MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516092

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' FRAR 2024 • illum Imexxi erbat idjar, iqaddes, jgħallem u jfejjaq ... In-Naduri ġewwa l-Perù Fr Raymond, qassis min-Nadur, ilu 30 sena jgħix il-Perù bħala missjunarju. Apparti li huwa l-kappillan tal- parroċċa, huwa wkoll tabib, għalliem u sid ta' erbat idjar li joffru l-appoġġ ELAINE CAMILLERI Wara ljieli ta' mużika, daħk u kuluri, in-Nadur sebaħ għall- kwiet l-Erbgħa filgħodu. Qalb l-għasafar ipespsu u n-nies ikomplu bir-rutina, l-ILLUM poġġiet ma' Raymond Portelli, qassis, tabib u għalliem. L-isem tal-qassis umli jafuh sew in-Nadurin, iżda Fr Raymond f 'Għawdew magħruf aħjar bħala "dak tal-Perù." Bejn belgħa kafè u oħra, Fr Raymond beda jirrakkontali kif sab ruħu fil-Perù u x-xogħol li huwa jagħmel hemm. Il-vokazzjoni ta' qassis ġietu meta kellu biss 16-il sena. L-ewwel darba li qaddes kien f 'Ġunju 1994, u xahrejn wara, f 'Awwissu, tela' l-Perù. Ilu hemm iktar minn 30 sena jagħmel xogħol missjunarju. Huwa kien qatta' l-ewwel sena u nofs fil-belt kapitali ta' Lima, imbagħad minn hemm mexa lejn Iquitos – belt fl-Amazon. Huwa qalli li minn dejjem kellu x-xewqa li jsir tabib u jgħin lil dawk inqas ixxurtjati. Fl-2006 gradwa mill-Universidad Nacional del Amazonia Peruviana bħala tabib tal-familja u issa jservi fil-klinika li fetaħ huwa stess biex jattendi lil dawk marġinati mis- soċjetà. "Kieku studjajt aktar kont inkun nista' ngħin aktar. Bħala tabib xtaqt li speċjalizzajt, imma forsi issa naqra tard. Min-naħa ta' qassis dejjem ngħid li kieku sibt post ifqar minn Iquitos, għax nimmaġina li hemm, immur," qalli l-qassis meta staqsejtu x'kien ibiddel kieku seta'. Ħaġa li impressjonatni hi li n-nies li jżuru l-klinika ta' Fr Raymond ġejjin minn irħula barra minn Iquitos. Staqejtu jispjegali għaliex. "Peress li Iquitos hija mdawra bix-xmajjar, dawn jaqbdu d-dgħajsa filgħodu, u ġieli jqattgħu sagħtejn, tlieta, jivvjaġġaw biex ma sbieħ ix- xemx ikunu qed jistennew wara l-bieb." Bħala kappillan, tabib u anke għalliem, Fr Raymond għandu ġurnata pjuttost impenjattiva. Il-ġurnata tipika tiegħu tibda mas-7:00am fejn iqum jipprepara għat-talb ma' grupp tal-parroċċa. Wara dan, hu jmur jiaħ il-klinika fejn jattendu ma' 30 persuna kuljum. Xħin isirlu l-ħin, fit-3:00pm, ħallih tarah għaddej bil-lezzjonijiet tal-bijoetika l-università jew inkella jgħallem fis-seminarju ta' Iquitos. Filgħaxija, imbagħad, Fr Raymond jilbes it-tielet kappell tiegħu, ta' Kappillan fejn iqaddes il-quddies tas-7:00pm u jagħmel laqgħat maż-żgħażagħ, koppji u tal- liturġija. Waħda mill-ikbar sfidi li jaffaċċja hija l-problema tal-flus għaliex minbarra l-klinika, Fr Raymond għandu wkoll erbat idjar li fetaħ huwa stess biex ikompli jgħin kemm jista'. "Faċli tibda proġett u tibni, imma biex iżżommu diffiċli," qalli meta spjegali li huwa jimpjega miegħu 32 ħaddiem. "Nipprova noħloq għarfien f 'Iquitos stess, billi nagħmel tombla jew mixja f 'isem is-solidarjetà. Nixtieq imma nirringrazzja lill- benefatturi Maltin u Għawdxin għaliex terz tal-infiq jitħallsu grazzi għad-donazzjonijiet li jagħtu." 20 sena ilu huwa fetaħ l-ewwel dar bl-isem Algo Bello Para Dios' li fisser 'Xi ħaġa sabiħa għal Alla.' Din infetħet bl-għan li tassisti lil dawk morda bl-AIDS, u llum il-ġurnata anke tikkura lil dawk morda b'mard kroniku ieħor bħat- tuberkolożi. Wara nfetħu tlett idjar oħra. Waħda tilqa' lil dawk li huma bla saqaf fuq rashom, dar oħra għax-xjuħ, u oħra ċentru ta' rijabilitazzjoni li tilqa' fiha anke vittmi tad-droga. Il-ħolma ta' dan il-qassis Naduri hija li jiaħ dar oħra biex jilqa' fiha tfal abbandunati jew abbużati. "Il-Gvern għandu djar għat-tfal, imma mimlija. Irrid niaħ dar li tilqa' tfal tat-twelid sal-età ta' disa' snin. Nisimgħu kemm-il darba b'każijiet fejn omm tħalli t-tarbija fit-triq. Darba ġiet omm it qabel il-Milied u tatni t-tarbija tagħha imma ma stajtx inżommha. Nixtieq li kieku kelli dar." Staqsejtu liema esperjenza qatt ma basar li se jgħaddi minnha u semmieli meta flimkien ma ħuh Joe kellu jassisti omm ta' 14-il sena biex twelled tarbija f 'nofs il-ġungla bla ebda għodda jew assistenza oħra. Huwa qalilna li ħuh kien inkarigat iżomm it-torċ filwaqt li Fr Raymond kien qed jagħmel l-almu tiegħu jassisti lil din l-omm twelled l-ewwel tarbija tagħha. "Imma għall-grazzja t'Alla kollox mar sew" qalilna bi tbissima waqt li jiakar f 'dil-memorja. L-ewwel darba li qaddes kien f 'Ġunju 1994, u xahrejn wara, f 'Awwissu, tela' l-Perù

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 February 2024