Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I t-traġedja ta' Jean Paul Sofia meta miet f 'inċident ikrah waslet biex ikun hemm inkjesta pubblika. Tajjeb. U mal-inkjesta ġew litaniji ta' min hu t-tort u min irid jirrispondi u tad-defiċjenzi kbar fis-sistema. Imma jekk kien hemm oġġett li kellu jiġi ttrattat, ċertament kien is-suġġett dwar ir-regħba li hawn fil-pajjiż u ma' kulħadd, f 'kull strata ta' soċjetà, xprunata minn motivazzjoni biex isir iktar u iktar bini u iktar sinjur. Dan huwa pajjiż fejn il-kostruzzjoni tal-bini u min imexxi l-kostruzzjoni għandu kontroll assolut fuq il-pajjiż, u dan ifisser kontroll fuq il-politiċi, kif ukoll l-ekonomija. Bl-iskuża li huma l-qalb tal- ekonomija spiċċajna f 'sitwazzjoni fejn il-pajjiż ġibnieh mandra u landa taż- żibel. Pajjiż monument tal-konkrit, fejn kulħadd irid il-permessi biex iwaqqa' bini eżistenti jew inkella jibni fuq art agrikola jew pristina. Pajjiż li tilef l-awtentiċità. Min għandu l-miljuni jrid aktar. U min għandu argument huwa tellief u loser. B'hekk spiċċajna f 'sitwazzjoni fejn ir- regħba waslet biex ikun hawn ġirja bla rażan biex jitlestew il-proġetti u b'hekk iseħħu d-diżgrazzji. Il-każ sfortunat ta' Jean Paul Sofia tela' f 'wiċċ l-ilma għax kien hemm mara b'kuraġġ, omm li riedet il-ħaqq. Dawk li ma kellhomx vuċi u mietu, dawk baqgħu minsija. Li ma jgħidx ir-rapport huwa li l-industrija tal-bini hija mostru u b'interessi kbar ta' flus. Iridu jkunu l-istituzzjonijiet u l-Gvern tal-ġurnata mmexxi minn Robert Abela li jridu jwaqqfu din ir- regħba. Iktar u iktar tinkwieta meta ma tismax min jitkellem u meta tara ż-żwieġ bejn il-periti u l-iżviluppaturi, għaqda bejn tnejn li tkompli tinkwetana fid-dawl tar- responsabbiltajiet kbar li għandu jkollhom il-periti meta jsiru ċerti proġetti. Ir-rapport ta' McKeon ma jitkellimx fuq il-bżonn li din l-industrija għandha bżonn tiġi mibdula, ridimensjonata, imnaqqsa fid-daqs u fir-ritmu biex tagħraf ir-realtajiet ta' dinja fejn mhux biss il-flus kbar huma importanti imma l-lewn, id-daqs u l-mod kif ngħixu fuq din il-gżira ċkejkna jisimha Malta. Wisq nibżgħu li dan kollu se jintilef u jintesa u ha nkomplu nservu ta' tapp għar-regħba tal-iżviluppaturi. M'hemmx rabja biżżejjed fin-nies u wisq aktar kuraġġ u viżjoni fuq livell politiku. It-tagħlima mit-traġedja ta' Jean Paul Sofia