MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514427

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 intervista illum • IL-ĦADD 14 TA' JANNAR 2024 Fid-dawl ta' persuni mingħajr dar, kif tikkollabora l-YMCA ma' NGOs oħra, aġenziji tal-Gvern, jew imsieħba fil- komunità? Dejjem hemm xi ħaġa li ssir ta' kuljum. Aħna nikkomunikaw mal-homelessness team li hemm l-Appoġġ. Dan huwa tim ta' ħaddiema socjali li jaħdmu f 'dan il-qasam ta' homelessness u ħafna mill-każijiet jidħlu minn hemm. Naħdmu ma' NGOs oħra, bħal pereżempju Dar Hosea, li hija esperta fil- qasam ta' nies li jispiċċaw fil-prostituzzjoni. Ċerti każijiet jiġu minn hemm, kif ukoll każijiet ta' vjolenza domestika, fejn jibdew magħna, imbagħad jimxu għal xelter ieħor aktar adattat. Barra minn hekk, il-ħaddiema soċjali tagħna jaħdmu mas-Soup Kitchen u aħna mal-klijenti tagħhom sabiex naraw li dawn mhux sempliċement marru u kielu, imma naraw li ngħinuhom f 'dak li jkunu għaddejjin minnu. Tista' taqsam magħna xi storja li ħalliet impatt fuqek? Dejjem insemmi l-istess storja. Niakar meta kont naħdem ix-xelter jien stess, kont xi f 'lejliet il-Milied u niakar illi l-Pulizija ċemplulna u ġabulna tliet persuni. Kienu tlett irġiel li ġew Malta mingħalihom se jsibu xogħol u spiċċaw kienu vittmi ta' traffikar tal-bniedem. Irrealizzaw li dawn ġew ittraffikati u mistennija jaħdmu bħala sex workers. Dan jibqa' mument partikolari għax lejliet il-Milied kulħadd ikun qiegħed id-dar u dawn it-tlieta spiċċaw bla saqaf imma sabu refuġju fil-YMCA. Il-YMCA kif tinvolvi ruħha mal-komunità lokali biex tqajjem kuxjenza dwar il- persuni mingħajr dar? Waħda mill-affarijiet li għamilna hi li ffukajna fuq ir-riċerka. Warrabna it mill- baġit u allokajnieh apposta għalhekk. Is- servizzi li nagħtu huma kollha bbażati fuq evidenza minn riċerka. Ħriġna diversi riċerki differenti. Waħda mir-riċerki li għamilna hi l-'Home Inclusration' li tibbaża fuq nies bla dar, migrazzjoni u inklużjoni. Din għamilnieha grazzi għall-pjattaforma kontra l-homelessness. Bosta NGOs kienu parti minnha fejn iltqajna u rajna flimkien x'inhuma l-isfidi li jgħaddu minnhom l-immigranti. Minn din ir-riċerka konna ħriġna abbozz b'rakkomandazzjonijiet lill- Gvern b'affarijiet li jrid jaħdem fuqhom sabiex aħna nkunu nistgħu ngħinuhom aħjar. Sentejn ilu ħriġna riċerka oħra, 'Comtemporary Homelessness', li ħadu sehem fiha diversi NGOs u xelters. Ridna naraw l-isfidi partikolari ta' dawk in-nies bla saqaf f 'dak iż-żmien ta' bejn Jannar u Frar. Minnha konna sibna li minn 198 sodda li teżisti, 178 minnhom kienu meħudin min-nies bla dar. Dan uriena li x-xelters kienu qed jaħdmu b'kapaċità kbira. Mill-istess riċerka rriżulta li 58 kienu tfal. Konna skoprejna wkoll li żgħażagħ bejn it-18 u l-34 sena kienu l-iktar nies li spiċċaw bla saqaf. Rajna wkoll rajna żieda fil-Maltin. F'riċerka oħra, konna morna lura għall- każijiet li ltqajna magħhom aħna, u minnha ħareġ li l-ikbar problema li wieħed jispiċċa bla dar hija l-problema ta' flus, speċjalment fost l-irġiel. Però konna rajna żieda wkoll fil-problemi tal-familji speċjalment dawk fejn jidħlu separazzjonijiet, ġlied fil- familja, u anke vjolenza domestika, li hija l-iktar raġuni għala n-nisa jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. B'liema modi jistgħu individwi u negozji fil-komunità jappoġġjaw il-missjoni tal- YMCA Malta? Naħseb l-aktar bżonn li għandna huwa s-sapport finanzjarju għaliex anke peress li rridu nimpjegaw professjonisti, dak dejjem jibqa' l-ogħla bżonn għalina. Tistgħu tgħinuna wkoll fil-bżonnijiet tal-ikel għax dan mhux biss