Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513812
13 kultura IL-ĦADD 31 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Hekk kif għalqet 'Mediterranean Gardens' ta' Kenneth Zammit Tabona fl-aħħar ta' Diċembru, wirja ġdida se tieħu postha bħala parti mill-programm 'Artist in Residence' tal-Phoenicia. Għax-xahar ta' Jannar, l-artist u akkademiku Carmel Serracino se jippreżenta l-wirja tad-debutt tiegħu, 'Across the Harbour'. Serracino twieled u trabba Bormla, fejn għadu jgħix, u għalhekk għandu ż-żona tal- Port il-Kbir għal qalbu. Fil-fatt, il-Port il-Kbir, Bormla u l-irħula tal-madwar huma l-fokus tal- wirja. L-artist m'ilux li reġa' sar iħobb il-pittura bl-akkwarell, il-mezz preferut tiegħu, wara perjodu li ma ħadimx fuq l-arti minħabba li ma kellux ċans. Wara ħafna ħidma, Serracino żviluppa teknika li tħallih jesprimi ruħu filwaqt li jkun leali għan- natura. L-esperimentazzjoni tiegħu bl-ilma, il-kulur, u diversi tipi ta' karti ġegħluh jieħu riskji bil-mezz tal-akkwarell. Din l-investigazzjoni kreattiva sseħħ fl-isfond tal-Port il-Kbir, suġġett li Serracino għandu affinità profonda għalih; Mill-kontorni ta' fortifikazzjonijiet medjevali, sal-kuntrast tad-dawl u d-dell fuq wiċċ l-ilma. Permezz ta' 'Across the Harbour', l-artist jenfasizza s-siti famużi fiż-żona tal-Kottonera, it-toroq dojoq u mserrpin, u knejjes li kienu xhieda għal sekli ta' storja. B'hekk, hu jixtieq joħroġ kemm is-sbuħija tat- toroq, tal-bini, u tal-Port il-Kbir tal-Kottonera, kif ukoll juri l-affezzjoni tiegħu lejn l-irħula. Il-wirja se tkun miuħa fil-Palm Court Lounge tal- Phoenicia mit-2 ta' Jannar sal- 31 ta' Jannar, 2024. Dr Charlene Vella hija l-kuratriċi tagħha. Is-sajf li għadda, trio ta' artisti magħmul minn Robert Zahra, Jesmond Vassallo, u Gilbert Calleja, imbarkaw fuq sforz tal-isem 'e Glasshouse Project', flimkien mal-kuratur Caldon Mercieca. Il-proġett tnieda bil-wirja 'Seedlings', li saret fil- Galleriji tal-Arti ta' The Malta Society of Arts għal ġimagħtejn, u rriflettiet 20 sena ta' kollaborazzjoni bejn l-erba' artisti. Wara 'Seedlings', 'The Glasshouse Project' beda serje ta' avvenimenti li jinkludu workshops, open studios, taħditiet pubbliċi, laqgħat tal-artisti, pubblikazzjonijiet, u wirjiet addizzjonali li seħħu f 'diversi postijiet madwar Malta, u f 'assoċjazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra tal-arti. Issa fit-tielet fażi ta' 'The Glasshouse Project', Calleja, Vassallo, u Zahra se jipproduċu wirja ta' xogħlijiet 2D u 3D. Il-proġett jinvestiga l-kreazzjoni artistika bħala proċess organiku u kontinwu billi jfassal paraguni metaforiċi bejn is-serer u l-ispazji fejn jaħdmu l-artisti. Il-wirja teżamina kif ix- xogħlijiet tal-arti jiġu kkunsmati u jinbidlu mill- konċepiment saċ-ċirkolazzjoni. Il-wirja tittratta s-suġġetti ta' spazji interjuri, il- figura umana, u r-relazzjonijiet bejn l-arkitettura, l-oġġetti, u l-elementi naturali. Il-proċess trasformattiv tal-arti huwa mqabbel mat- trasformazzjonijiet li jseħħu fis-serer. The Glasshouse Project se jiftaħ fid-19 ta' Jannar u jibqa' għaddej sal-25 ta' Frar, 2024. Il-ħinijiet tal- ftuħ huma mid-9 am jew mill-10 am (skont id-data) sad-9 pm, u d-dħul huwa bla ħlas. L-ewwel wirja ta' Carmel Serracino 'Across the Harbour' tintwera fil-Phoenicia matul Jannar Proġett kollaborattiv bejn tliet artisti – 'The Glasshouse Project' jagħlaq b'wirja finali