Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513812
14 films IL-ĦADD 31 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Carmel Bonnici Il-film divertenti ta' Mary Poppins (2) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mill- Grigal L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 2 għal 3 li jsir varjabbli mal-lejl Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA L-istorja tal-film isseħħ qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija, madwar is-sena 1910, ambjentata f 'Londra ta' żmien ir-Re Dwardu, b'sets imponenti mibnijin fl- istudios ta' Disney u l-apparenza tagħhom qisha ħierġa minn xi ktieb tal-ħrejjef jagħtu lil din il-produzzjoni atmosfera ta' fantasija matulu kollu. Wieħed jinnota din il-ħaġa fiż-żifna sfrenata, enerġetika u furjuża fuq il-bjut madwar iċ-ċmieni tal- belt Ingliża. Sekwenza speċjali oħra hi waqt il-kanzunetta Jolly Holiday li tikkombina karattri reali jiżfnu ma' oħrajn animati. Fiż-żmien qasir meta ħareġ dan il-film u l-mewt ta' Walt Disney fl- 1966, hu warrab min-nofs il-ħsieb li jagħmel sequel, waqt li Julie An- drews, eżatt wara, ħadmet f 'e Sound Of Music, wieħed mill-aktar films ta' suċċess għat-20th Century Fox. Fis-snin ta' wara, il-kumpani- ja Disney reġgħet ippruvat taqbad l-ispirtu ta' Mary Poppins f 'num- ru mdaqqas ta' xogħlijiet mużika- li, l-aktar fosthom Bedknobs and Broomsticks (1971) u Pete's Dragon (1977), imma l-falliment tagħhom, kemm artistikament u kemm fi- nanzjarjament, indika li Mary Poppins kien wieħed biss, trijonf kbir għall-mibki ġenju Elias Walter Disney. Din hi l-istorja tal-film: George Banks (David Tomlin- son), dixxiplinarju riġidu, irrabjat bin-numru kbir ta' nannies tat-tfal tiegħu Jane (Karen Dotrice) u Mi- chael (Matthew Garber) li jaqtgħu qalbhom u ma jkomplux, ineħħi din ir-responsabbiltà minn fuq martu Winifred (Glynis Johns) u jpoġġi avviż f 'e Times għal xi governatriċi li ma taċċettax ħmeriji- et mit-tfal tiegħu. L-għada filgħodu, wara l-bieb tiegħu, 17 Cherry Tree Lane, ikun hemm kju ta' nisa ta' bixra serja. Imma t-tfal kienu kitbu xi jridu huma mingħand in-nanny fuq karta li missierhom qatta' u tefa' fin-nar, iżda din taret miċ-ċumnija u waslet f 'widnejn simpatiċi. Riħ qawwi jtajjar lin-nisa mqarbin li kienu qed jistennew wara l-bieb u fuq l-umbrella tagħha mill-aj- ru tasal Mary Poppins (Julie An- drews), li tinzerta tassew attraenti għat-tfal u għandha poteri maġiċi. Fl-ewwel mixja flimkien, hi tieħu lit-tfal ġo stampa tal-kampanja li s-sieħeb tagħha Bert pinġa bil- ġibs fuq il-bankina. F'ġurnata oħra jmorru jżuru liz-ziju tagħha Albert li meta jidħak jinqata' mill-art u jibqa' tiela' sas-saqaf. Mhux impressjonat b'dawn il-ħmerijiet, Mr. Banks jieħu lit-tfal tiegħu jżuru l-bank fejn jaħdem. Hemm ġew jinqala' inċident b'Mi- chael jirriuta li jiddepożita żewġ soldi li jkollu fuqu, b'ħaddiem t'hemm ġew jipprova joħodhom- lu u hu jibda jiġri madwar il-bank. It-tfal