MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514427

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 14 TA' JANNAR 2024 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Fis-6 ta' Jannar, fetħet il-wirja 'Reflections' f 'Arthall, fir-Rabat Għawdex. Il-wirja hija sforz kollaborattiv bejn it-tliet artisti Tomas Hed, Kristina Huxley, u Jane Birchall. L-artisti qed jesponu xogħlijiet mill-kollezzjonijiet individwali tagħhom, li kollha jsegwu t-tema ġenerali ta' 'Reflections', iżda jvarjaw fil-mezz u fl- interpretazzjoni. Ix-xogħlijiet jittrattaw, kemm il- limiti bejn dak li nipperċepixxu u r-realtà, kif ukoll il-post tagħna fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-artisti jesploraw kif is-sensi jaffettwaw l-esperjenza tar- realtà tagħna. Il-viżitaturi jistgħu jistennew kollezzjoni ġdida mill-artist residenti Tomas Hed; żewġ pitturi mill- artista Irlandiża Kristina Huxley (li għandha xi xogħlijiet fil-kollezzjoni permanenti tar-Rothko Museum), li jirriflettu d-dawl u b'hekk jaġixxu bħala mera; kif ukoll xi ċeramika ta' Jane Birchall, artista taċ-ċeramika Għawdxija. Filwaqt li jippreżenta l-kaos li niltaqgħu miegħu kuljum, Hed jesplora wkoll dak li mhuwiex magħruf (the unknown) li lkoll inħossu li b'xi mod joqgħod fina. L-użu tal-canvases suwed huwa diverġenza min-norma tal-arti, waħda li tkabbar is-sens ta' spazju u fond fil-pitturi. Dawn l-elementi jeżaminaw il-limitazzjonijiet tas-sensi tagħna kontra d-dlam, u jfakkruna fil-kollezzjoni 'Black Paintings' ta' Francisco Goya. Huxley tikkontribwixxi biż-żewġ pitturi tagħha 'Cataclysm I' u 'Cataclysm II'. Għalkemm dawn jidhru sereni u trankwilli mal-ewwel daqqa t'għajn, ħarsa oħra turi li l-pitturi jirreaġixxu, kemm ma' dak ta' madwarhom, kif ukoll mal-osservatur, u b'hekk jaqbel perfettament mat-tema tar-riflessjoni. Fil- fatt, il-pitturi jinbidlu kontinwament u juru stampi differenti skont l-angolu minn fejn wieħed iħares lejhom. Ix-xogħlijiet ta' Birchall għandhom kuluri u nisġa li jfakkruna fis-sbuħija naturali t'Għawdex. Kull ċeramika hija maħduma individwalment mill-ġebel, imbagħad wara gglejżjata u maħruqa ħafna drabi. L-ismijiet tagħhom huma meħudin minn postijiet jew okkażjonijiet li Huxley tassoċja magħhom. 'Reflections' se tibqa' miuħa f 'ArtHall sat-28 ta' Jannar. Żur is-sit uffiċjali (https://arthallgozo. com/) biex tixtri waħda minn dawn ix-xogħlijiet jew sempliċement issib aktar informazzjoni dwar l-artisti jew il-wirja. LISA ABIGAIL CALLEJA Ftit jiem ilu, Malta dehret f 'lista tal-aqwa 10 destinazzjonijiet kulturali fl-Ewropa għal din is-sena, skont il-gazzetta Ingliża u famuża The Guardian. Id-deċiżjoni tidher li ġiet influwenzata mill- avveniment maltabiennale. art, li, kif kien mistenni, assigura lil Malta post fil- kalendarju kulturali globali. Bit-tnedija fir-rebbiegħa, maltabiennale.art se tkun l-ewwel biennale tal-Arti f 'Malta. Filwaqt li Malta ospitat diversi edizzjonijiet tal-maltabiennale fil-passat, l-aktar waħda riċenti – l-APS Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale – se tkun iċċentrata fuq Malta kemm mil-lat ta' post, kif ukoll mill-aspett tematiku. L-avveniment tant mistenni diġà qed jiġġenera l-eċitament. Skont The Guardian l-avveniment jattira s-sottomissjoni ta' aktar minn 2,500 artist minn 75 pajjiż differenti. Għalkemm l-għażla finali għadha pendenti, l-organizzaturi taw garanzija li "diversi artisti ta' fama internazzjonali" se jkunu qed jipparteċipaw fil-wirja. Il-lista ta' artisti tista' tinstab fuq is- sit https://maltabiennale.art/ artists/. Ix-xogħlijiet esebiti se jesploraw l-identità Maltija u Mediterranja fil-ġurnata tal- lum, skont it-tema ta' "baħar abjad imsaġar taż-żebbuġ". Ħafna mis-siti storiċi li fihom se jintwerew ix-xogħlijiet tal-arti huma protetti mill- UNESCO, inkluża l-Belt Valletta, bit-320 struttura storika tagħha. Ħafna mill-postijiet li se jintużaw bħala spazji għall- wirjiet huma kemxejn mhux konvenzjonali, iżda jirriflettu r-rikkezza storika ta' Malta. Dawn il-lokalitajiet jinkludu t-tempji megalitiċi tal-Ġgantija f 'Għawdex, il-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta, u l-Armerija fil-Birgu. Permezz ta' dal-proġett, dawn se jsiru pjattaformi għal kreazzjonijiet u espressjonijiet artistiċi. maltabiennale.art mistennija sseħħ mill-11 ta' Marzu sal-aħħar ta' Mejju, taħt il- Patroċinju tal-Eċċellenza Tiegħu, il-President ta' Malta u l-UNESCO. Żur is-sit uffiċjali tal-proġett (maltabiennale. art) biex tibqa' aġġornat u ssir taf jekk Malta verament ħaqqhiex postha fl-aqwa 10 destinazzjonijiet kulturali fl- Ewropa. 'ArtHall' f'Għawdex tagħti bidu għall-Programm tas-sena bil- Wirja Kollettiva 'Reflections' The Guardian telenka lil Malta bħala waħda mill- aqwa 10 destinazzjonijiet kulturali fl-Ewropa għall-2024 L-artisti qed jesponu xogħlijiet mill-kollezzjonijiet individwali tagħhom, li kollha jsegwu t-tema ġenerali ta' 'Reflections', iżda jvarjaw fil-mezz u fl-interpretazzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 January 2024