MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514427

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' JANNAR 2024 SEJĦIET MIFTUĦA GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI AVVIŻ IMPORTANTI • Sejħa IV: Investiment f'Faċilitajiet ta' Rikreazzjoni Speċjalizzati għall-Persuni b'Diżabilità jew Mard u l-Familji tagħhom, imnedija taħt Prijorità 3, RSO 4.5 tal-Programm ERDF/CF/JTF 2021-2027 fit-22 ta' Ottubru 2023. • Sejħa V: Twaqqif ta' Faċilitajiet Industrijali, Inkluż l-Iżvilupp ta' Business Incubation Centre, imnedija taħt Prijorità 1, RSO 1.3 tal-Programm ERDF/CF/JTF 2021-2027 fit-22 ta' Ottubru 2023. • Sejħa VI: Titjib u Valorizzazzjoni tal-Prodott Turistiku ta' Malta, imnedija taħt Prijorità 3, RSO 4.6 tal-Programm ERDF/CF/JTF 2021-2027 fil-5 ta' Novembru 2023. Kjarifika dwar il-ħtieġa ta' Studji Finanzjarji L-istudji finanzjarji li ġejjin huma meħtieġa skont il-valur tal-proġett li qed jiġi propost u jekk il-proġett hux mistenni li jiġġenera dħul: - Financial Assessment fil-każ ta' proġetti li jiġġeneraw dħul sa €1,000,000; - Financial Feasibility Study għall-proġetti kollha minn €1,000,001 sa €5,000,000; jew - Cost Benefit Analysis għall-proġetti kollha li jaqbżu €5,000,001. L-applikanti għandhom ukoll jissottomettu flimkien mal-proposta tal-proġett, 'checklist' relevanti għall- istudji finanzjarji li għandhom jimtlew mill-Applikant u l-Konsulent li pprepara l-istudju finanzjarju applikabbli għall-proġett. Dawn id-dokumenti jistgħu jiġu aċċessati permezz tal-link li ġej: https://fondi.eu/important_documentat/erdf-cf-templates/ Estensjoni tad-Data tal-Għeluq għall-Proposti tal-Proġetti L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tavża lill-applikanti interessati li, wara dan l-avviż, id-data tal-għeluq għat- tliet sejħiet ta' hawn taħt qed tiġi estiża skont kif indikat : • Sejħa IV: Investiment f'Faċilitajiet ta' Rikreazzjoni Speċjalizzati għall-Persuni b'Diżabilità jew Mard u l-Familji tagħhom qed tiġi estiża mit-2 ta' Frar 2024 sat-22 ta' Marzu 2024, f'nofsinhar. • Sejħa V: Twaqqif ta' Faċilitajiet Industrijali, Inkluż l-Iżvilupp ta' Business Incubation Centre, qed tiġi estiża mit-2 ta' Frar 2024 sat-22 ta' Marzu 2024, f'nofsinhar. • Sejħa VI: Titjib u Valorizzazzjoni tal-Prodott Turistiku ta' Malta qed tiġi estiża mis-16 ta' Frar 2024 sal-5 ta' April 2024, f'nofsinhar. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz ta' posta elettronika fuq fondi.eu@gov.mt. LUIGI SGHENDO "Huma għaqdiet żgħar li qed jiddefendu l-Malti". Dan kien kliem Klara Vassallo, President tal-Għaqda tal-Malti – Università (GħMU) hekk kif tkellmet mal- gazzetta ILLUM fuq il-lingwa Maltija. Vassallo spjegat l-istorja tal- GħMU, li bdiet fl-1931, meta l-kittieba Rużar Briffa u Ġużè Bonnici (dak iż-żmien studenti tal-mediċina) flimkien ħolqu t-tieni l-eqdem għaqda fl-Università, bl-għan li toffri opportunità lill-istudenti li għandhom għal qalbhom il-Malti u jaqsmu din l-imħabba ma' studenti li għandhom relazzjoni simili mal- Malti u jippubblikaw kitbiet oriġinali bil-Malti, irrispettivament minn liema qasam ġejjin. Il-kitbiet jistgħu jkunu minn poeżiji u novelli sa kitbiet akkademiċi u traduzzjonijiet ta' poeżiji/novelli fost oħrajn. Illum, l-Għaqda tal-Malti tfittex li tippromovi l-lingwa u l-letteratura Maltija fl-Università