jaħarbu u jittieħdu minn wieħed li jnaddaf iċ-ċmieni li jin- zerta jkun Bert. Mr. Banks jitkeċċa mill-bank u milqut mill-ħmerijiet jikkwota ċajta li t-tfal tiegħu tgħallmu minn Mary Poppins. Wara, il-President tassew anzjan tal-bank imut bid-daħk. Mr. Banks, issa bil-manjieri tiegħu mib- dulin u aktar moħħ ir-riħ, jintalab biex jimla post fil-bord tal-bank, u Mary Poppins, issa x-xogħol tajjeb tagħha mitmum, titlaq minn fejn ġiet. Biex tinnotaw ir-relazzjoni in- tima li hemm bejn Mary Poppins u Saving Mr. Banks se nsemmi wkoll l-istorja ta' dan il-film li ħareġ kważi 50 sena wara. Maryborough, l-Awstralja fl-1906, Travis Goff (Colin Farrell), impjegat tal-bank, jipprepara biex iċaqlaq lil familtu f 'post remot fil-kampanja. Londra 1961. Il-kittieba P. L. Travis (Pame- la) (Emma ompson) kontra qalbha żżur lil Walt Disney (Tom Hanks) f 'Hollywood għal laqgħa bejniethom qabel tiddeċiedi jekk tbigħx id-drittijiet tan-novella tagħha, Mary Poppins. Bil-biża' li x-xogħol tagħha jiġi adattat għat- tfal żgħar u jkun sentimentali, din il-mara stinata u formidabbli ta' 62 sena tirriuta t-talbiet ta' Disney u tirreżisti għal xi tibdil propost mill-kittieb, Don De Gradi (Brad- ley Whitford) u mill-kompożitu- ri tal-kanzunetti, aħwa Richard u Robert Sherman (Jason Schwartz- man u B. J. Novak). Hi tibda tirrifletti fuq it-tfulija tagħha meta kien jisimha Helen. Tiakar lil missierha, Travis Goff, alkoħoliku, jgħidilha stejjer strambi li jseħħu imma li għamlu x-xog- ħol tiegħu diffiċli. Bil-mod tħoss spirtu ta' tfulija fil-films ta' Disney. Tiakar ukoll li l-karattru ta' Mary Poppins ibbażatu fuq il-formidabbli zija Ellie. Hi tirrealizza li fl-istorja tal-kittieba ta' Disney, din in-nanny maġika tiġi biex issalva lill-patrijar- ka Mr. Banks u tibda taċċetta. Meta ssir taf li Disney kien se jdaħħal karattri animati fil-film malajr tis- bel u titlaq lura lejn darha. Disney jmur warajha lejn Londra u jgħidil- ha li Mary Poppins għamlu biex jif- hem lil missieru li kien ta' dixxiplina stretta u bir-raġun jinduna b'dak li Travis qed tħoss huma sentimenti li qatt ma ġew solvuti għal mis- sierha u b'hekk hi tipproteġi dan il-ktieb b'mod feroċi. Hu jitlobha tafdah u fl-aħħar taċċetta, tattendi l-premiere tal-film f 'Hollywood u toħroġ minn hemm bid-dmugħ f 'għajnejha. Minkejja li Walt Disney kien oriġinalment kontra li jinħadem sequel, id-diriġenti tal-kumpanija tiegħu ħasbu mod ieħor. Fl-2018 ħareġ il-film Mary Poppins Returns fejn il-parti tan-nanny ħadmitha Emily Blunt u dik ta' Jack ħadimha Lin-Manuel Miranda, dejjem b'sel- lum miegħu biex jixgħel u jitfi l-fa- nali ta' Londra fi żmien id-Dipres- sjoni (snin tletin). Il-film daħħal $345.5 miljuni u b'baġit ta' $130 miljun dollaru ma nistgħux ngħidu li kien xi suċċess. Fil-preżent, bil-produzzjonijiet ta' films dwar supereroj u oħrajn animati tassew meraviljużi, it-tendenza tbiddlet u films ta' din ix-xorta m'għadhomx daqshekk jappellaw.

