MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514427

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' JANNAR 2024 • illum LUIGI SGHENDO Mill-2021 sal-aħħar ta' Diċembru 2023 ġew irrappurtati 568 rapport li jinvolvu 630 persuna li huma ġenituri u vittmi ta' vjolenza domestika minn uliedhom. Dan b'rabta ma' mistoqsija parlamentari li saret minn Paula Mifsud Bonnici t-Tnejn li għadda rigward kemm saru rapporti lill-Pulizija bejn l-2018 u l-2023, maqsuma sena b'sena minn ġenituri li allegatament ġew abbużati minn uliedhom jew minn wieħed jew waħda minn uliedhom. Barra minn hekk hija saqsiet ukoll kemm minn dawn il-ġenituri kellhom 60 sena u aktar. Il-Ministru responsabbli Byron Camilleri kompla jispjega kif minn dawn il-225 persuna kienu missirijiet u 405 kienu ommijiet. 165 mill-ommijiet u 150 mill-missirijiet kellhom sittin sena jew aktar. Il-Ministru saħaq li f 'kull każ fejn kien hemm evidenza tar-reat irrappurtat, ittieħdu passi kriminali fil-Qorti kontra l-allegati aggressuri, tant li f 'dan il- perjodu ttieħdet azzjoni f '461 każ kontra l-persuni involuti. 630 ġenitur kienu vittmi tal-vjolenza domestika Kważi 600 rapport ta' vjolenza domestika mill-ġenituri mill-2021 sal-2023 LUIGI SGHENDO "Attwalment hu x'inhu d-diżgwid, l-istudent qed ibati, minkejja li mhux it-tort tiegħu". Dan kien kliem student tal- MCAST li qasam magħna l-frustrazzjoni ta' bosta studenti tal-MCAST li jinsabu urtati mid-direttivi li ġew imposti fuq l-għalliema. L-għalliema, li qed isegwu d-direttivi, intalbu jżommu lura milli jaqsmu informazzjoni rigward kif sejrin fil-kors l-istudenti, kif ukoll il-pubblikazzjoni tal- marki. Id-direttivi ġew imposti mill- Malta Union of Teachers (MUT) is-sena l-oħra wara li kienu ħabbru d-direttivi minħabba nuqqas ta' ehim u dewmien fuq il-ehim kollettiv ġdid tal-għalliema tal- MCAST. Tmiem l-ewwel semestru jinsab wara l-kantuniera. Bejn it-29 ta' Jannar u t-2 ta' Frar, l-għalliema jibdew bil-korrezzjonijiet ta' xogħol l-istudenti. Però, jekk l-għalliema jimxu mad-direttivi, hemm iċ-ċans li student jitħalla lampa stampa fuq kif mar f 'xogħlu, u mingħajr idea jekk għandux jerġa' jagħti l-istess suġġett fl-aħħar tas-sena. Fi stqarrija separata nhar il- Ħamis, l-MUT ħabbret li reġgħu bdew in-negozjati dwar ehim settorjali ġdid, b'żewġ laqgħat li saru u sessjonijiet addizzjonali skedati għal dan ix-xahar. Il- fokus tad-diskussjonijiet idur fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u kwistjonijiet finanzjarji, u l-MUT qed tippjana li taġġorna l-membri wara dan ir-rawnd ta' negozjati. Filwaqt li l-aġġornamenti tan- negozjati tal-Union f 'Diċembru indikaw progress fi kwistjonijiet finanzjarji u ta' kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ehim komprensiv għadu elużiv. Minkejja xi progress, dettalji speċifiċi tal-offerta tal-Gvern għadhom mhux żvelati. Il-gazzetta bagħtet numru ta' mistoqsijiet lill- MUT sabiex tiem aħjar il-tilwim li hemm preżenti fil-ehim kollettiv u l-effett li din id-direttiva qed tħalli fuq l-istudenti, kif ukoll fuq l-għalliema, iżda l-MUT qalet biss hekk: "L-MUT iddikjarat tilwima kummerċjali mal-MCAST fil- 31 ta' Ottubru 2023. It-tilwima kienet tikkonċerna dewmien fin-negozjati għal ehim ġdid. Il-ehim attwali skada f 'Diċembru 2021. In-negozjati ilhom għaddejjin minn Jannar 2022. Il-Union ħarġet azzjoni industrijali lill-gradi