MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512910

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum opinjoni I l-protezzjoni tal-ambjent hija prijorità għal ħafna minna u matul dawn l-aħħar snin, ħafna saru jagħtu kas it-tikketti ambjentali fuq il-prodotti li nixtru. Uħud minnhom jgħidu li l-prodott hu magħmul minn materjal riċiklat, oħrajn li s-servizz jingħata b'inqas emissjonijiet u oħrajn jiddikjaraw li għal kull prodott li jinx- tara, ikunu se jinżergħu numru ta' siġar – kollu tajjeb, però kollha huma dikja- razzjonijiet veritieri? Fi studju li għamlet il-Kummissjoni Ewropea, instab li 53% tad- dikjarazzjonijiet ambjentali fl-Ewropa kienu foloz, esaġerati jew mhux veritieri sal-aħħar. Fl-istess waqt, investigazzjoni minn The Guardian tar- Renju Unit, żvelat kif iktar minn 92% tad-dikjarazzjonijiet minn kumpaniji multinazzjonali dwar azzjonijiet meħuda biex jagħmlu tajjeb għall-emissjonijiet tagħhom stess, kienu foloz, esaġerati jew intiżi biex iqarrqu bil-konsumaturi. Dan kollu hu inaċċettabbli. Dikjarazzjonijiet qarrieqa, apparti li juru li dawk il-kumpaniji qed jagħmlu inqas ġid ambjentali milli fil-fatt iddikjaraw, ikunu qegħdin itellfu l-fiduċja tal- konsumatur f 'dikjarazzjonijiet ambjentali u fl-istess waqt jagħmlu ħsara lill-kompetittività ta' dawk il-kumpaniji ġenwini li jkunu qegħdin jaħdmu b'sistemi li jipproteġu l-ambjent. Kien għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea ħasset il-bżonn li tinħareġ liġi ġdida dwar kif jistgħu jibdew isiru dawn id-dikjarazzjonijiet bl-għan li tipproteġi lill-konsumatur, iżżid il-kompetittività u fl-istess waqt tipproteġi l-ambjent. Kont onorat meta l-Grupp tas-Soċjalisti talabni nikteb u nkun in-negozjatur ewlieni tal-Parlament Ewropew għal din il-liġi, wara x-xogħol li għamilna matul l-aħħar snin fuq diversi liġijiet ambjentali. L-għan tiegħi fil-kitba ta' din il-liġi kien li dikjarazzjonijiet ambjentali li jsiru fl-Ewropa jridu jiġu vverifikati b'mod xjentifiku li huma veritieri. B'sistema armonizzata fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, kull pajjiż għandu jiżgura li jipproteġi lill-konsumaturi minn dikjarazzjonijiet foloz, filwaqt li jħeġġu lill-oħrajn ikunu iktar ambjentali kif jimmanifatturaw il-prodotti jew kif joffru s-servizzi tagħhom. Hu kruċjali li kull dikjarazzjoni tkun affidabbli, komparabbli, u verifikabbli mal-Unjoni Ewropea kollha. Irridu niġġieldu l-greenwashing li ħakem ħafna mis-suq Ewropew. Irridu nikkontribwixxu għall-ħolqien ta' ekonomija ħadra u ċirkulari billi kontinwament niżguraw li l-konsumaturi għandhom informazzjoni ċara ta' xi jkunu qegħdin jixtru. Fl-istess waqt, irridu nistabbilixxu kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ambjentali. Filwaqt li rrid nara l-ikbar riżultati favur l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, poġġejt fuq nett, fil-prijorità li ma nżidux il-piż fuq l-intrapriżi żgħar u medji li huma l-pilastru tal-ekonomija Maltija u dik Ewropea. Għalhekk, qed nimmira li f 'din id-direttiva jkollna assistenza kemm amministrattiva, kif ukoll finanzjarja għal dawn l-intrapriżi. Hija sitwazzjoni inaċċettabbli li minħabba l-qerq ta' ħafna mill-kumpaniji kbar, jeħel iż-żgħir li ħafna drabi jagħmel sforzi kbar biex ikun ġenwinament ambjentali. Ninsab kuntent ħafna bil-mod kif issa ppreżentajt il-liġi lill-Kumitat tal-ambjent, flimkien mal-kollega Estonjan fil-Kumitat tas-Suq Intern u l-Konsumatur. Apprezzajt ukoll il- maġġoranza tal-emendi mressqa mill- partiti politiċi l-oħrajn li fil-maġġoranza tagħhom iħarsu li jsaħħu l-liġi. Issa nħares 'il quddiem lejn negozjati bejn il-partiti differenti biex fl-aħħar ta' din il-leġiżlatura tal-Parlament Ewropew nivvutaw fuq il-liġi għal pożizzjoni finali tal-Parlament Ewropew. F'mandat li bla dubju ta' xejn se jkollu l-protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bħala l-legat tiegħu, se jkun sinjal b'saħħtu li f 'waħda mill-aħħar plenarji nissiġillaw ix-xogħol ambjentali tagħna b'liġi b'saħħitha favur l-ambjent, il-konsumatur u n-negozji ż-żgħar. Ġlieda kontra l-Greenwashing fil-Parlament Ewropew Filwaqt li rrid nara l-ikbar riżultati favur l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, poġġejt fuq nett, fil-prijorità li ma nżidux il-piż fuq l-intrapriżi żgħar u medji li huma l-pilastru tal- ekonomija Maltija u dik Ewropea Cyrus Engerer huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Cyrus Engerer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 December 2023