Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516410
14 films IL-ĦADD 25 TA' FRAR 2024 • illum Carmel Bonnici Batman – karattru rinomat u mill-aktar maħbub (It-tieni parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Wara, il-waqfa kienet twila u kellna nistennew 33 sena meta l-ġenjali Tim Burton ħadem verżjoni ġdida, aktar qalila, ta' Batman. Se nagħti xi informazzjoni qasira fuq uħud mill-films li bdew joħorġu regolarment wara: Batman (1989) – Dirett minn Tim Burton bil-film jieħu total ta' 126 minuta. Michael Keaton huwa l-protagonist, però Jack Nicholson bħala l-Joker jimpressjona ħafna aktar u jagħti wirja qawwija u ta' stoffa. Is-suċċess ta' dan il-film ħajjar lil Warner Bros. Għal aktar proġetti. Is-somma sabiħa li daħħal kienet ta' $411.6 miljuni fuq baġit ta' $45 miljun. Batman Returns (1992) – Jerġa' jieħu r-riedni tat-treġija Tim Burton bl-istess ħin ta' 126 minuta. L-abbandun ta' tarbija skerza li jsir il-Pengwin (Danny De Vito), tkun minaċċja kbira għall-belt ta' Gothan City l-aktar meta jingħaqad ma' Max Schreck (Christopher Walken) bniedem megalomaniku. Insiru nafu l-għaliex Michelle Pfeiffer issir Catwoman. Film b'atmosfera pjuttost oskura. Fil- box office, il-film daħħal iċ-ċifra ta' $266.8 miljun fuq baġit stmat ta' bejn 50-80 miljun dollaru. Batman Forever (1995) – Id- Direttur hu Joel Schumacher u l-ħin hu ta' 121 minuta. Din id-darba, ir- raġel Pippistrell ikun Val Kilmer li jrid jeħodha kontra Two-Face (Tommy Lee Jones) u e Riddler (Jim Carrey), waqt li jipprova jirreżisti għal it żmien l-avvanzi tal-psikoloġista Nicole Kidman. L-ambjent hu aktar attraenti mill- film ta' qabel. Batman jakkwista solidarjetà u għajnuna minn Robin (Jack O'Donnell). Fid-dħul tal- flus, din il-produzzjoni daħħlet is- somma ta' $336.6 miljun fuq baġit ta' aktar minn $100 miljun. Batman And Robin (1997) – Joel Schumacher jerġa' jkun id-direttur u l-ħin hu ta' 130 minuta. Il-maskra tal-bniedem Farfett il-Lejl jilbisha George Clooney. Chris O'Donnell ikun sieħbu Robin u Alicia Silverstone tinterpreta lil Batgirl b'mod mill- inqas konvinċenti. L-għedewwa ta' Bruce Wayne/Batman huma Mr Freeze (Arnold Schwarzenegger) u Poison Ivy (Uma urman) li għal xi raġuni jridu jeqirdu lill- metropoli, Gotham City. L-introjtu din id-darba kien ta' $238, imma l-baġit kien smat ta' bejn $125- $160 miljun. Dan il-falliment waqqaf milli jinħadmu films oħra ta' dan is-supereroj liebes mantell u maskra sal-2005. Id-Direttur metikuluz Christopher Nolan sab l-inkarnazzjoni perfetta fi Christian Bale għall-parti ta' dan it-terrur tal-korrotti u l-kriminali fit-triloġija li ħadem bejn l-2005 u l-2012. B'hekk reġa' xpruna l-fama tar-Raġel Liebes Mantell Iswed u Maskra, alias Bruce Wayne. Batman Begins (2005) – Id- Direttur kien Christopher Nolan, bil-ħin ta' 140 minuta. Xogħol mill- aktar divertenti fejn jimmaġina kif Bruce Wayne, minn tifel ipprivileġġjat ta' ġenituri sinjuruni, imma qalbhom tajba, jimbarka fuq vendetta spjetata biex inaddaf lil Gotham City mill-marmalja li ħonqitu. Film b'andament splussiv. B'baġit ta' €150 miljun, din il- produzzjoni daħħlet is-somma ta' $373.7 miljun. e Dark Knight (2008) – Christopher Nolan għal darb'oħra jidderieġi u l-ħin ikun ta' 150 minuta. Il-belt ta' Gotham City tinsab itterrorizzata mill-Joker (Heath Ledger li rebaħ l-Oscar wara mewtu ta' malajr) u Batman ma jistax jafda fuq id-D.A. tal- belt (Aaron Eckhart). Xogħol b'andament qawwi u oskur, b'interpretazzjoni tal-Joker li kważi tbeżża'. Fuq din il-produzzjoni intefaq baġit ta' €180 miljun, però l-udjenzi rrikorrew bil-kbir u d-dħul qabeż il-biljun dollaru. e Dark Knight Rises (2012) – Għat-tielet darba Christopher Nolan jieħu t-treġija f 'idejh u l-ħin jiżdied għal 164 minuta. Tmien snin wara l-avvenimenti tal-aħħar film, insibu lil Batman għajjien u eżawrit qisu eremita. Fil-belt jitfaċċja viljakk feroċi jismu Bane (Tom Hardy) li mhux biss hu ta' theddida għal dan il-post, imma wkoll għall-popolazzjoni sħiħa. Bis-saħħa tal-butler fidil tiegħu, Alfred (Michael Caine), ir-raġel liebes il-maskra jqum fuq tiegħu, jerġa' jibda jittrenja biex ikompli l-missjoni tiegħu ta' fejda. Film sodisfaċenti ħafna, mill-aktar divertenti, b'final ta' sodisfazzjon kbir. Il-produtturi ma sabux diffikultà jonfqu baġit ta' madwar $250-$300 miljun għax id-dħul reġa' ssupera l-biljun bi it aktar mill-aħħar proġett. Wara dawn is-suċċessi nsibu lil Ben Afflick bħala r-Raġel Pippistrell f 'Batman Vs Superman: Dawn Of Justice (2016), f 'Justice League (2017), f 'Zach Sneider's Justice League (2021) u f 'Suicide Squad (2016). Fl-2022 ħareġ e Batman interpretat b'mod serju u kliem mill-inqas minn Robert Pattinson. Qattiel gwapp sadistiku, e Riddler (Paul Dano) jibda jnaqqi lil diversi figuri politiċi prominenti tal-belt ta' Gotham u Batman ikollu jinvestiga l-korruzzjoni moħbija tal-belt u anki jissuspetta fl-involviment tal-familja tiegħu tal-passat. Din id-darba Batman hu magħruf mill- pulizija li talbu l-għajnuna bżonjuża tiegħu. Intefaq baġit ta' bejn $185- $200 u l-film renda lura $772.2 miljun. Il-popolarità ta' dan il-karattru li deher ukoll reċentement f 'Joker (2019) u f 'e Flash (2023) waslet biex dan is-superoj jidher ukoll f 'serje animata u anki bħala ġugarell f 'e Lego Batman Movie (2017). Id-domanda tal-pubbliku għadha qawwija u dalwaqt nerġgħu naraw lil dan il-karattru maħbub u rinomat ġo Joker: Filie A' Deux (2024).