tal-lecturing fl-MCAST biex toqgħod lura milli tippubblika r-riżultati. Dawn id-direttivi ilhom fis-seħħ minn Novembru 2023 u nħarġu dak iż- żmien biex jagħtu avviż xieraq lill- management tal-MCAST dwar is-sitwazzjoni. Madankollu, wara aktar minn xahrejn wara l-bidu tad-direttivi, għad m'hemm l-ebda progress sinifikanti fin-negozjati. L-MUT tevalwa kontinwament l-effett tad-direttivi u tikkonsulta regolarment mal-membri affettwati. Issa f 'idejn l-MCAST li jfittex soluzzjonijiet biex isolvi dan l-impass, b'risq l-edukaturi u l-istudenti." Bosta studenti tal- MCAST jinsabu ffrustrati minħabba direttivi imposti mill-MUT li qed isikktu lill- għalliema tal-MCAST milli jippubblikaw riżultati tal- istudenti Studenti tal-MCAST jitħallew fid-dlam minħabba diżgwid fuq il-ftehim kollettiv bejn l-MCAST u l-MUT CAPRICORN, MIT-23 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din il-ġimgħa ta' żodjaku ta' Capricorn, għalik, l-istess Capricorn se tkun ġimgħa li trid tadatta lilek innifsek aħjar minn dak li kont. Issa taf li ma tistax timxi jekk int mhux se tagħraf tadatta għal dak li ksibt. Dan huwa bidu lejn tkattir. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste. AQUARIUS, MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'din il-ġimgħa ta' żodjaku ta' Capricorn, għalik, Aquarius se tkun ġimgħa ta' riflessjoni profonda bejn dak li esperjenzajt fil-passat għal dak li se tesperjenza fil-ġimgħat li ġejjin. Tajjeb li twettaq dan sabiex issa l-ħajja tiegħek ma tirrepetix l-istess żbalji u hekk tikseb dik l-istabbiltà meħtieġa. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste. TAURUS, MILL-21 TA' APRIL SAL-20 TA' MEJJU F'din il-ġimgħa ta' żodjaku ta' Capricorn, għalik, Taurus se tkun ġimgħa li tagħraf kif se tikkontrolla l-infiq li għaddej minnu. Taf li bħalissa qed titlef il-kontroll tal-finanzi, għalhekk għandek tieħu pawsa u tagħmel analiżi ta' kif tikkontrolla aħjar l-infiq tiegħek. B'hekk tevita konsegwenzi. Taurus huma magħrufin għall-istab- biltà tagħhom. Namaste. GEMINI MILL-21 TA' MEJJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din il-ġimgħa ta' żodjaku ta' Capricorn, għalik, Gemini se tkun ġimgħa li tagħraf tippjana b'aktar dettall il-ħin tiegħek. Minħab- ba li żidt l-impenji tiegħek, kellek tnaqqas mill-ħin personali li kont twettaq qabel mil-lat ta' eżerċizzji u familja. Għalhekk agħraf wettaq skeda kif tista' terġa' tadatta u tibbilanċja l-ħin ħa tlaħħaq ma' kollox. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Namaste. VIRGO MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din il-ġimgħa ta' żodjaku ta' Capricorn, għalik, Virgo se tkun ġimgħa li tagħraf kemm verament l-imħabba tiegħek hi waħ- da profonda. Dan żgur se jħalli impatt fuq relazzjoni preżenti li għandek. Għalhekk, waqt li int se tkun għaddej minn din il-fażi, agħraf wettaq biss dak li tħoss ġo fik u mhux oltre. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste. Jekk tkun trid iżjed informazzjoni dwar is-suġġett tista' taqra l-pubbli- kazzjoni tiegħi "L-Oroskopju minn PaulJon" jew tibgħat SMS fuq 7949 5804 / 9901 3600 jew żur is-sit www.pauljon13.com. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf għand Free Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju għal ħames żodjaki Mill-Ħadd 14 ta' Jannar sas-Sibt 20 ta' Jannar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 January 2024