MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514781

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' JANNAR 2024 ELAINE CAMILLERI L-Avukat Franco Debono deher mingħajr stedina fuq radju ta' diskussjoni popolari biex jindirizza kummenti preċedenti ta' mistieden ieħor li kkritika l-mod kif Debono kien qed jagħti ħjiel dwar il- possibbiltà li jerġa' lura għall-politika. Waqt diskussjoni fuq l-istazzjon tar- radju tas-Sibt filgħodu ta' Andrew Azzopardi, il-mistieden, l-Avukat tal- PN Edward Debono, allega li l-Avukat u Eks Deputat tal-PN Franco Debono, kien qed jerġa' jikkunsidra li jirritorna lura fil-partit, iżda li kien qed jimponi l-kundizzjoni li jkun kap. B'referenza għal post riċenti fuq Facebook ta' Franco Debono, fejn kien qal li xejn m'għandu jiġi eskluż fir-rigward tar-riintegrazzjoni tiegħu fil-PN, jew saħansitra bħala parti mit-tmexxija tal- partit, Edward Debono qal li dan "mhux korrett" min-naħa ta' Franco Debono. Mexxejja oħra ta' qabel kienu għamlu dan b'sens ta' dmir, sostna. Dan wassal għal żjara sorpriża mhux skedata fl-istudio minn Franco Debono, it minuti wara. "Jien nittollera l-opinjonijiet imma ma nittollerax il-gideb," qal Franco Debono. "Kont id-dar u ġejt hawn biex nikkonfrontah personalment dwar il- gideb tiegħu u nitolbu jispjega fejn kont imponejt kundizzjoni jew saħansitra esprimejt ix-xewqa li nsir Kap tal-PN." "Mhux se nittollera lin-nies jigdbu dwari. Jien kont id-dar. Għandi xogħol x'nagħmel," qal Debono b'wiċċu aħmar, qabel irringrazzja lil Andrew Azzopardi talli ppermettielu jidħol fl-istudio u ppermettielu li jitkellem waqt il- programm tar-radju. Franco Debono qal li stħarriġ xjentifiku li kien ħallas għalih, kif ukoll "stħarriġ mhux xjentifiku ieħor li sar minn Lovin Malta", urew li "ħafna nies hemm barra, inkluż votanti tal-PN, iridu li nkun fit- tmexxija tal-PN". Huwa talab lill-kelliem preċedenti biex jieħu lura l-"gidba totali" li kien għadu kemm qal waqt id-diskussjoni live. "Ma għamilt l-ebda kundizzjoni u lanqas esprimejt xewqat," insista Debono. L-Avukat qal li kellu appoġġ mill-bażi tal-partit. "Nies bħal Edward Debono huma klikka żgħira li żammew il-partit lura." Franco Debono qal li ma kellu ebda rieda ħażina lejn sieħbu l-Avukat Edward. "Għadni nirreferi għalih bħala ħabib tiegħi" qal Franco filwaqt li stqarr li "Edward Debono kien żbaljat ħafna". Huwa żied jiċħad kategorikament id- dikjarazzjoni ta' Edward Debono dwaru. L-Avukat Franco Debono deher mingħajr stedina fuq radju ta' diskussjoni popolari biex jindirizza kummenti preċedenti ta' mistieden ieħor. Il-kummenti wassluh jagħmel żjara sorpriża fejn ċaħad il-kumment tal-mistieden li kien qed jipprova jimponi li jkun kap tal-partit bħala kundizzjoni għar-ritorn tiegħu Franco Debono ċaħad kummenti li ntqalu fuq stazzjon tar-radju li saru minn mistieden ieħor Franco Debono ha ritratt kif wasal l-RTK (Ritratt: Facebook)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 January 2024