MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514107

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 7 TA' JANNAR 2024 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Ġie ppubblikat il-ktieb 'Ittra lill-Missier', ittra li ġiet tradotta mill-Ġermaniż u li minnu l-flus miġbura se jmorru għall-karità. Din l-ittra, 'Brief an den Vater', ġiet tradotta għall-Malti minn Nicole Vassallo, studenta tat-tielet sena fil-Ġermaniż (Unuri) li għandha għal qalbha t-traduzzjoni letterarja u l-kitba kreattiva. Dan il-proġett żewweġ il-viżiv mat-traduzzjoni permezz tal-fotografija ta' Chenille Zumyat u Stephanie Paris. Il-fotografija, jgħidu Zumyat u Paris, joffru opportunità ikbar li dan ix-xogħol jikkuntestwalizza ruħu fil-qalba tal-kultura Maltija u jmiss il-kuxjenza tal-Maltin dwar problema soċjali li għadha evidenti ħafna f 'dawn il-gżejjer. B'mod akbar u oġġettiv, dan il- ktejjeb jittratta primarjament it- tema tal-maskulinità tossika u l-wirt ta' normi soċjetarji minn ġenerazzjoni maskili għal oħra. Il-proġett illi ħadmu fuqu Nicole Vassallo, artista emerġenti li ntgħażlet bħala Artivista, flimkien mat-tim fotografiku tagħha, kien jismu 'Ittra lill-Missier' li huwa essenzjalment traduzzjoni ta' ittra sentimentali ta' Franz Kafka li nkitbet fl-1919 għal missieru Hermann Kafka. Hija ittra li qatt ma kienet intenzjonata li tinqara mill-pubbliku, iżda b'xi mod tinstab f 'idejna llum il-ġurnata, f 'diversi lingwi fosthom il-Malti. Il-gwida tal-proġett kienet Loranne Vella, li hija l-awtur tar-rumanzi 'Marta Marta', 'Rokit' u 'Magna Mater', u tan- novella 'dawn l-erbat ikmamar l'għandi' fost oħrajn. Hija rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb diversi drabi, fosthom għar- rumanzi 'Marta Marta' fl-2023 u 'Rokit' fl-2018. L-editriċi tal-proġett kienet Leanne Ellul li tgħallem il- Malti u saħansitra tikteb kemm poeżija kif ukoll proża. Ellul kitbet ukoll għat-teatru u anke textbooks u kotba oħra għat-tfal. Ellul traduċiet ukoll numru ta' xogħlijiet għall- Malti, u tifforma parti minn entitajiet li għandhom il-lingwa u l-kultura Maltija fil-qalba tagħhom, fosthom Inizjamed u Fondazzjoni HELA. 'Għażiż Missier', paġna fuq Facebook li ttellgħet bl-għan li jinxtered dan il-proġett, huwa proġett megħjun u ffinanzjat minn Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti mill-programm tagħhom ta' Artivisti. Artivisti jappoġġja lill-artisti żgħażagħ biex jiżviluppaw il- prattika artistika tagħhom permezz ta' kollaborazzjonijiet interdixxiplinarji kif ukoll jiżviluppaw il-kapaċità kreattiva tagħhom bħala artisti attivi. Dan irawwem motivazzjoni fl-artisti żgħażagħ sabiex jikkonċentraw fuq l-impatt li jixtiequ jħallu fuq is-soċjetà, permezz ta' espressjonijiet artistiċi fost oħrajn. L-inizjattiva tassisti lill-artisti fil-ħiliet tagħhom fosthom billi tikkollabora u tespandi l-ħiliet kreattivi tal-artisti. Kif spjegat l-artista, "l-għan prinċipali ta' dan il-proġett huwa li l-attiviżmu ma jillimitax ruħu għal forom konvenzjonali, iżda l-attiviżmu jew messaġġ soċjali jista' joħroġ b'mod b'saħħtu permezz tal-espressjoni artistika." Kull kontribuzzjoni li se tinġabar mill-bejgħ ta' dan il- ktejjeb se jmorru għal għan nobbli, għand Fondazzjoni Richmond. Glen Calleja ħa ħsieb il- produzzjoni tal-ktejjeb u kien hu li ħiet iċ-chapbooks b'idejh stess. LISA ABIGAIL CALLEJA Ix-xahar id-dieħel, ŻfinMalta National Dance Company qed tistieden lill-pubbliku għal ŻfinDays 2024, ċelebrazzjoni taż-żfin kontemporanju. L-avveniment jikkonsisti minn 6 shows li se jsiru fit-Teatru tal- Kampus tal-Belt Valletta, fejn żeffiena mħarrġa se jesegwixxu 'Cantata' ta' Mauro Bigonzetti u 'Aringa Rossa .10' ta' Ambra Senatore. 'Cantata' hija żifna maħduma minn Mauro Bigonzetti, żeffien u koreografu stmat ħafna mill-Italja. 'Sei in Movimento', ix-xogħol tad-debutt tiegħu, intwera fl-1990. Hu ngħaqad m'Aterballetto fl-1997 bħala l-koreografu prinċipali u d-Direttur Artistiku sal-aħħar tal-2007. Bigonzetti ħoloq żifniet għal gruppi madwar id- dinja, bħall-English National Ballet, Stuttgart Ballet, Staatsballet Berlin, Ballet del Teatro Argentino, Ballet du Capitole de Toulouse, u Ballet del Teatro Argentino. 'Cantata' hija żifna intuwittiva b'oriġini Mediterrani. Din is-sena, il-koreografa Ambra Senatore se terġa' tingħaqad ma' ŻfinMalta biex tinterpreta 'Aringa Rossa .10'. Mill-2016, Senatore serviet bħala d-Direttur tan-National Choreographic Center f 'Nantes. Simili ta' Bigonzetti, iż-żfin ta' Senatore jieħu kwalità drammatika. 'Aringa Rossa .10' hija żifna libera b'diversi partijiet li jiċċaqilqu kontinwament bħal magna. Maħluq b'kollaborazzjoni mal-assistent koreografu Vincent Blanc, dan l-adattament ta' 'Aringa Rossa.10' se jipprovdi taħlita interessanti bejn l-individwalità taż-żeffiena u l-koreografija. ŻfinDays 2024 huwa appoġġjat mill-Ambaxxata ta' Franza u l-Istitut Kulturali Taljan tal- Belt Valletta. Id-dati huma s-16, 17, 18, 23, 24, u 25 ta' Frar; kull show jibda fis-7.30 pm. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit https:// w w w. s h ow s h app e n i ng . c om / zfinmalta/zfindays-2024. Kull min jixtieq jista' jattendi l-Open Rehearsals bla ħlas fl-20 ta' Jannar ('Cantata') u fit-3 ta' Frar ('Arringa Rossa')! Għażiż Missier – proġett ta' traduzzjoni għall-karità ŻfinDays jirritorna fi Frar b'sitt shows Ktejjeb bl-isem 'Ittra lill-Missier' ġie ppubblikat bħala parti minn proġett interdixxiplinarju artistiku bl-għan li terġa' titla' fil-wiċċ diskussjoni dwar il-problematika tal-ideal maskili li jsawwarna fis- seklu 21 Celebrazzjoni taż-żfin kontemporanju mifruxa fuq 6 shows li se jsiru fit-Teatru tal-Kampus tal-Belt Valletta, fejn żeffiena mħarrġa se jesegwixxu 'Cantata' ta' Mauro Bigonzetti u 'Aringa Rossa .10' ta' Ambra Senatore

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 January 2024