jitqassam fix-xelter tagħna imma anke jitqassam fid-drop-in centre u fil-komunità peress li nkomplu nsegwu lil dawk il-familji fil-komunità li jew jinsabu f 'xifer il-faqar jew f 'xifer li jispiċċaw bla saqaf fejn jorqdu. Kif tistgħu timmaġinaw, l-ikel huwa bżonn ta' kuljum, u allura dan kieku jkun ta' appoġġ kbir. Il-maġġoranza tan-nies li jinqdew mis- servizzi tagħna huma kollha referuti u xi drabi jiġu huma minn jeddhom. Aħna dejjem nagħmlu assessjar qabel ma naċċettaw sabiex li naraw li l-każ huwa ġenwin u hemm bżonn li ngħinu. Dan iseħħ għax ġieli jkun hemm min jipprova jabbuża mis-servizz. B'ħarsa 'l quddiem, x'inhi l-viżjoni tal- YMCA? Hemm xi inizjattivi ġodda li qed taħdmu fuqhom bħalissa? Il-viżjoni tal-YMCA madwar id-dinja kollha hi l-'Vision 2030', strateġija illi nixtiequ nilħquha f 'kull YMCA fid-dinja kollha. Din tibbaża fuq erba' pilastri: il- benesseri tal-komunità, dinja ġusta, xogħol sinifikanti u pjaneta sostenibbli. Aħna diġà qed naħdmu fuqhom, pereżempju l-ewwel pilastru għax noffru servizzi ta' terapija; kif ukoll it-tieni wieħed li huwa parti mill- missjoni tagħna. Preżentement qed naħdmu ma' Deloitte, kemm fuq riċerka ma' żgħażagħ madwar id-dinja, kif ukoll f 'Malta sabiex nimu xi jfisser għalihom 'xogħol sinifikanti'. Diġà qed joħorġu xejriet li nixtiequ naħdmu fuqhom. Pereżempju li jkun hemm bilanċ bejn ħajtek u xogħlok (work life balance) li llum m'għadux jeżisti. Aspett ieħor huwa li l-iskola ma tgħallmekx fuq id-dinja tax-xogħol ta' hemm barra u x'inhuma d-domandi tiegħu. Lokalment, din is sena ħa nkunu qed naħdmu fuq grupp ta' żgħażagħ sabiex iwasslu l-vuċi ta' żgħażagħ oħra. Daqt se tasal l-elezzjoni Ewropea. Allura qed niġbru diversi opinjonijiet ta' żgħażagħ li jagħtu l-fehma tagħhom dwar fejn jaħsbu li għandhom jiffukaw il-ħidma tagħhom il-Membri Parlamentari Ewropej u b'hekk dak li jixtiequ jwasslulhom jasal għandhom. Matul il-it xhur li ġejjin se nkunu qed naħdmu fuq podcast, organizzat mill- YMCA, miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ stess. U dan ħa jingħalaq b'konferenza, fejn nixtiequ li l- Membri Parlamentari Ewropej ikunu preżenti sabiex fl-aħħar mill-aħħar inwasslu lill-istakeholders x'qegħdin jaħsbu ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Taħseb li s-soċjetà Maltija hi konxja fuq dawn it-temi? Illum il-ġurnata, in-nies huma iktar konxji, però naħseb li l-'homelessness' iġġorr magħha ċerta stigma, allura n-nies ma jurux. Ġieli ma jgħidux li għandhom bżonn l-għajnuna jew ma jurux li huma nies bla saqaf. Kellna nies li kienu jgħixu f 'karozza jew kienu jikru garaxx mingħajr twieqi jew kamra tal-banju; imma ma jurux f 'liema sitwazzjoni qegħdin. Nemmen li peress li hawn kuxjenza, in-nies tista' tiem li l-homelessness tista' tiġri lil kulħadd. Qabel konna ngħidu li 'għax homeless, mela għandu problema ta' droga jew vizzju'. Imma din tista' tiġri lil kulħadd. Kellna każijiet fejn nies spiċċaw bla saqaf minħabba mard. Illum huma ħafna li jikru u ġieli tispiċċa ma tlaħħaqx mal- finanzi u tispiċċa barra. Jien ngħid li l-homelessness hija bla tikketta. Għandna nies jaħdmu magħna li huma bla dar, però dawn ma jġorrux magħhom bandiera fuq rashom 'isma', jien bla dar'. Lit-tfal li joqogħdu magħna, il-vann tal-iskola jiġi jiġborhom minn quddiem ix-xelter. Irridu ninnormalizzawha, għax bħalma għedt, kulħadd jista' jgħaddi minnha, imma fl- istess ħin nisperaw li n-nies jimu wkoll li l-homelessness hija sitwazzjoni li tirrekjedi ħafna għajnuna. għaliex kulħadd jista' jgħaddi minnha"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 January 2024