Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513812
Mhux veru li Eddie Fenech Adami kien qal illi kien jaf min qatel lil Karin Grech – Dione Borg, ġurnalist, 8 ta' Jannar 2023 Eddie kien qal, waqt dibattitu jaħraq fil-Parlament, li hu jagħmel l-investigazzjoni kollha li hemm bżonn u imbagħad jgħid min qatilha. Jiġifieri hu qal li l-investigazzjoni għandha twassal biex ikun magħruf min qatel lil Grech u mhux li hu jaf min qatilha" sostna Borg ma' din il-gazzetta. Elezzjoni 1998: "Ugo kien qal lill-armata u lill-pulizija biex ikunu on alert u jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom" – Alfred Sant, 15 ta' Jannar 2023 Huwa qal illi fl-1998 kien hemm mument qasir ta' vakuum politiku hekk kif Alfred Sant ma kienx irriżenja b'mod uffiċjali u Fenech Adami ma setax jieħu l-ġurament tal-ħatra. "Kien f 'dan il-mument li Ugo Mifsud Bonnici kien tkellem mal-Armata u mal-Pulizija biex ikunu on alert u jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom jekk ikun meħtieġ," spjega Dione Borg mal-ILLUM. Ma nistgħux inżommu lil Għawdex qisha presepju – Alex Borg, Membru Parlamentari Nazzjonalista, 2 ta' Jannar 2023 Borg jemmen li filwaqt li l-gżira tat-tliet għoljiet għandha karatteristiċi uniċi, imfittxija mill-barranin u anke Maltin, din ukoll trid tiżviluppa maż-żmien, tant li jemmen li lil Għawdex ma nistgħux inżommuha qisha presepju. Insista li l-iżvilupp ma jistax jieqaf għax is-soċjetà trid timxi maż-żminijiet, iżda min-naħa l-oħra jemmen li għandu jintlaħaq bilanċ biex l-iżvilupp li jsir ikun sostenibbli, kif suppost u "bis-sens." _-_- Iċċaraw id-definizzjoni ta' vjolenza domestika. Għax qed tinħela ħafna enerġija - Audrey Friggieri, Il-Kummisarju kontra l-vjolenza abbażai tal-ġeneru u vjolenza doestika, 26 ta' Marzu 2023 Valenzia sostna illi d-depot mhux ambjent adattat biex vittmi jagħmlu r-rapporti fuq vjolenza domestika u li "wasal iż-żmien biex il-vjolenza domestika toħroġ mill- Kwartieri Ġenerali għal binja aktar aċċessibbli u family- friendly." Huwa iċċara illi diġà qiegħed isir xogħol biex dan jiġi indirizzat. "Il-poplu jibża' mill-kelma abort, għalhekk huwa fi dmirna li ngħidu l-verità" – Emma Portelli Bonnici, 16 ta' April 2023 "Jekk omm għandha bżonn il-kimoterapija b'mod urġenti u se jkollha tittermina t-tqala minħabba f 'hekk, dik hija abort. Il-liġi nnifisha wkoll ma tagħmilx referenza għall-abort u tuża l-kelma korriment (miscarriage)," kompliet l-avukat. Hija temmen li l-poplu Malti "jibża' mill-kelma abort għaliex m'hemmx biżżejjed kuxjenza u tagħrif dwar x'inhu l-abort." Qalet li huwa għalhekk li l-missjoni tagħhom huwa li jgħallmu u jedukaw dwar x'inhu l-abort u jkun hemm onestà reċiproka. "Din hija xi ħaġa oħra li ma rridux nagħmlu, ma noqogħdux induru mal-lewża." "In-nies jafu li jeżistu sfidi u jafdaw lilna biex insolvuhom" – Chris Bonnett, 12 ta' Novembru 2023 "M'aħniex Gvern perfett u żbalji għamilna. Fil-ħidma tagħna ta' kuljum, ġieli jinqalgħu okkażjonijiet fejn tirrifletti u tgħid 'stajt smajt iktar' jew 'stajt għamilt aħjar'. In-nies jafu li jeżistu sfidi, u jafdaw lilna biex insolvuhom. Għalhekk dakinhar wassalt messaġġ li l-familji u n-negozji se jibqgħu jsibuna billi nkomplu nieħdu d-deċiżjonijiet, nibnu fuq it-tajjeb li għamilna, u nirranġaw fejn l-affarijiet setgħu jimxu aħjar." "Il-politika tal-partit kapitlu magħluq; il-kapitlu tal- politika tan-nies għadu ħaj" – Marie Louise Coleiro Preca, 19 ta' Novembru 2023 "Kuljum nagħmel politika, imma politika tan-nies għan-nies. Għall-politika tal-partit le, dak issa kapitlu magħluq. Nieħu gost li hemm ħafna żgħażagħ fuq spettru politiku li għandhom ħafna validità u anke biex imexxu pajjiż. Konvinta li jien posti huwa fejn jien qiegħda bħalissa, fis-settur soċjali ngħin lil dawk żvantaġġjati. Ninsab għal qalbi." "Salarju ta' sindku għandu jiddependi fuq il- popolazzjoni tal-lokalità" – Mario Fava, 26 ta' Novembru 2023 Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL) Mario Fava saħaq li m'għandux ikun hemm salarju fiss imħallas lis-sindki. Ippropona li sindku għandu jaqla' żieda, mhux skont il-kobor tal-lokalità, iżda skont id-daqs tal-popolazzjoni tal-lokalità. Dan jista' jsir billi jkun rifless fil-bonus li jingħata b'rabta mas-salarju tiegħu. "Qegħdin nipperikolaw u nkissru s-supremezija tal- kostituzzjoni" – Tonio Borg, 03 ta' Diċembru 2023 "Qegħdin nipperikolaw u nkissru s-supremezija tal- kostituzzjoni. Din diffiċli biex il-Gvern jaċċettaha għax ifisser li aktar nies jistgħu jagħmlu kawża. L-Għaqda Studenti tal-Liġi għadhom kif ippubblikaw abbozz lill-Oppożizzjoni u lill-Gvern biex meta wieħed jagħmel kawża kontra l-Gvern irid japprova xi interess. M'hemmx għalfejn ikun interess "personali" imma turi interess suffiċjenti min-naħa ta' dik il-persuna li se tiftaħ il-kawża." "Fil-ħajja politika, mhux meta tidħol fiha l-importanti, imma meta toħroġ minnha" – Charles Mangion, 10 ta' Diċembru 2023 Meta kont qed nistudja l-liġi, niftakar kien ġie fuqi u saqsieni nitħajjarx nikkontesta għall-elezzjoni tal-1981. Ftit wara, l-istess Patrick Holland laqqagħni mal-Prim Ministru Mintoff u kien saqsieni 'Int taf għal xiex dieħel hux? U qalli fost pariri oħra li biex tirnexxi politikament "trid tkun ħabrieki u tippersisti" u li l-aktar deċiżjoni importanti fil-ħajja politka mhux meta tidħol fiha imma meta toħroġ minnha. Nemmen li ż-żewġ pariri huma validi ħafna. 07 intervisti mill-2023 illum • IL-ĦADD 31 TA' DIĊEMBRU 2023