MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514107

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' JANNAR 2024 • illum ELAINE CAMILLERI Minn statistika maħruġa mis- Soup Kitchen OFM Valletta, jidher biċ-ċar li kwantità kbira tal-individwi li jinqdew mis- servizzi li joffru l-patrijiet Franġiskani, huma infatti ċittadini Maltin. Il-kċina nfetħet f 'Awwissu tal- 2021, u sa Diċembru 2021, il- kċina serviet ma' 8,600 persuna u għaxart itfal. 91% ta' dawn in-nies li ġew bżonn is-servizz pastorali ta' Fr Marcellino kienu Maltin, filwaqt li 9% kienu barranin. Minn dan in-numru, l-ogħla rata kienet fost il-ġeneru maskili b'persentaġġ ta' 65% u 35% kienu ta' ġeneru femminili. F'temp ta' tliet xhur il-kċina nefqet €172,000 fi spejjeż ta' ikel u ppreparat aktar minn 25,000 platt ikel sħun u bnin biex titma' lill-oħrajn. Mill-banda l-oħra, fl-2022, il-kċina serviet 30,450 persuna u 220 tifel u tifla. 86% ta' din iċ- ċifra kienu Maltin u 14% kienu barranin. L-ogħla rata ta' persuni li kielu mingħand is-Soup Kitchen kienet fost l-irġiel, b'rata ta' 62%, filwaqt li l-persentġġ tan-nisa kien 38%. Fl-2022, il-kċina nefqet madwar €710,100 fi spejjeż ta' ikel u ppreparat iktar minn 91,350 platt ikel. Il-missjoni tas-Soup Kitchen mhijiex biss li tipprovdi platt ikel fuq il-mejda iżda anke timbuttahom joħorġu fid-dinja tax-xogħol. Fl-2021, 11-il persuna li kienu jinqdew ta' spiss mill-kċina rnexxielhom isibu impjieg. Min- naħa l-oħra, fl-2022, 35 persuna sabu impjieg bl-għajnuna tas- Soup Kitchen. Kulħadd huwa milqugħ fis- Soup Kitchen il-Belt. Fil-fatt, id- data tal-istatistika turina li n-nies li jiffrekwentaw il-kċina ġejjin minn 15-il lokalità differenti, fosthom minn Raħal Ġdid, San Pawl il-Baħar, Ħal Kirkop, il- Ħamrun u oħrajn. Is-Soup Kitchen taħdem permezz tal-voluntiera. Fil- fatt, skont statistika pprovduta minnhom, il-voluntiera li jmiddu jdejhom għax-xogħol ġejjin minn 62 pajjiż differenti minn madwar id-dinja (inkluż Malta), fosthom mill-Albania, il-Honduras, il- Kenya, il-Latvia, l-Iżvezja u r-Russja fost ħafna iktar. ARA L-INTERVISTA F'PAĠNI 6 U 7 Fl-2022, total ta' 26,187 Malti użaw is-servizzi tas-Soup Kitchen, 62% kienu rġiel Is-Soup Kitchen nefqet aktar minn €710,100 fi spejjeż ta' ikel u ppreparat iktar minn 91,350 platt t'ikel fl- 2022 biex tgħin lil dawk fil-bżonn ELAINE CAMILLERI Is-Sibt, il-Pulizija ressqet lil Iddriss Ahmed Adem mis-Sudan quddiem il-Qorti b'rabta mas- swat li seħħ bejn l-aħħar tas-sena u l-ewwel tas-sena f 'Paceville. Dan wara li żewġ bouncers oħra ġew akkużati li kkaġunaw feriti ta' natura gravi fuq Adem. Min-naħa tiegħu, Adem ġie akkużat b'rabta ma' feriment ta' wieħed mill-bouncers, Riald Gragjevi. Adem kien li dak li allegatament waddab flixkun fid- direzzjoni tagħhom f 'San Ġiljan. Adem ġie akkużat li kkaġuna ġrieħi ħfief b'oġġett li jaqta' jew bil- ponta, u li kiser il-paċi pubblika. Il- Qorti semgħet kif filmati miġbuda minn cameras tas-sigurtà taw indikazzjoni ċara ta' x'ġara dak il- lejl. Adem qal li hu student full time l-MCAST u jaħdem mal-Medavia bħala parti mill-kors ta' technician. L-avukat difensur ta' Adem sostniet li huwa jinsab akkużat wara li kien attakkat kemm-il darba, filwaqt li spjegat li l-akkużi kontrih jitrattaw ġrieħi ħfief għax allegatament tefa' flixkun. L-avukat saħqet li talab għall- għajnuna mingħad il-Pulizija, iżda "ħadd m'għamel xejn". Hi sostniet li l-Pulizija setgħu jevitaw dan kollu billi għamlu dmirhom. L-avukat difensur kompliet tgħid li Adem huwa finanzjarjament stabbli, ilu Malta erba' snin u għandu kondotta nadifa. Dan filwaqt li żiedet li peress li huwa student full-time, isegwuh is-social workers. Min-naħa l-oħra, il- Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat stess m'obdiex l-ordni tal-Pulizija biex jagħmel rapport l-għassa. Għal Adem deheret l-avukat Roberta Bonello, waqt li l-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Brian Xuereb. Adem wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, u l-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace ċaħdet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest. Adem tressaq quddiem il- Qorti wara li l-Ħamis kien tressaq l-ewwel bouncer, Riald Gragjevi, ta' 21 sena mill-Albanija. Gragjevi kien akkużat li kkawża ġrieħi serji lil Iddriss Ahmed Adem. Gragjevi kien ġie arrestat l-Erbgħa fl-ajruport ta' Malta mill- Pulizija u r-Rapid Intervention Unit. Shazoo Ghaznavi, l-avukat tiegħu, sostna li Gragjevi kien il-vittma f 'dan il-każ wara li allagatament kien safa attakkat b'flixkun imkisser u twaddbulu oħrajn. Ġurnata wara dan tressaq it- tieni bouncer involut fl-istess każ, Ryan Zammit ta' 26 sena mill- Gżira tressaq il-Qorti wkoll. Fil-każ tiegħu, il-Qorti semgħet li Zammit kien qed jaħdem bħala bouncer mingħajr liċenzja. Zammit kien ġie arrestat wara li ġie identifikat minn fuq il- filmat li qed jiċċirkola fuq il- midja soċjali. Iż-żewġ bouncers wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom, u t-tnejn inżammu arrestati, b'Zammit jinfaqa' jibki meta sema' li mhux se jingħata l-ħelsien mill-arrest. Tlett irġiel jinżammu arrestati b'rabta mas- swat f'Paceville tal-Ewwel tas-Sena Żewġ bouncers, Riald Gragjevi u Ryan Zammit, tressqu quddiem il-Qorti wara li allegatament taw xebgħa lil Iddriss Ahmed Adem quddiem stabbiliment f 'Paceville fl-aħħar lejl tas-sena 2023. Is-Sibt tressaq ukoll l-istess Iddriss Ahmed Adem. It-tlieta wieġbu li mhux ħatja u ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 January 2024