MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514427

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 intervista IL-ĦADD 14 TA' JANNAR 2024 • illum X'inhi l-missjoni tal-YMCA? Bħala YMCA, aħna organizzazzjoni volontarja. Il-missjoni tagħna hija illi naħdmu sabiex ikun hawn aktar ġustizzja soċjali. L-ikbar qasam soċjali tagħna huwa x-xogħol li nagħmlu ma' nies li huma bla saqaf fuq rashom, però nagħmlu wkoll ħidma ta' prevenzjoni, u li nilħqu l-komunità (outreach). Apparti x-xelter li aħna għandna, noffru wkoll servizzi fil- komunità bħalma huwa drop-in centre fil-Ħamrun, nagħtu wkoll 'aer care programme' u servizzi oħra. X'ispirak tidħol taħdem f 'dan il-qasam? Jien għandi storja kemxejn stramba. Meta kont għadni l-Università, il- placement tiegħi kien fix-xelter. Wara li kont spiccajt il-placement, niakarni ngħid lili nnifsi 'qatt ma jien se naħdem f 'dan il-qasam'; però b'xi mod, wara li ħlist mill-Università, erġajt sibt ruħi hawnhekk u issa ilni diġà 15-il sena. L-iktar ħaġa li timmotivani kuljum hija li xogħolna huwa li jagħti inkoraġġiment lil ħaddieħor. Dan għalija jfisser li qed nagħtu spazju lil nies biex jikbru u joħorġu t-talenti tagħhom. Din hija xi ħaġa illi mhux biss issir mal-klijenti, imma mal-voluntiera u l-ħaddiema tagħna. Qegħdin hawn biex nikbru u nitgħallmu aħna stess. Jien bdejt bħala voluntier, u llum il-ġurnata qiegħed hawnhekk bħala Kap Eżekuttiv. X'inhuma l-isfidi ewlenin li l-YMCA taffaċċja? L-isfidi li qed nara bħalissa, apparti l-bżonnijiet finanzjarji peress li aħna għaqda ta' karità, hija d-domanda li żdiedu n-nies bla saqaf. It-talba ta' nies illi qed jitolbu l-għajnuna qed tiżdied u apparti minn hekk qed naraw ukoll żieda fejn tidħol is-saħħa mentali. Fl-2022, konna lħaqna madwar 400 sessjoni ta' terapija b'xejn. Is-sena l-oħra, fl-2023, ilħaqna madwar 800/900 sessjoni ta' terapija b'xejn. Dan jurina li d-domanda tan-nies li ma jistgħux jaffordjaw dan is-servizz fil-privat qed jiġu jitolbuna dan is-servizz. Mir-riċerka li ħriġna s-sena l-oħra, rajna illi n-nies li qed jitolbu s-servizz tagħna żdied fost il-Maltin. Mhux hekk biss, apparti l-fatt li l-Maltin huma 55% tal-klijenti li jkollna, żdiedu wkoll dawk ta' nazzjonalità Ewropea – mhux bħala immigranti. Il-Maltin dejjem qed jiżdiedu. X'tip ta' programmi/servizzi toffru? Bħala xogħol ta' prevenzjoni, aħna naħdmu ħafna maż-żgħażagħ. Il- YMCA hija għaqda internazzjonali, organizzazzjoni għaż-żgħażagħ. Noffru prevenzjoni – aħna għandna dak li ngħidulu education programme. Jiġifieri li mmorru fl-iskejjel u nagħmlu laqgħat u diskussjonijiet differenti mal-istudenti dwar nies bla dar, laqgħat fuq ħiliet tal- ħajja (life skills), fuq leadership u temi relatati. Ikollna wkoll programm tas-sajf, Y-Explore, fejn aħna nagħtu l-opportunità lil żgħażagħ li ġejjin minn disadvantaged background fejn ċerti affarijiet ma jistgħux jagħmluhom waħedhom jew mal-familjari tagħhom. Pereżempju, is-sena l-oħra kellna żewġ persuni li qatt ma siefru u tajniehom l-opportunità li jsiefru permezz ta' youth exchange. Li kieku ma kinux f 'dan il-programm, qatt ma kienu ħa jsiefru. Għandna wkoll drop-in centre, li l-għan tiegħu kien li nfetaħ biex nilqgħu fih nies bla saqaf. Meta ngħid 'nies bla saqaf ' mhux qed nirreferi għal