Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512910
02 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, IŻ-ŻODJAKU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON L-oroskopju għalik: żodjaku ta' Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru L-Oroskopju inġenerali: Għalik, Sagittarius se jkun erba' ġimgħat ta' għarfien fejn int tixtieq verament twassal lilek innifsek. Issa int għandek ċans tajjeb fejn kont imwaħħal tinħall u tersaq żgur lejn dik l-instabbiltà. Namaste. L-Oroskopju fl-imħabba: Għalik Sagittarius se jkun erba' ġimgħat li tagħraf aħjar kif iżżomm l-imħabba tiegħek f 'bilanċ sabiex imħabbtek tkun aktar passiva u motivata, u b'hekk titkattar. Namaste. L-Oroskopju fil-karriera: Għalik Sagittarius se jkun erba' ġimgħat li issa trid turi l-vera ħila u kapaċità li għandek sabiex tasal lejn dik il-mira prinċipali. Namaste. L-Oroskopju fis-saħħa: Għalik Sagittarius se jkun erba' ġimgħat li trid tirranġa l-ħin ta' rilassament peress li taf li ma tantx qed ikollok ħin. Huwa importanti li jkollok dan il-ħin ta' rilassament u twettaq xi tibdil fil-palat. Namaste. L-Oroskopju fil-finanzi: Għalik Sagittarius se jkun erba' ġimgħat fejn il-finanzi jistgħu jitjiebu ħafna. F'daż-żmien jista' jkun li int tagħraf aħjar kif tikkontrolla l-infiq tiegħek. Il-monitoraġġ huwa ferm importanti sabiex ittejjeb. Namaste. L-Oroskopju għall-għarfien: Għalik Sagittarius se jkun erba' ġimgħat fejn l-għarfien għandu jingħata aktar attenzjoni. Ma tistax il-ħajja ta' madwarek tkun f 'qagħda stabbli jekk int ma tagħtix aktar għarfien tiegħek innifsek. Namaste. L-Oroskopju għalik waqt iż- żodjaku ta' Capricorn: Mal-bidla taż-żodjaku tiegħek trid tara li l-miri li kellek intlaħqu kollha. Jekk dan ma seħħx tmurx għal dawk li baqa' iżda ibda miri ġodda. Namaste. L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta' Sagittarius huwa dak tal-Ħamis iżda għandek tevita l-jum tat-Tnejn. Namaste. L-aktar xahar ideali għalik huwa dak ta' Ġunju iżda għandek tevita dak ta' Marzu. Namaste. Bħala kristalli, ideali għalik huma Amethyst u Sapphire. L-aktar dati ideali għalik għax- xahar ta' Diċembru huma s-7, d-9, u d-19 ta' Diċembru! Bħal kull żodjaku għandek il- kombinazzjoni ta' żewġ qmura fejn it-Tnejn 27 ta' Novembru se nesperjenzaw il-fażi tal-qamar kwinta waqt li l-fażi ta' qamar ġdid (new moon) se nkunu qed nesperjenzawha nhar l-Erbgħa 13 ta' Diċembru. Xi persuni famużi li jagħlqu żmienhom waqt dan iż-żodjaku nsibu lill-Papa Franġisku, Winston Churchill, Britney Spears, Bruce Lee Kirk Douglas, Dick Van Dyke, Steven Spielberg, Tina Turner, Brad Pitt, Frank Sinatra, Christina Aguilera, Kylian Mbappe, Emmanuel Macron, Chris Evert, Walt Disney, Ludwig van Beethoven, Andy Williams, Jim Morrison, Christopher Plummer, Ben Stiller, u Nostradamus. Aktar informazzjoni bażika tista' ssibha fl-aħħar pubblikazzjoni tiegħi "L-Oroskopju minn PaulJon" jew ibgħat SMS fuq 7949 5804 jew tista' wkoll iżżur is-sit tiegħi www. pauljon13.com Namaste Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf għand Free Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. LUIGI SGHENDO Matul il-gwerra bejn il-Palestina u Iżrael, 63 ġurnalist u ħaddiem tal- midja ġew ikkonfermati mejta; 56 Palestinjan, erba' Iżraeljani u tliet Libaniżi. Dawn kienu fost it-18,000 persuna li mietu minn mindu bdiet il- gwerra fis-7 ta' Ottubru 2023; 17,000 Palestinjan u 1,200 Iżraeljan. L-iktar ġurnata fejn fiha mietu ġurnalisti kienet fis-7 ta' Ottubru meta sitt ġurnalisti nqatlu, filwaqt li ħamsa mietu fit-18 ta' Novembru. Skont Reuters, id-difiża Iżraeljana qalet li ma tistax tiggarantixxi s-sigurtà ta' ġurnalisti li jkunu qed jaħdmu fl- Istrixxa ta' Gaża. Shaima El-Gazzar hija fost il- persuni mejta. Skont midja Eġizzjana, hija kienet taħdem mal-kumpanija Al-Majedat u nqatlet flimkien mal- familja tagħha waqt bumbardament Iżraeljan fil-belt ta' Rafah, fin- Nofsinhar ta' Gaża. Al-Jazeera rrapportat il-mewt ta' Farah Omar, ġurnalista oħra li nqatlet permezz ta' bumbardament Iżraeljan fin-Nofsinhar tal-Libanu, viċin il- fruntieri ta' Iżrael fil-21 ta' Novembru. Siegħa qabel il-mewt tagħha hija għamlet aġġornament live. Il-militar ta' Iżrael nieda attakk fil- Libanu, b'tankijiet u nar tal-artillerija. Dan filwaqt li l-forzi tal-ajru ta' Iżrael skonthom attakkaw kemm ċentru ta' kmand militari, kif ukoll infrastruttura militari tal-Hezbollah. In-Nazzjonijiet Uniti (NU) irrapportat li madwar 600,000 