MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512910

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 10 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti F'dan l-istaġun tal-festi, agħmel vjaġġ lura fiż-żmien u ħalli lilek innifsek tiġi ttrasportat qalb blat, fanali li jteptpu u pajsaġġi fl-istorja nattiva f '"Il-Vjaġġ tal- Presepju ma' San Franġisk". Din il-wirja se sseħħ fil-Palazz tal- Gran Mastru fil-Belt Valletta. Permezz ta' kollaborazzjoni bejn Heritage Malta u l-Għaqda Ħbieb tal-Presepji Għawdex-Malta, taħt il-patroċinju tal-ET il-President ta' Malta, kollezzjoni tal-għaġeb ta' aktar minn sittin presepju tradizzjonali u figurini tat-twelid se tkun qed iżżejjen waħda mis- swali tal-Palazz tal-Gran Mastru. Dawn il-presepji huma kreazzjonijiet ta' artisti u gruppi kemm Maltin kif ukoll barranin, u huma magħmulin minn varjetà ta' materjali, fosthom paper mache, ħġieġ u jablo fost oħrajn. Din il-wirja tifforma parti minn sensiela ta' inizjattivi madwar id-dinja, organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali Ħbieb tal-Presepju, li tiċċelebra t-800 anniversarju ta' din is- sena minn meta nħoloq l-ewwel presepju minn San Franġisk fi Greccio, l-Italja. Dan l-episodju huwa meqjus bħala l-bidu ta' din it- tradizzjoni Kattolika għażiża li tul is-snin infirxet madwar id-dinja u saret parti mit-tiżjin tal-Milied fid- djar, filwaqt li tirrakkonta b'mod artistiku dan il-lejl solenni. Żewġ wirjiet oħra se jkunu qed isiru b'mod parallel fil-bini tal-Parlament fil-Belt Valletta u l-Kunvent Agostinjan fir-Rabat Għawdex. Se jiġu offruti għadd ta' workshops immirati għal diversi udjenzi li jaqsmu għarfien espert u gwida dwar il-metodoloġija u l-istorja tal-preparazzjoni tal- presepji. Biex tiżgura ruħek li ż-żjara tiegħek fil-wirja tkun tassew memorabbli, id-Dipartiment tal- Pubblikazzjonijiet ta' Heritage Malta kkummissjona sett esklussiv ta' 15-il figura tan-natività numerata kommemorattiva u b'edizzjoni limitata, maħluq minn Pawlu Muscat fl-istil tradizzjonali 'tas-sold' u li jikkonsisti kull karattru tipiku. Kemm dan is- sett uniku, kif ukoll katalgu informattiv u illustrat, se jkunu disponibbli għall-bejgħ fuq is-sit u online fuq www.heritagemalta. mt/store. Din il-wirja se tibqa' għaddejja mill-Ħadd 19 ta' Novembru sal- Ħadd 21 ta' Jannar 2024, u tiaħ kuljum. Il-ħinijiet tal-uħ għal Novembru huma mill-10:00 sas- 18:00. Id-dħul huwa fuq bażi ta' donazzjoni, bil-flus imorru direttament għand il-Malta Community Chest Fund. Id-dħul isir minn Triq il-Merkanti. Mill-15 sas-17 ta' Diċembru, żur DAR Il-Milied, l-Open Weekend ta' DAR Bjorn f 'Ħaż- Żebbuġ. Dan l-avveniment ġie organizzat minn Bjorn Formosa u ALS Malta, fondazzjoni bl- għan li tqajjem kuxjenza dwar l-ALS. Bjorn waqqaf ALS Malta fl-2015, wara li ġie djanjostikat bil-marda hu stess. Wara teletona televiżiva ta' suċċess fuq il-programm Xarabank, ALS Malta rnexxielha tiġbor biżżejjed fondi għall-ftuħ ta' faċilità f 'Ħal Qormi, DAR Bjorn. F'Mejju ta' din is-sena, infetħet it-tieni DAR Bjorn f 'Ħaż-Żebbuġ, mgħammra bl-aħħar avvanzi teknoloġiċi mediċi, kif ukoll aktar faċilitajiet. Għall-Milied, Bjorn Formosa u ALS Malta qed jistiednu lill-pubbliku biex iżur Open Weekend speċjali. Iż-żjara tiegħek f 'DAR Bjorn Żebbuġ se tkun aktar minn sempliċi ċans biex tiċċelebra. L-avveniment qed isir bl-għan li jrawwem l-ispirtu tal-għotja f 'isem il- Milied. Il-viżitaturi huma mħeġġa jappoġġaw l-isforzi ta' ġbir ta' fondi ta' DAR Bjorn, u b'hekk jassistuhom fil-missjoni tagħhom. Minkejja dan, l-Open Weekend xorta joffri divertiment speċjali għal dawk li jattendu. Gawdi l-għanjiet sbieħ tal-Milied kantati mill-ilħna ta' La Voix Academy, u l-aromi delikati ppreparati friski li wkoll se jimlew DAR Bjorn f 'Ħaż- Żebbuġ. Id-dekorazzjonijiet waħedhom se jevokaw atmosfera maġika li tiġbor l-essenza tal-Milied. Barra minn hekk, Missier il-Milied (Father Christmas) stess huwa mistenni jagħmel id-dehra tiegħu. L-attività se ddum mill-5.30 pm sad-9.30 pm nhar il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd. Antiċipa firxa festiva ta' divertiment, ikel, wirjiet, u anke rigali! Barra minn hekk, tista' tmur il-pjazza ta' Ħaż-Żebbuġ wara li jagħlaq l-avveniment u tgawdi l-villaġġ tal-Milied tar-raħal stess. L-Għaqda Ħbieb tal-Presepji se jiċċelebraw it-800 anniversarju mill-ewwel presepju tal-Milied minn San Franġisk DAR Il-Milied: Open Day f'DAR Bjorn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 December 2023