MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512910

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 10 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Q att ma nistgħu naċċettaw li l-Gvern Iżraelit qed joqtol għex- ieren ta' Palestinjani għax jem- men li biex jasal għand il-Hamas irid jfarrak pajjiz u poplu. U alla jbierek l-Amerika u l-Unjoni Ewropeja tilfu l-vuċi kontra dawn l-atti bla preċedent. Jekk qatt kien hemm eżempju ta' ipokrezija lampanti tal- punent, dan hu l-mument. Episodju fejn qisna nikkunsidraw il-Palestinjan bħala esseru ieħor, aljen, annimall jew kreatura mingħajr drittijiet. Qisna ma nistgħux nitkellmu għax l-Iżrael għandu dritt divin li jagħmel li jrid għax fl-aħħar gwerra mondjali kien hemm il-ġenoċidji tal-popli Lhud. B'hekk għandhom id-dritt li jiħu l-kanuni, missili, balal u bombi fuq in-nisa u t-tfal. Ma nistgħux nitkellmu għax skont huma, għax jekk nitkellmu aħna anti- semiti. Nitkellmu jridu. Hawn Malta u barra minn Malta, qamu l-irwiefen għax inqatlet ġurnalista. Minn Ottubru sal-bieraħ l-Iżrael qatlu 63 ġurnalist. U alla jbierek silenzju stampa, ħadd ma jgħid xejn. Iridu nitkellmu, mhux bħal poeti fl-ajru bi kliem li ma jiiehimx, imma mad- deputati tagħna, mal-Ministru ta' l-affarijiet barranin tagħna Ian Borg biex mill-it li nistgħu nippuntaw għal miżuri li jsalvaw il-ħajjiet tan-nies. Aħna bħala pajjiż sovran għandha nkunu sodi. Il-Prim Ministru Robert Abela għandu juri l-għadab tiegħu għal mod kif ir-reġjun ser ikun taħt tensjoni liema bħala. Jenħtieġ ukoll li nkunu konxji bil-mod kif l-Amerika u l-politika ta' Joe Biden, hija mibnija fuq politika li tappoġġja dawn l-atti illegali. U l-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew li urew kemm huma inkapaċi jwaqqfu l-Iżrael. U nieqfu nkunu apoloġetiċi ... bħallikieku l-Iżrael xi super State jew xi razza speċjali. U bi-fors biex insemmu l-ħniżrijiet tal-Iżrael iridu nsemmu dawk tal-Hamas. Xbajna nassitu għall-arroganza u l-ardir inkalkulabbli, l-attitudni fejn ma hemmx rispett lejn id-drittjiet tal-bniedem, lejn liġijiet internazzjonali u lejn id-dinjita tal- bniedem. Illum l-Iżrael tħares lejn il-Palestinjani bħala oġġetti bla drittijiet. Joqtlu u jarrestaw mingħajr biża ta' xejn. U joħorġu f 'skużi ta' nies eżaltati u bla ruħ/. Qed ngħixu mumenti koroħ li ser iwassal biex mijiet jekk mhux eluf ta' Palestinjani ser isiru aktar estremisti u aktar ħorox. U imbgħad stennew li r-reazzjoni tal-punent tkun waħda aktar pwerili. Biden ikun ilu li telaq. Imfakkar bħala xiħ bla ruħ u saħħa morali. Anke Netanyhu, aktarx sfiduċjat minn niesu stess. Li jkun faddal tkun r-rabja u l-mibgħeda ta' mijiet ta' eluf ta' Palestinjani; L-argumenti li smajna minn Biden jew Metsola fuq l-gwerra fil-Ukraina interessanti, imma ma servew xejn biex nimu għalfejn dan l-argument ma jistax jiġi applikat ukoll fil-Palestina. Illum hija ċara li l-Iżrael iridu jħassru Gaza minn wiċċ id-dinja, jekk ma tridx mill-mappa tad-dinja ukoll. Nitolbu bil-mod tagħna li x'imkien dan il-poplu minsi ssib xi tarf għal din l-oppressjoni faxxista u krudili. L-oppressjoni tal-poplu Palestinjan

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 December 2023