Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512910
aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum intervista IL-ĦADD 10 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum tiela 'l fuq. L-għan kien li nsaħħu l-mobbiltà soċjali. Konna aħna li ħloqna entitajiet pubbliċi kbar u tajna sinifikat għall-housing soċjali fis-70ijiet taħt Mintoff biex jinħolqu iktar opportunitajiet ta' xogħol u titjieb il-ħajja soċjali ta' min huwa anqas vantaġġat. Il-pajjiż kien qed joqrob lejn ċertu staġnar fl-2013, b'nuqqas ta' ideat, u rata ta' qgħad kienet madwar 8,000. L-ekonomija kienet inċerta u kien hemm nuqqas ta' fiduċja. Joseph Muscat, meta ħareġ fl- 2008, kien għamel rivoluzzjoni li kienet ta' xokk fix-xena politika, kemm meta beda jitkellem fuq id- divorzju, li kien hemm bżonn li nitkellmu fuqu, kif ukoll fil-qasam tal-LGBT. Ma rridux ninsew li d-dikriminalizzazzjoni tad- drittijiet tal-persuni omosesswali kien għamilha Mintoff fl-1975. U minn dakinhar, għalkemm konna aċċettajnieha, xorta kienet qisu baqgħet kwieta. Ma tantx kien sar progress fuqha. Joseph ta tifsira qawwija tal-kelma ugwaljanza u rispett f 'dan il-qasam. Barra minn hekk, fil-qasam soċjali kien hemm ukoll l-introduzzjoni taċ-childcare b'xejn. It-tnaqqis tal-benefiċċji kollha inkoraġġew lin-nies, speċjalment lin-nisa, biex joħorġu jaħdmu. Dan kien essenzjali għall- ekonomija, ħadet qabża 'l fuq u għadha għaddejja b'ritmu qawwi llum ukoll. Ħaġa oħra kienet fil-qalba fl- enerġija. L-użu tal-gass naqqas ħafna t-tniġġis fl-arja. Mhuwiex perfett imma tnaqqas. Bil-ehim li sar fejn l-Enemalta kienet f 'xifer ta' falliment u qed tiġbed magħha lil Bank of Valletta, l-Enemalta reġgħet ħadet ir-ruħ. Dan seħħ bl-arranġamenti, il-modifiki u l-impenn politiku li għamilna mal-Gvern Ċiniż, bi €320 miljun ta' investiment li daħlu min- naħa taċ-Ċiniżi. Huwa importanti li niakru li d-distribuzzjoni baqgħet f 'idejn il-Maltin. Naħseb li minkejja li ppruvaw ipinġuh b'mod differenti, nemmen li kien ehim b'saħħtu ħafna. Illum, dak il-pass irreplika ruħu għax żammejna l-enerġija bi prezz kompetittiv, tajna serħan il- moħħ lill-operaturi ekonomiċi u soċjalment tajna serħan lill-familji. L-anzjani tajniehom ħajja aħjar u dan jagħti sens ta' stabbilità. L-instabbiltà tistaġna l-ekonomija u timmina il-qasam soċjali. L-ekonomija dejjem tinbidel u għalhekk hemm bżonn stabbiltà li tirrikjedi investiment u li titjieb il-produzzjoni tagħha, jinħolqu iktar impjiegi ġodda u jkunu iktar kompetittivi. Xejn ma jibqa' statiku, anzi llum il-bidla tant hi mgħaġġla li l-problema xi drabi tkun kif se tlaħħaq magħha. Fl-2013, minn Joseph 'l hawn; huwa kien li ħoloq momentum ekonomiku u dak il-momentum jibqa' għaddej. Ma jfissirx li dan ma jinbidilx u li ma timmodifikahx, imma li jibqa' għaddej biex ta' warajh jibni fuqu. Il-ġid li jkun sar ma jridx jintesa. Li gvern juri li jimpurtah minn niesu, huwa gvern tajjeb. L-ebda gvern mhu perfett, jaf ikollu ideat tajbin u oħrajn żbaljati. Trid dejjem taħdem bi mħabba lejn il-pajjiż, u b'għan ewlieni ta' ħarsien tan-nies l-ewwel u qabel kollox. B'hekk nemmen li tnaqqas l-okkorenza ta' ġudizzji żbaljati politiċi li jistgħu jikkawżaw konsegwenzi mhux feliċi. Dak li ġara f '2019 seta' ġie evitat? Jiena nemmen li l-pajjiż kollu jixtieq li dan ġie evitat. Ċertament li l-inċident li tinqatel persuna huwa kundannabbli, huwa ħażin u qatt m'għandu jsir. L-ebda bniedem m'għandu jiġi mweġġa'. Seta' jiġi evitat? Kien ikun aħjar li kieku sar minn kollox biex ikun evitat. Kien ikun aħjar li ma ġarax. Li kieku