MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516092

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 18 TA' FRAR 2024 • NRU 905 BUY YOUR FIRST HOME THROUGH US WE'LL GIVE YOU €15,000 worth of vouchers to spend on furnishings and purchase costs. franksalt.com.mt/ftb Intervista ma' Marija Bellia PAĠNI 6 u 7 Il-laqgħa bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kienet laqgħa tajba u kordjali skont kelliem għoli tal-Partit Laburista imma ma kien hemm l-ebda eżitu jew konklużjoni. Inkredibbilment din kienet l-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja politiċi. Abela qed juri biċ-ċar li l-isem u l-persuna favorita tiegħu hija Helena Dalli li bħalissa tokkupa l-kariga ta' Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza. Dalli hija kkunsidrata bħala feminista, liberali u progressiva. Għalkemm hija persuna b'esperjenza twila fil-politika ma kinitx ikkunsidrata stilla fl-Ewropa bħala kummissarju. Iżda lokalment Dalli tista' tkun il-President li tiaħ it-tieqa għal riformi soċjali kbar bħall-abort. Bernard Grech min-naħa tiegħu mhux qed jindika l-preferenzi tiegħu għalkemm jidher li jista' jkun li jipproponi lill-Eks Kummissarju Ewropew Joe Borg, li huwa persuna pjuttost newtrali u rrispettat. Abela għandu wkoll ismijiet oħra li jinkludu lil Michael Falzon, il-Ministru għall-Politika Soċjali, l-iktar membru anzjan fil-kabinett. Falzon huwa persuna b'qalb soċjali u ċertament mhux polemikuż ma' Abela bħalma kien George Vella. Isem ieħor li qed jiġi kkunsidrat minn Abela huwa Michael Farrugia li kien l-uniku membru fil-kabinett ta' Joseph Muscat li appoġġja lil Abela bil-ġlieda għall-mexxej tal-Partit Laburista. Iżda wara li kien appoġġja lil Abela, Farrugia kien twarrab minn Abela stess. L-inkontru li jmiss bejn Abela u Grech huwa mistenni li jerġa' jsir dalwaqt u ġaladarba ma jintlaħaqx ehim bejn iż- żewġ mexxejja jaf ikun hemm kriżi ta' vera għax l-għażla tal-President issa trid isseħħ biss bi ehim reċiproku bejn iż-żewġ partiti, u mhux b'maġġoranza sempliċi bħalma kienet qabel. Mhux magħruf x'tattika se juża Bernard Grech, imma din hija waħda mill-it opportunitajiet u okkażjonijiet fejn hu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista jista' japplika l-veto tiegħu u jingħata l-parir li juri snienu. Apparti Joe Borg, Grech jista' jressaq ismijiet oħra fosthom ta' Louis Galea u Lawrence Gonzi. Imma dawn iż-żewġ eks politiċi żgur iħallu lil Robert Abela b' uġigħ ta' żaqq kbira mal-Laburisti kollha li jiakru lil Louis Galea bħala l-bidwi part- time tas-Siġġiewi u Gonzi bħala l-Prim Ministru ta' kontra l-Laburisti. Abela u Grech jippjanaw it-tieni inkontru – Il-Prim Ministru jħares lejn Helena Dalli IL-ĦATRA TA' PRESIDENT ĠDID Il-gwerra f'Gaża hija l-ikbar sfida għall-UE, skont il-Maltin Wieħed minn kull erbgħa min-nies li ħadu sehem fis-sondaġġ tal-gazzetta oħt, MaltaToday, jemmnu li l-gwerra f 'Gaża hija l-ikbar sfida għall-Unjoni Ewropea bħalissa. F'mistoqsija miuħa, il-korrispondenti kellhom iċ-ċans isemmu kwalunkwe sfida li huma jaħsbu li l-Unjoni Ewropea qed taffaċċja. Madankollu l-gwerra f 'Gaża tissupera inkwiet dwar il-gwerra fl-Ukrajna, l-inflazzjoni, l-imigrazzjoni u anke l-bidla fil-klima. Is-sondaġġ żvela differenzi kbar fit-tweġiba bejn votanti Laburisti u dawk Nazzjonalisti. Dan għaliex filwaqt li l-Laburisti jemmnu li l-UE hi okkupata l-aktar bil-gwerra fil-Lvant Nofsani, in-Nazzjonalisti qalu li l-UE hija aktar okkupata bil-gwerra fl-Ukrajna. 34% ta' votanti Laburisti u 20% ta' votanti Nazzjonalisti taw l-istess tweġiba li l-ikbar sfida hija l-gwerra tal-Lvant Nofsani. Min-naħa l-oħra, 24% tal-votanti Nazzjonalisti u 13% tal-votanti Laburisti qablu li l-gwerra Ukrena hija l-ikbar sfida. Dawk li ma jivvutawx ukoll xeqilbu lejn il-gwerra tal-Lvant Nofsani bħala l-ikbar sfida b'24%, filwaqt li 14% qablu li hija dik Ukrena. PAĠNA 5 Il-Papabbli għall-President: Helena Dalli, Michael Falzon, Michael Farrugia u Joe Borg

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 February 2024