MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516410

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni 09 IL-ĦADD 25 TA' FRAR 2024 • illum Eve Borg Bonello hija l-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista għat-Tibdil fil-Klima Eve Borg Bonello Ħidma ambjentali u klimatika, nobbli kemm hi nobbli, hi garantita li tfalli jekk ma jkollhiex warajha l-kunsens u l-fiduċja tal- poplu I t-tibdil fil-klima hu sfida dinjija, imma jekk irridu nirbħu l-battalja tal-futur ambjentali, ekonomiku u soċjali tagħna, il-poplu għandu jkun magħqud u jiġġieled fuq l-istess naħa. L-ewwel nett, ma nistgħux nittrattaw sfida daqshekk kruċjali bħala battibekk partiġġjan fejn nibqgħu nargumentaw punti fl-arja fi ċrieki li ma jispiċċaw qatt u ħadd ma jirbaħ, wisq inqas il-poplu li suppost qed nirrappreżentaw. M'għadniex fl-istadju tal-catch phrases, id-dinja qed tiddispra għall-azzjoni. Iżda fl-istess ħin bħala oppożizzjoni għandna l-obbligu nitkellmu fuq il-fatti u nżommu rendikont tal-ħidma tal-Gvern, u ninnutaw li r-riżultati ma kellhom assolutament xejn x'jaqsmu ma' dak li kien imwiegħed. Dawn l-aħħar ġimgħat, dan hu dak li għamilna fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Il-fatti juru li Malta waqgħet sitt postijiet fil-Climate Change Performance Index is-sena li għaddiet. Juru wkoll li Malta għandha l-ogħla dipendenza fuq sorsi ta' enerġija li jniġġsu fl- Unjoni Ewropea. Kellna wkoll l-ogħla żieda ta' emissjonijiet fl-Ewropa, waqt li l-istati membri kollha l-oħra qegħdin f 'tellieqa biex inaqqsuhom. Bħala oppożizzjoni, il-ħidma ma kinitx kritika u skrutinju biss. Konna proattivi u ressaqna diversi proposti dwar l-Awtorità fuq it-Tibdil fil-Klima, fosthom proposti għal pjan ħolistiku li jinkudi lil kull ministeru permezz ta' rappreżentanti, aktar checks and balances fil-ħatriet tal-bord, u li l-Awtorità tkun obbligata tipproduċi aktar rapporti għall-iskrutinju parlamentari. Kien hemm diżappunt akbar, lil hinn min-nuqqasijiet fil-liġi proposta dwar l-Awtorità fuq it-Tibdil fil-Klima. Matul l-aħħar ġimgħat ma waqax noffri l-id tal-kollaborazzjoni lill-Gvern għax ġenwinament nemmen li din il-problema hija ferm akbar mill-aħmar u l-blu li jiddominaw id-dibattitu politiku f 'pajjiżna. Faħħart l-inizjattiva bħala pass fid-direzzjoni t-tajba – minkejja li ġiet tard, u snin wara li pproponejna xi ħaġa simili aħna – iżda bqajna fis-silenzju min-naħa tal-Gvern. Fid- diskors tal-ministru meta kienet qed tagħlaq id-dibattitu fil-Parlament, smajt elf botta lill- Kap tal-Partit Nazzjonalista u qas kelma fuq il-proposti u l-kollaborazzjoni li offrejna. Madankollu, nerġa' nisħaq li din hi problema akbar minna, u bħall-idea li ġiet riflessa fil-proposti tagħna, it-triq 'il quddiem trid tkun waħda ħolistika li ma tħalli lil ħadd jaqa' lura. Ħidma ambjentali u klimatika, nobbli kemm hi nobbli, hi garantita li tfalli jekk ma jkollhiex warajha l-kunsens u l-fiduċja tal-poplu. B'hekk, f 'din is-sitwazzjoni, bħala politiċi rridu nilbsu diversi kpiepel: irridu nrawmu l-konoxxenza u l-interess fuq is- suġġett u nikkonvinċu lill-poplu dwar fejn irridu naslu, iżda mhux dan biss. Il-linja tal-komunikazzjoni trid taħdem miż-żewġ naħat, u għalhekk irridu nimxu kull pass id f 'id mal-Maltin u l-Għawdxin, u nisimgħu dak li jista' jkun se jolqothom b'mod inġust. Ma nistgħu qatt nimmiraw għal għanijiet ambjentali li jispiċċaw taxxa oħra fuq il-faxxa t'isfel tas-soċjetà tagħna. Irridu niġġieldu kontra l-greenwashing, nippremjaw l-innovazzjoni u niżguraw ġustizzja soċjali fiċ-ċentru tal-azzjoni klimatika tagħna. Iva, hi sfida enormi, imma nistgħu nagħżlu li negħlbuha billi narawha bħala opportunità. Id-daqs ta' pajjiżna minnu nnifsu hu vantaġġ li jġib miegħu flessibiltà, u jagħmilna attraenti għall-investiment f 'teknoloġija ġdida. Nemmen li t-triq 'il quddiem trid tkun ħolistika. Fil-fatt jispirawni ħafna s-Sustainable Development Goals (SDGs) li huma lista ta' għanijiet tal-Ġnus Magħquda li, għalkemm primarjament jiffukaw fuq is-sostenibbiltà ambjentali, iħarsu lejn il-kwadru sħiħ u jorbtu s-sostenibbiltà ma' għanijiet bħall-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġlieda kontra l-faqar, u l-governanza tajba fost ħafna temi oħrajn. Ir-raġunament sempliċi: ma nistgħux nitħaddtu fuq l-isfidi tat-tibdil fil-klima jekk għad hawn min m'għandux saqaf fuq rasu jew ikel fuq il-mejda. Ma nistgħux lanqas nitkellmu fuq dawn l-isfidi b'mod separat. Is- soluzzjonijiet ta' ekonomija ċirkulari jridu jżommu kull qasam tas-soċjetà fiċ-ċentru tal-pjan tagħha għal futur san, u mhux is-soċjetà li nirrappreżentaw biss iżda anke l-istituzzjonijiet tagħna. Ma nistgħux nibnu l-futur ta' pajjiżna fuq istituzzjonijiet dgħajfa, nepotiżmu, medjokrità, u dilettantiżmu. L-ekonomista Amerikan Milton Friedman kien qal b'mod infami li, "ikun żball enormi li wieħed jiġġudika politika, programmi, u proposti fuq l-intenzjonijiet tagħhom minflok fuq ir-riżultati". B'hekk, għalkemm hu faċli nitkellmu fuq l-idealiżmu, u rridu nkunu ambizzjużi u mimlijin tama għal futur aħjar, kull pass li nieħdu rridu niħduh bir-realtajiet soċjali u ekonomiċi f 'moħħna, u nkunu lesti li naddattaw. It-triq 'il quddiem hi l-innovazzjoni u t-trasparenza, però fuq kollox, il-bniedem dejjem għandu jibqa' ċ-ċentru tal-politika tagħna. Poplu magħqud biss jista' jirbaħ fuq it-tibdil fil-klima

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 February 2024