ma ġarax aħjar għall- pajjiż, u aħjar għal kulhadd. Sfortunatament, dan ġara u wieħed irid jara kif se jieħu ħsieb isewwi r-riżultat u l-konsegwenzi ta' dak li ġara. Il-pajjiż ħiereġ minnha, u qed jieħu reputazzjoni internazzjonalment. Dan jikkonfermaw il-presidenza fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-GM u l-presidenza jew chairmanship tal- OSCE. X'kienu l-iżbalji politiċi ta' Muscat? L-ideat politiċi ta' Joseph naħseb kienu validi ħafna, u dan jikkonfermah il-ġid li nħoloq u t-titjib soċjali li rajna mill-2013 sal-lum. Però maż-żmien kull idea teħtieġ li tkun aġġornata. Ġudizzju żbaljat naħseb kien il-kuntratt tal- isptarijiet, li kieku ġie evitat kien ikun aħjar. Mhux il-kunċett tal- public-private partnership li huwa żbaljat għax l-isptarijiet li jkunu taħt public-private partnership hija xi ħaġa li diversi pajjiżi adottaw. L-aktar l-Ingilterra, Spanja u l-Portugall. Tista' ssir. Mhux il-kunċett ta' public- private partnership huwa ħażin imma l-għażla tal-partner privat trid tkun waħda għaqlija u studjata biex ikollok riżultat pożittiv. Mela għal dak ix-xogħol trid issib nies, entitajiet, jew organizzazzjonijiet li huma esperti f 'dak il-qasam. Id- deċiżjoni tal-Qrati hija ċara dwar dan il-kuntratt. Fil-każ tal-Enemalta naħseb naqblu li l-eżitu tal-bidla, il- qalba għall-gass u l-investiment Ċiniż kollha taw riżultat tajjeb li ggarantixxa li l-Enemalta tibqa' sservi l-pajjiż – hemmhekk ukoll hemm parteċipazzjoni tal-privat ma' settur pubbliku li ta riżultat tajjeb oġġettivament. X'taħseb li huma l-ikbar sfidi li qed tiffaċċja Malta u li hemm bżonn jiġu indirizzati? Ċertament hija tat-traffiku għax qed joħdilna l-ħin. Irridu nħarsu lejn pajjiżi oħrajn, bħal Singapore u Lussemburgu u bliet fl-Ewropa li qed jieħdu passi li filwaqt jgħollu l-effiċjenza tat- trasport pubbliku u jintegraw it- trasport kollu. Qed iħeġġu lin-nies jużaw anqas il-vettura personali. Għandna bżonn li l-partiti politiċi jkunu maturi biżżejjed u jagħrfu li din hija problema nazzjonali. Immedjatament trid tibda u tispiċċa f 'id bi pjan serju u diskussjoni sħiħa kif din l-isfida se tkun indirizzata. Illum fl-aħħar 30 sena, il- benessri tan-nies żdied u ta' 18-il sena kulħadd irid karozza. Din id- domanda issa kibret. Dak kien parti ta' kif is-soċjetà kienet qed tevolvi imma l-art ma kibritx. Għamilna infrastruttura ta' toroq sbieħ u tajba però ma tistax tlaħħaq għax in- numru ta' vetturi dejjem qed jikber. Irridu nderru lill-poplu biex juża t-trasport pubbliku jew jużaw karozza waħda – car sharing – insaħħu aktar trasport bil-baħar u ċioè integrazzjoni sħiħa u effiċjenti ta' trasport u regolamenti li jġibu trasport pubbliku jkun aktar effiċjenti. Il-Gvern diġà qed jagħmel investiment, imma l-isfida għadha hemm. Irridu nibdew mill- ġenerazzjoni ż-żgħira. It-tieni hija s-sostenn tal- agrikoltura li baqgħalna li huwa sfida kbira. In-nuqqas tal-ilma diġà hi problema antiċipata. L-evoluzzjoni fl-edukazzjoni. X'se tkun id-domanda tal-edukazzjoni fl-għaxar snin li ġejjin? X'ħiliet se jkollna bżonn? X'taħriġ irid isir? L-ambjent u l-ħarsien tiegħu, in- nuqqas ta' emissjonijiet – il-mira ta' zero emissions se jbiddel il-mod sħiħ tal-ekonomija u kif ngħixu? Dawn huma l-isfidi li jridu jiġu indirizzati apparti l-isfidi li qed jiġru barra minn pajjiżna; l-invażjoni fl-Ukrajna u issa tal- Palestina, jew xi sajjetta oħra fil- bnazzi bħall-Covid, li prattikament ġabet id-dinja għarkupptejha. Dawn ħadd ma stenniehom. Minn band'oħra, it-teknoloġija wkoll qiegħda tikber u l-anzjan jaf isibha diffiċli