Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513812
opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 31 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti 'Il fuq minn 27 statwa tal-bambin esebita fil-wirja 'The Word Made Flesh' Artisti Ukreni jużaw kaxxi tal-munizzjon mill-gwerra bħala kanvases għal wirja fil-Belt Valletta Aktar minn 27 bambin antik qiegħed jintwera fil-Mużew tal-Kolleġġjata ta' Birkirkara. Il-wirja, li jisimha 'e Word Made Flesh', se tibqa' miuħa sal-5 ta' Jannar, 2024. Fl-10 ta' Diċembru, il-Mużew tal-Bażilika tal-Kolleġġjata ta' Sant'Elena kellu l-pjaċir jiżvela wirja ta' statwetti ta' Ġesù Bambin, flimkien mas-St. Helen's Collegiate Chapter. B'diversi bambini ta' kwalità għolja għall- wiri, 'e Word Made Flesh' hija l-ewwel wirja tal-mużew minn mindu fetaħ uffiċjalment. Fit- tnedija kien hemm it diskorsi li saru minn Mons. Louis Suban Prepostu-Arċipriet u minn Mons. Dr Edgar Vella. Wieħed irid jiakar li, għall- inqas fil-fidi Nisranija, il-Milied huwa ċelebrazzjoni tat-twelid ta' Kristu. 'e Word Made Flesh' ġiet organizzata bl-għan li tgħin lill-viżitaturi jiskopru s-sbuħija u s-sinifikat ta' Ġesù Bambin bħala l-fokus taċ-ċelebrazzjonijiet. Xi għaxar kolletturi tal- antikitajiet iltaqgħu biex jaqsmu l-aktar statwi prezzjużi mill- kolezzjonijiet tagħhom. Il-wirja tinkludi biċċiet ikkontribwiti minn Sqallija, l-Italja, Spanja, u l-Ewropa ta' Fuq. Tinkludi wkoll bambin tax-xama' Malti li ġie magħmul 300 sena ilu. Is-sagristija tal-bażilika hija d-daħla għall-mużew. Mal-bieb, ikun hemm katalgu bix-xogħol artistiku muri. Minbarra l-wirja temporanja, il-mużew fih wirjiet matul is-sena kollha ta' artefatti oħra, inklużi skulturi, pitturi, vestiti, antependiji tal-artal, brokkati, u oġġetti tal-fidda magħmulin mill-Cannataci brothers. Barra minn hekk, ta' min iżur il-bażilika li bħalissa hija mżejna għall-Milied. Il-wirja hija miuħa mis- 6.30 pm sat-8.30 pm, mit- Tnejn sal-Ġimgħa; u mid-9 ta' filgħodu sa nofsinhar. Fl-1 ta' Jannar u s-Sibtijiet il-wirja tkun magħluqa. Fis-6 ta' Diċembru, 2023, fetħet 'Icons on Ammo Boxes', proġett kunċettwali minn Olexander Klimenko u Sofia Atlantova, żewġ artisti Ukreni. Il-wirja qed tittella' fil-Knisja ta' San Nikola fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, sas-7 ta' Jannar. 'Icons on Ammo Boxes' huwa rispons artistiku għall- mortalità, espress permezz ta' pitturi b'simboli reliġjużi fuq kaxex tal-munizzjon li ttieħdu mill-frontlines tal-Ukraina. Skont l-artisti, il-figuri reliġjużi jservu bħala mezz biex juru r-realtà li inkella hija moħbija. L-ikoni tagħhom iservu bħala tfakkiriet kontinwi tal- konsegwenzi terribbli tal-gwerra kontemporanja, kif ukoll il- kunflitt kontinwu li jaffettwa mijiet ta' eluf ta' nies direttament u jċaċlaq miljuni minnhom f 'postijiet jew pajjiżi oħra. Olena Chaplytska, ċittadina tal-Ukrajna li tgħix Malta, stqarret f 'intervista li ltaqgħet ma' wieħed mill-artisti tal- proġett fi Kiev u ħasset li setgħet tgħin lix-xogħol tiegħu jikseb iktar espożizzjoni; "I know I'm not going to the front lines, but this I can do." Is-simboliżmu tax- xogħol laqatha, u hi temmen li jista' jagħti tama lil Ukreni oħra f 'dawn iż-żminijiet diffiċli. Id-dħul kollu miksub mill- wirja, li fetħet fi 18-il pajjiż ieħor, se jingħata lil Wings of Victory, organizzazzjoni Ukrena li ma tagħmilx profitti, tgħin fil-kura medika tal-vittmi tal-gwerra, u żżomm sptarijiet mobbli fi bliet Ukreni. Din l-inizjattiva li bdiet fl-2014 ġabret aktar minn $600,000 għal organizzazzjonijiet li joffru aċċess għall-kura tas- saħħa lill-veterani u n-nies ċivili fl-Ukrajna. Il-fatt li l-wirja, li fiha ritratt ta' San Nikola, fetħet f 'jum il-festa tal-qaddis u fi knisja ddedikata għalih, huwa saħansitra iktar sinifikanti, hekk kif irrimarkat Chaplytska. Speċjalment meta wieħed iqis li, fil-folklor reliġjuż, Santa Klaws hija interpretazzjoni ta' San Nikola. Icons on Ammo Boxes hija miuħa fil-Knisja ta' San Nikola fis-6 ta' Diċembru u se tibqa' hemm sas-7 ta' Jannar. Il- pubbliku jista' jżur mill-5.30 pm sas-7 pm nhar is-Sibt u mid-9 am sa nofsinhar il-Ħadd.