persuna fin-Nofsinhar ta' Gaża jinsabu taħt ordnijiet ta' evakwazzjoni. Madankollu, ix-xelters jinsabu ffullati wisq biex iħallu liċ-ċivili mingħajr fejn ifittxu kenn. Il-kunflitt imur lura għal sensiela ta' avvenimenti, inkluż l-attakk tal- Ħamas fuq Iżrael fis-7 ta' Ottubru. Il-BBC irrapportat evidenza ta' vjolenza sesswali, stupru, u mutilazzjoni tan-nisa waqt dan l-attakk. L-istrajk inizjali tal-Ħamas irriżulta fil-mewt ta' 1,200 individwu, b'madwar 240 oħra meħuda bħala ostaġġi. IL-GWERRA TAL-IŻRAEL U L-PALESTINA 63 ġurnalist u ħaddiem tal- midja kkonfermati mejta Ikomplli minn Paġna 1 Kif ġie ritenut fil-każ Repubblika ta' Malta vs Keith Testa u Carlos Dimech, "... idejn il-Qorti tibqa' marbuta dment li l-liġi tibqa' kif inhi." Riċerka li għamlet il-gazzetta Illum turi li din xi ħaġa li anke tkellmet fuqha l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Fil-fatt, l-Istat Malti mhuwiex estranju għal dawn it-tip ta' pronunzjamenti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem fuq dan is-suġġett. F'Marzu tal-2022 ingħatat sentenza fl-ismijiet Shorazova kontra Malta, li għalkemm mhux dwar ċirkostanzi identiċi, kienu jittrattaw ordni ta' ffriżar applikata mill-Awtoritajiet Maltin fuq talba tal-Każakistan. F'dan il-każ, il-Qorti qieset li l-iffriżar tal-propjetà kollha tal- imputata (f 'Malta) huwa, min- natura tiegħu, miżura ħarxa u restrittiva. Hija kapaċi taffettwa d-drittijiet tal-imputata b'tali mod li l-attività prinċipali tan- negozju tagħha jew saħansitra l-kundizzjonijiet tal-għejxien jistgħu jitqiegħdu f 'riskju. Finalment il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kienet qieset li l-proċedura quddiem il-Qorti Kriminali f 'Malta li biha l-ordni ta' ffriżar inħarġet u ġiet estiża ripetutament għal 8 snin sħaħ, ċaħdet lil Shorazova mis-salvagwardji proċedurali rilevanti kontra ndħil arbitrarju jew sproporzjonat mill-Istat. Il-Qorti Ewropea għad- Drittijiet tal-Bniedem, f 'diversi sentenzi, inkluż f 'Dziniċ kontra l-Kroazja, ma titkellimx kontra li jkun hemm sekwestri li jċaħħdu imputat mill-propjetà tiegħu, imma tenfasizza l-ħtieġa li l-Qorti tistabbilixxi jekk kienx legali u "skont l-interess ġenerali", u jekk kienx hemm relazzjoni raġonevoli ta' proporzjonalità bejn il-mezzi użati u l-għan imfittex li jiġi milħuq bl-ordni. F'dan ir-rigward saħqet li anke jekk l-interferenza, f 'dan il-kuntest ordni ta' ffriżar, tkun saret skont il-liġi u fl-interess pubbliku, għandu jkun hemm ukoll relazzjoni raġonevoli ta' proporzjonalità bejn il- mezzi użati u l-għan imfittex li jintlaħaq minn kwalunkwe miżura applikata mill-Istat, inkluż miżuri maħsuba biex jikkontrollaw l-użu tal-propjetà tal-individwu. Din il-ħtieġa hija espressa mill-kunċett ta' "bilanċ ġust" li għandu jintlaħaq bejn it- talbiet tal-interess ġenerali tal-komunità u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-individwu. F'dan il-każ partikolari nstab li l-Qorti fil-Kroazja, ħalliet lill- imputat għal aktar minn sentejn u nofs, mingħajr ma rat jekk kienx hemm sproporzjon bejn il-valur tal-propjetà maqbuda u l-allegat qligħ pekuljari miksub illegalment, dak deskritt bħala rikavat mill-kriminalità. Il- Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kienet għalhekk sabet li l-applikazzjoni tas- sekwestru fuq il-beni kollha ma kinitx adegwata biex turi li kien sodisfatt ir-rekwiżit ta' "bilanċ ġust" inerenti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Quddiem din is-sitwazzjoni, il- Ministru għall-Ġustizzja ressaq din ir-riforma li ddeskriva bħala kuraġġuża. Intqal li l-għan tal-emendi huwa li jippruvaw isibu bilanċ aktar ġust bejn il-ħtieġa fl-interess pubbliku li tiġi ffriżata propjetà biex din ma tiġix sparpaljata waqt li jkun hemm proċeduri pendenti li jistgħu jwasslu għall-konfiska u d-drittijiet tal-imputat li ma jitqigħedx f 'sitwazzjoni ta' rovina finanzjarja mingħajr ma jkun instab ħati. Kompla jkun spjegat ukoll li r-riforma se twassal biex l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna jsostnu l-ħidma u l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu r-reati finanzjarji. Dan billi tindirizza ukoll l-isfidi li ħabbtu wiċċhom magħhom l-istituzzjonijiet Maltin fl-aħħar it snin ta' esperjenza fis-settur, bħal pereżempju l-Asset Recovery Bureau, li issa se tkun f 'pożizzjoni li tbigħ propjetà li tkun peribbli jew li n-nefqa biex tiġi mantnuta u miżmuma sew ma tkunx ekonomikament vijabbli. Riforma deskritta bħala kuraġġuża