u lil hinn, permezz ta' tagħrif u attivitajiet divertenti varji. Hija spjegat diversi avvenimenti li l-GħMU tħejji matul is- sena fosthom lejliet letterarji, taħditiet lingwistiċi, logħob, u serati edukattivi u fl-istess waqt divertenti, iżda bla dubju l-ikbar proġett huwa Leħen il-Malti, fejn issir sejħa biex studenti u kittieba jingħaqdu flimkien u jissottomettu tipi differenti ta' kitbiet. Imbagħad, bord editorjali, li jkun magħmul minn nies li ġejjin minn oqsma differenti tal-Malti, jagħżlu wħud mill-kitbiet biex jinħoloq il-prodott finali, ktieb b'taħlita ta' perspettivi u opinjonijiet differenti. Vassallo spjegat kif fl-edizzjoni tas-sena l-oħra daħlu mal-250 sottomissjoni, bil-ktieb finali jiġi ppubblikat waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Lil hinn mill-avvenimenti tal- GħMU, staqsejnieha għall-opinjoni tagħha fuq id-destin tal-lingwa Maltija. Filwaqt li rrikonoxxiet li l-Malti sfortunatament huwa lingwa żgħira u allura huwa suxxettibbli, hija faħħret il-komunità ta' letteratura Maltija, li joħolqu kitbiet affaxxinanti mingħajr daqq ta' trumbetti jew ħsieb ta' profitt. Hija kompliet tesprimi d-diżappunt li tħoss meta tara siti elettroniċi Maltin li jagħżlu l-lingwa Ingliża biss fuq is-sit. "Inutli nagħmlu dawn il-kampanji favur il- Malti jekk imbagħad ma jingħatax prijorità", saħqet Klara, filwaqt li kompliet tgħid "hemm negliġenza kullimkien lejn il-Malti, huma għaqdiet żgħar li qed jiġġieldu favur il-lingwa Maltija, li wkoll qed tinqata' mid-dar." Fil-fatt, lanqas is-sit elettroniku l-ġdid tal-Linja tal-Ajru l-ġdida ma kellu fih l-użu tal-Malti meta ġie inawgurat, u għadu bla lingwa Maltija sal-lum il-ġurnata. Magħhom jingħaqdu diversi siti tal-Gvern li sfortunatament baqgħu jirreżistu l-lingwa Maltija. Hija spjegat kif l-għeruq ta' dawn l-isfidi li l-Malti qed jaffaċċja huwa minħabba nuqqas ta' fondi hekk kif saħqet, "il-Kunsill jaf x'għandu jagħmel kieku" (b'referenza għall- Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti). Hija sostniet li sfortunatament, minkejja l-investimenti numerużi li jitħabbru matul is- sena, investimenti li jaġevolaw l-aċċessibbiltà tal-lingwa, il-Malti xorta għadu qed jiġi mwarrab. Staqsejnieha fuq l-ambizzjonijiet tagħha, speċjalment f 'industrija daqshekk żgħira. Hija bdiet tispjega kif kollox idur madwar l-imħabba li għandha għal-lingwa Maltija u qalet: "l-interess tal-lingwa dejjem kien hemm, imbagħad fil-Junior College esplorajt iktar il-lingwa u tgħallimt ngħożżha, grazzi għal- letturi tal-Malti." Hawnhekk, Vassallo ammettiet li għandha relazzjoni unika mal-poeti nisa u spjegat kif ir-rabta speċjali magħhom nibtet għaliex dawn in- nisa qed jirrappreżentaw lilha bħala mara. Finalment staqsejnieha fuq il- ħolma tagħha u jekk dik kinitx tallinja ma' waħda fejn hija ssir awtriċi; hija enfasizzat "nagħmilha għax inħoss il-bżonn li nikteb, imma naf li ma nistax ngħix minn hekk biss, għax Malta hawn suq żgħir ħafna għall-kotba", argument li frekwentement jidwi f 'moħħ l-awturi Maltin. President GħMU | "Huma għaqdiet żgħar li qed jiddefendu l-Malti" Klara Vassallo għall-ewwel darba qiegħda fil-kariga ta' President tal-Għaqda tal-Malti – Università u tinsab fl- aħħar sena tal-Baċellerat fil-Malti Klara Vassallo

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 January 2024