biex ilaħħaq magħha. It- tranżizzjoni teknoloġika, li hija tajba u fiha l-benefiċċji tagħha, trid issir gradwalment u li taħseb għas- soċjetà kollha. Dawn huma sfidi eċitanti wkoll, li l-partiti jridu jindirizzaw. Il- politika hija servizz, servizz b'għan li jsaħħaħ il-benesseri tas-soċjetà. Hija professjoni eżerċitata mill-bniedem u għalhekk soġġetta għall-iżball. Bejn żball u reat apposta li taf li hija ħażina hemm distinzjoni netta. Minn lenti ta' Eks Chairman tal- Air Malta, x'ma sarx biex jinbidel l-istat finanzjarju tal-kumpanija? Il-prinċipju huwa dan li Malta jrid ikollha kumpanija tal-ajru tagħha. Dan huwa essenzjali għal Malta u li għandha bżonn ta' komunikazzjoni kontinwa, effiċjenti u li tista' tistrieħ fuqha. Jekk tkun 100% tal-Gvern jew b'sehem tal-maġġoranza tal-privat hija diskussjoni oħra. Il-BOV huwa kważi kollu tal-privat però qed jaqdi l-missjoni tiegħu b'mod tajjeb ħafna u l-Gvern irid jistrada dik il- kumpanija tal-ajru nazzjonali sabiex tilħaq il-bżonnijiet ekonomiċi ta' pajjiżna. Illum huwa inutli nippuntaw subgħajna u nwaħħlu f 'xulxin. Jien nawgura u nwiegħed li bħalma użajt is-servizz tal-Air Malta, se nuża s-servizz tal-kumpanija l-ġdida. Jalla li din tirnexxi, mhux neċessarjament ħa tagħmel profitt, għax l-economies of scale ta' pajjiżna jillimitawna ħafna u joħolqu sfidi. Dak ħadd ma jafu. Imma rridu nħarsu 'l quddiem biex din tirnexxi għall-ġid tal-ekonomija Maltija u tal-poplu Malti. Meta tħares lura lejn il-vjaġġ politiku tiegħek, hemm xi affarijiet li kieku tista' tmur lura u tbiddilhom? Fl-esperjenza tagħna dejjem kien hemm esperjenzi li titgħallem minnhom u tagħraf li stajt operajt aħjar. Realistikament, dejjem jiġi punt f 'ħajtek fejn tgħid 'dik stajt għamiltha aħjar'. Li tagħmel assessjar ta' dak li għamilt u implimentajt huwa tajjeb. Jekk nieħdu pereżempju l-Qorti tal- Familja li evolviet ħafna, hija perfetta? Ma naħsibx – l-iżvilupp soċjali u l-iżvilupp tas-soċjetà maż- żminijiet, kif ukoll l-esperjenzi u l-iżbalji, iħeġġuna naġġornaw l-affarijiet. Dak huwa essenzjali fil- politika, li ma tibżax tbiddel għax tħossok komdu bl-istatus quo – però tibdil irid ikun biss fl-aħjar interess tan-nies. Dawk huma l-passi importanti; implimentazzjoni, assessjar kull it xhur, u ara x'hemm tajjeb u ħażin. Kompli ibni fuq it-tajjeb, u l-ħażin terġax tirrepetih. Naħseb jekk dan isir f 'kull settur, dan għandu jkun ta' progress. Illum hemm sitwazzjoni fejn ħafna nies li kienu attivi fil- politika u fil-Partit Laburista qed iħossuhom esklużi. X'tikkummenta? Jekk tkun attiv tfisser li tkun qed tipparteċipa f 'xi attività, allura mhux eskluż. Tista' tkun però demotivat u għalhekk ma tibqax attiv. Kull partit politiku jrid joqgħod attent li bruda fis-segwaċi tiegħu ma tikbirx għax ikollha konsegwenzi. Li ngħidu li 'nkunu qrib in- nies', tfisser fl-opinjoni tiegħi li n-nies iridu jsibuha aktar faċli biex jiltaqgħu mal-politiku li jkunu għażlu. Issa sta għall-politiku kif se jittratta sitwazzjoni bħal din. L-importanti huwa li l-poplu jħossu qrib tal-politiku matul il-leġiżlatura kollha u mhux lejliet l-elezzjoni. Ma neskludix li din l-apatija li qed nirreferi għaliha tista' tkun riżultat ta' tribaliżmu politiku li qed ibiegħed lin-nies. Inħoss li l-politika qed issir diviżiva u dan mhux f 'Malta biss imma fl-Ewropa u fid- dinja kollha. Fl-opinjoni tiegħi dan ma jawgurax tajjeb biex nindirizzaw l-isfidi kbar li pajjiżna u l-Ewropa kollha għandhom quddiemhom. Il-maturità politka, bħal f 'kull ħaġ'oħra, hija neċessarja. l-importanti, imma meta toħroġ minnha