Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516410
08 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' FRAR 2024 • illum aħbarijiet Il-Marsa, il-Ħamrun u Ħal Qormi bl-iktar rapporti ta' traffikar tad-droga fl-2021 u l-2022 Aktar stress, aktar klieb, aktar iċċippjar? Iktar minn 11,000 kelb iċċippjat fl-2021 ELAINE CAMILLERI Jonqsu b'44 każ, ir-rapporti tat- traffikar tad-droga, hekk kif total ta' 119-il rapport jitressqu għand il-pulizija fl-2021 u 75 fl-2022. Statistika ġdida ppreżentata fuq il-mejda tal-Kamra din il-ġimgħa tat dawl fuq is-sitwazzjoni tad- droga speċjalment fil-Marsa, fil- Ħamrun u f 'Ħal Qormi, it-tliet lokalitajiet bl-aktar rapporti. Il-Ministru għall-Affarijiet Interni Byron Camilleri, waqt li preżenta din l-istatistika qal li fl- 2022, 18 il-każ mill-119 kienu fil- Marsa. Sena wara, mhux biss naqsu l-każijiet ġenerali, iżda naqsu b'mod notevoli l-każijiet fil-Marsa, bil-Ħamrun u Ħal Qormi jkollhom l-aktar każijiet, ħamsa kull wieħed. Mill-istatistika ħareġ ukoll li kien hemm numru kbir ta' każijiet li ma ngħatawx lokalità. Fl-2021, 54 każ ma ngħatawx lokalità. L-istess għas-seba' każijiet l-oħra fl-2022. Camilleri kien qiegħed iwieġeb sett ta' mistoqsijiet magħmula mill-Kelliem Nazzjonalista għall- Affarijiet Interni Darren Carabott. Meta mistoqsi kemm minn dawn ir-rapporti ġew solvuti, Camilleri qal li l-pulizija tinvestiga kull rapport li tirċievi u tieħu azzjoni kriminali kontra l-persuni responsabbli. Huwa kompla jgħid li jkun hemm drabi fejn l-informazzjoni tkun negattiva jew skorretta u ma jirriżulta xejn, u oħrajn fejn l-investigazzjoni dwarhom tkun għadha għaddejja. Minkejja dan, minn rapport annwali ppubblikat mill-Bord Konsultattiv Nazzjonali dwar l-użu u d-Dipendenza fuq id- Droga, irriżulta li fl-2022, tressqu 140 persuna l-Qorti b'rabta ma' traffikar tad-drogi. Il-Ministru sostna li bosta mir- rapporti ta' traffikar tad-droga huma bbażati u joriġinaw minn informazzjoni li tkun inġabret mit- taqsima ta' kontra d-droga, liema każi huma distinti minn ċerti tipi ta' reati, bħal serq jew frodi, fejn il- persuna li tagħmel ir-rapport tkun sfat vittma tal-istess reat. Statistika ġdida ppreżentata fuq il-mejda tal-Kamra titfa' dawl fuq is-sitwazzjoni tad-droga fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin LUIGI SGHENDO Minkejja li l-istudji fuq is-suġġett huma it, esperti qed jissuġġerixxu li kien hawn żieda sostanzjali fl-adozzjonijiet tal-annimali matul is-snin tal-pandemija u dan wassal għal żieda sostanzjali ta' microchipping fil- klieb matul l-istess żminijiet. Mill-it studji globali li saru jidher li sforz l-istress li ħassejna matul il-pandemija, bosta kienu li addottaw jew xtraw annimali domestiċi. Din iż-żieda wasslet biex f 'Malta kien hawn żieda konsiderevoli fl-iċċippjar tal-klieb matul l-2021. Iwieġeb il-mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM, il-Ministeru għad-Drittijiet tal-Animmali spjega li ma sar l-ebda studju xjentifiku lokali dwar ż-żieda fin-numru ta' pets waqt il- perjodu tal-pandemija tal-COVID-19. Iżda mill-it li saru barra, jidher li globalment anki f 'pajjizi barra minn Malta, kien hemm tendenza temporali ta' żieda fir- rata ta' sidien ġodda ta' pets domestiċi waqt il-pandemija tal-COVID-19 irrispettivament, jekk hux permezz ta' adozzjoni jew xiri ta' dawn il-pets. Numri ppreżentati din il-ġimgħa fil- Parlament juru li fl-2021, Malta rat 11,358 kelb jiġu ċċippjati. Dan ifisser żieda sostanzjali ta' kważi 20% meta mqabbla mad-9,489 li kienu ċċippjati fl-2020. Iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tal- MP Nazzjonalista Janice Chetcuti, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal- Annimali Anton Refalo qal li fl-2022, ir-rati ta' ċċippjar niżel għal 8,848, tnaqqis ta' 22.08% mis-sena ta' qabel. Skont l-istess statistika, in-numru ta' klieb ċċippjati esperjenza varjazzjonijiet matul l-aħħar għaxar snin. Fl-2013, total ta' 7,976 kelb ġie ċċippjat. Is-sena ta' wara, kien hemm tnaqqis notevoli, b'5,877 kelb biss microchipped, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 26% mis-sena ta' qabel. Ix-xejra nqalbet fl-2015, bir-rati ta' ċċippjar juru żieda modesta għal 6,477 kelb. Dan kompla fl-2016 u fl-2017, b'aktar żidiet osservati fiż-żewġ snin. Sal-2017, in-numru ta' klieb microchipped kien laħaq 7,684, li jfisser żieda ta' 5.36% mis-sena ta' qabel u jindika għarfien dejjem jikber fost is-sidien tal-annimali domestiċi dwar l-importanza tal-microchipping. Is-snin ta' wara raw tkabbir kontinwu fir-rati tal-microchipping, bl-2018 u l-2019 irreġistraw 8,514 u 8,581 kelb microchipped, rispettivament. Numri fil-Parlament juru mudelli strambi fl-istatistika tal-iċċippjar tal-klieb