiena nemmen illi din l-industrija tal-iżvilupp u tal-kostruzzjoni tagħti kontribut qawwi ġewwa pajjiżna billi tkompli tkabbar u ssaħħaħ l-ekonomija ta' Malta. Dan is-settur dejjem kien wieħed popolari fost il-Maltin u l-Għawdxin, peress li ħafna nies jarawh bħala investiment sigur li jiġġenera tkabbir fil-valur ekonomiku. Għalkemm jiena naqbel mat-twemmin illi l-propjetà f 'Malta hija investiment tajjeb, xorta waħda nemmen illi huwa ferm importanti illi l-Gvern ikompli jtejjeb il-proċes- si, ir-regolamenti, u l-liġijiet neċes- sarji, sabiex dan is-settur ikun jista' jkompli jikber u jipproduċi xogħol mill-aqwa u ta' kwalità għolja. Bħala l-President tal-Malta Development Association, jien nista' ngħid bla dubju illi llum il-ġurnata, ħafna żviluppaturi tal-propjetà qed jaffaċċjaw diversi sfidi. Fost l-ikbar problemi nsibu l-kwistjoni tal-permessi, u dik li għandha x'taqsam mal-proċessi ta' approvazzjoni mill-awtoritajiet tal-Gvern. Jiena nemmen illi sabiex dawn il-problemi jonqsu, hemm bżonn pjan fit-tul li jinvolvi t-tnaqqis tal-burokrazija żejda. Il-burokrazija żejda mhux qed taffettwa lill- iżviluppaturi biss, imma peress li din qed twassal għal dewmien u spejjeż żejda, fl-aħħar nett, qed jispiċċa jbati l-konsumatur Malti u Għawdxi peress li dawn il-proċessi twal qed jgħollu l-prezzijiet tal-propjetà. Ovvjament b'dan li qed ngħid ma rridx infisser illi jiena nemmen li l-iżviluppaturi għandhom jitħallew jagħmlu dak li jridu, imma illi jitneħħew ċerti proċessi żejda li bihom jew mingħajrhom l-iżviluppi u l-investimenti li jsiru hawn Malta jibqgħu jsiru b'mod għaqli u sikur. Suġġett daqsxejn kontroversjali li għandu x'jaqsam ma' dan is-settur huwa l-ambjent. Għalkemm dan is-suġġett iqajjem ħafna argumenti, speċjalment fuq il-midja, jien dejjem kont bil-ħsieb illi dawn għandhom jimxu id f 'id. Bid-dħul li jaqla' l-Gvern mill-iżvilupp, huwa għandu jsib postijiet li jkun jista' juża sabiex jinvesti u jinfetħu aktar green open spaces, illi jkunu jistgħu jitgawdew mill-poplu Malti u Għawdxi, għal kwalità ta' arja aħjar. Hekk kif ma' kull sena li tgħaddi, dan is-settur dejjem qed ikompli jikber, tajjeb illi wieħed jieqaf u jaħseb fejn sejrin, u kif nixtiequ naraw pajjiżna fil-futur ġejjieni. Parti kbira minn dan il-futur jinvolvi t-tfal tal-lum, li se jsiru l-adulti ta' għada. Jiena nemmen li m'hawnx biżżejjed investiment sabiex l-istudenti jiġu inċentivati u mħeġġa illi jkomplu f 'karriera f 'din l-industrija. Għalkemm ħafna persuni jaħsbu illi professjoni fl-iżvilupp mhijiex karriera importanti, dan huwa żball kbir. Bħal kull professjoni oħra, il-Gvern għandu bżonn jagħti l-importanza meħtieġa sabiex il- pajjiż ikun jista' jipproduċi ħaddiema professjonali li huma esperti ta' din is-sengħa. Barra minn hekk, meta nitkellem fuq il-futur ta' pajjiżna ma nistax ma nikkummentax illi filwaqt li aħna l-iżviluppaturi għandna niffokaw biex nibnu bini sabiħ kif jixraqlu dan il-pajjiż, hemm bżonn li min-naħa tal-Gvern, l-infrastruttura ta' Malta tiġi meħuda bis-serjetà. Inutli nippromovu l-pajjiż bħala ġawhra fil-Mediterran imma mbagħad ikollna bankini u toroq imkissrin u maħmuġin. L-Industrija tat-Turiżmu L-industrija tat-turiżmu ġewwa Malta, apparti illi għandha vantaġġ fuq l-ekonomija, iġġib magħha wkoll benefiċċji kulturali. Minn żmien il-Kavallieri sal-lum il- ġurnata, il-pożizzjoni ta' Malta fil-Mediterran dejjem ġibdet lill- barranin lejn pajjiżna. Barra minn hekk, il-kultura u l-klima moderata wkoll jgħinu biex jagħmlu lil Malta attrazzjoni turistika popolari. Malta toffri kull tip ta' akkomodazzjoni, minn dik ekonomika sa dik lussuża, li jsarrfu f 'turiżmu varjat b'nies ta' klassijiet soċjali differenti. F'dawn l-aħħar snin rajna investimenti kbar iseħħu fl-iżviluppi u fir-rinnovazzjonijiet ta' lukandi u diversi akkomodazzjoniet turistiċi oħrajn sabiex Malta tlaħħaq mad- domanda li qed tikber ma' kull sena li tgħaddi. Għalkemm ħafna persuni jemmnu li din iż-żieda ta' lukandi ġewwa Malta hija wisq u qed taqbeż il-limiti, jiena nemmen li minflok niffukaw biex nagħtu inqas permessi, għandna niffukaw biex nippruvaw noħolqu strateġija li tittratta aktar turisti ġewwa Malta fl-istaġun tax-xitwa. Kif diġà għedt u se nkompli ngħid, nemmen li dawn iż-żewġ industriji huma żewġ setturi kulturali u ekonomiċi importanti. Min jaħdem fl-iżvilupp u fit-turiżmu jista' jaqbel miegħi illi ż-żewġ setturi joffru sfidi u opportunitajiet differenti, imma għalhekk huwa dejjem importanti illi naħdmu b'mod għaqli li jgħin u mhux ikisser dawn l-industriji tant importanti. L-għan ewlieni tal-lukandiera u tal-iżviluppaturi għandu dejjem ikun li jiżviluppaw propjetà ta' kwalità għolja sabiex joffru esperjenza pożittiva lit-turisti li jżuru l-ġżejjer Maltin. Barra minn hekk, għandhom ukoll jagħmluha prijorità illi jinvestu f 'teknoloġija innovattiva sabiex jibqgħu kompetittivi f 'dan is-suq daqshekk dinamiku. L-Iżvilupp tal-Propjetà