dawk li forsi jgħixu f 'karozza, jew li qegħdin f 'xelter, imma dawk li litteralment qegħdin fit- triq. F'dan iċ-ċentru noffrulhom servizzi diversi, pereżempju li jistgħu jmorru u jinħaslu, jaħslu ħwejjiġhom, jekk ingħataw donazzjoni tal-ikel jistgħu jmorru u jsajru hemm; anke jiġu u jieħdu kafè mas-social workers. Huwa ċentru wkoll li n-nies li jiġu u jqattgħu il-ġurnata hemm, għandhom aċċess għall-internet, ikun hemm is- social workers u l-professjonisti tagħna li jkellmuhom u jgħinuhom skont il- bżonnijiet tagħhom. Kif evolviet il-YMCA maż-żmien? Il-YMCA għamlet żmien li apparti xogħol maż-żgħażagħ (youth work), konna noffru xelter wieħed, Dar Nikki Cassar, li llum dan ix-xelter jagħti 34 sodda kull lejl. Illum il-ġurnata bħala YMCA, apparti xelter, aħna nippruvaw kemm jista' jkun nagħmlu xogħol ta' prevenzjoni u ta' outreach. Pereżempju, għandna grupp ta' voluntiera li joħorġu darba fil-ġimgħa, aħna ngħidulu Y-Visible, fejn dawn imorru jfittxu lil dawn in-nies li qegħdin fit-toroq. Mhux biss nagħtuhom l-għajnuna li jkun hemm bżonn imma anke informazzjoni; ngħidulhom "isma' jeżisti YMCA. Jeżisti l-Appoġġ". Barra minn hekk, hemm ukoll il-kura ta' wara, l-aercare. Aħna nibqgħu nsegwu l-klijenti tagħna anke wara li jkunu ħarġu mix-xelter. Qabel kienet il-Belt biss, imma issa nagħtu servizz f 'lokalitajiet oħra, fosthom l-Imsida u Ħaż-Żabbar. Bħala YMCA, kbirna. Is-sena l-oħra, apparti l-voluntiera, kellna 40 ħaddiem professjonist jaħdmu magħna. Il-missjoni tagħna hija li nagħtuhom programm ta' kura, forsi tinstema' qisek dħalt fi sptar, imma dan huwa speċi ta' kors. Permezz ta' dan il-kors aħna ngħallmuhom ħiliet għall-ħajja, u ħiliet oħra sabiex ikunu jistgħu jgħixu b'mod indipendenti. L-għan tagħna mhuwiex li dħalt f 'xelter u issa għandek saqaf fuq rasek; imma li tajniek programm fejn tgħallimt. Jekk tli ix-xogħol, aħna ngħinuk tikteb is-CV, tfittex xogħol ieħor u, l-importanti, li żżomm ix-xogħol peress li llum tant hawn xogħlijiet u dak li jkun ibiddel minn wieħed għall-ieħor u jaf jispiċċa jitlef ix- xogħol. Aħna ngħinuhom jerġgħu jidħlu lura fis- soċjetà forsi billi jikru. It-tieni xelter tagħna huwa semiindipendenti, Y-Communial Home. Il-programm huwa differenti għaliex kollha jgħixu b'mod indipendenti, kollha għandhom iċ-ċavetta, u ma hemmx l-istaff dejjem magħhom. Tista' ssejjaħlu bħala t-tieni pass tal-programm. Kellna każijiet fejn persuni ħarġu mix-xelter u bdew jikru flimkien. Aħna naraw li jinħoloq network bejniethom sabiex l-għan li jkunu indipendenti jintlaħaq. Dan il-programm qiegħed hemm għal min ma jilħaqx isib saqajh mal-art fi 18- il xahar fl-ewwel xelter. Jekk iż-żmien jgħaddi, imbagħad wieħed jista' jimxi għal 12-il xahar ġot-tieni xelter. Però dan mhuwiex dejjem il-każ għaliex kellna nies li ħarġu lura fis-soċjetà mingħajr ma għaddew għat-tieni fażi. "Homelessness hija bla tikketta għaliex Elaine Camilleri tkellmet ma' Anthony Camilleri, il-Kap Eżekuttiv tal-YMCA. Il-YMCA hija organizzazzjoni mhux governattiva li tagħti daqqa t'id lil dawk li jsibu ruħhom bla saqaf, u jgħinuhom jerġgħu jqumu fuq saqajhom mill- ġdid. "Jien bdejt bħala voluntier, u llum il-ġurnata qiegħed hawnhekk, issa ilni 15-il sena"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 January 2024