Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227
opinjoni 09 IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 • illum Segretarju Ġenerali u kandidat għall-Parlament Ewropew għal ADPD – The Green Party • ralph.cassar@adpd.mt Ralph Cassar L-imgħallem il-kompjuter Meta, għalkemm tissejjaħ self-employed, fil-fatt, min iħaddmek mhux persuna oħra imma litteralment programm tal-kompjuter. L-imgħallem tiegħek huwa soware, li jiddeċiedi xi vjaġġ tagħmel, u kemm titħallas. Bil-kontra tal-imgħallem jew kumpanija tas- soltu, is-soware ma jipprovdilekx l-għodda li taħdem biha. Ma jikkalkulax il-ħin li tagħmel tistenna biex tidħol biċċa xogħol, u lanqas is-sigħat li trid taħdem biex taqla' għejxien diċenti. Dawn il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom huma s-sewwieqa magħrufa bħala tal-Y-plates, jew aħjar dawk li għandhom il- pjanċi tal-karozza mmarkati bl-ittra Y. Magħrufin ukoll bħala platform workers – il-pjattaforma hija s-soware li jqassam ix-xogħol. Minn rapporti fl-istampa wara l-aħħar għajta ta' dawn il-ħaddiema li jkollhom dħul diċenti, il-kumpaniji tal- pjattaformi diġitali li jħaddmuhom iżommu madwar 36% tat-tariffi li jħallsu l-passiġġieri tat-taxis. Bl-ebda mod ma huwa ġust li s-servizz ta' tqassim ta' xogħol, għax dak li jagħmel is-soware, ma jiġġustifika gidma daqshekk kbira mid-dħul ta' dawn il-ħaddiema. Din il-gidma ma tiħux f 'kunsiderazzjoni l-ispejjeż li żżomm it-taxi f 'kundizzjoni tajba, spejjeż bħall-fuel jew tant l-aħjar li dak li jkun jinvesti f 'taxi elettrika. Jagħmel sens li taxis iridu jinżammu f 'garaxx u mhux fit-triq għal diversi raġunijiet, imma mbagħad id-dħul ta' dawn il-ħaddiema jrid jirrifletti dawn l-ispejjeż. Nerġa' nenfasizza li l-pjattaforma diġitali m'għandhiex dawn l-ispejjeż, l-ispejjeż jagħmilhom il-ħaddiem. Huwa għalhekk li hemm bżonn li l-Gvern jintervjeni fis-suq, għax is-suq falla. Falla għax ma jagħmilx sens li l-ispejjeż għal min attwalment jagħmel ix-xogħol huma tali li jieklu d-dħul għal livelli miżeri. Il-liċenzji lil dawn il-pjattaformi għandhom jinkludu obbligi li skont is-sigħat li dawn il-ħaddiema jaħdmu, bil-limiti ta' sigħat skont l-esiġenzi tas-saħħa u s-sigurtà, il-pjattaforma diġitali tħallas addizzjonalment prorata l-bolla, dħul minimu garantit, u ammont biex il-ħaddiem tal-pjattaforma jkopri l-ispejjeż tal-'għodda tax-xogħol'. Kull min jaħdem għal pjattaforma għandu jkollu d-dritt li jissieħeb f 'union, bid-drittijiet kollha relatati, inkluż dak ta' ehim kollettiv. Meta jrid, il-Gvern jista' jagħmel dawn il-kundizzjonijiet u oħrajn għall-għoti ta' liċenzji biex dawn il- pjattaformi diġitali joperaw. X'inhu jistenna? Fil-Parlament Ewropew sħabna tal-partit tal-Ħodor qed jinsistu biex leġiżlazzjoni tal-Unjoni tqis ħaddiema ta' pjattaformi diġitali bħala ħaddiema bid-drittijiet kollha li semmejt. Il-Gvern Malti m'għandux għalfejn jistenna lilna niġġieldu għal leġiżlazzjoni fuq livell Ewropew. Meta sa nkunu verament 'l-aqwa fl-Ewropa' f 'dan kollu? Meta aktar ma jkollok anqas tikkontribwixxi Il-kriżi tal-klima hija reali. Din il- kriżi tfisser il-bżonn ta' bidla fis-sistema ekonomika. Is-sistema ekonomika preżenti tfisser ħela ta' riżorsi, tniġġis tal-ambjent tagħna li minnu niddependu għal saħħitna, sistema fejn il-it multimiljunarji u biljunarji jrekknu l-ġid filwaqt li d-dinja tkompli tara inugwaljanzi kbar, tniġġis kbir, u ħaddiema li l-pagi tagħhom ma jaslux sal-aħħar tax-xahar. Biss biss insemmi kumpaniji dinjin li jkissru 'l-ħwienet lokali, li jużaw l-informazzjoni kkreata mill-istampa b'xejn u jdaħħlu l-biljuni mir-riklami imma mbagħad ma jagħtu xejn lura lill-komunitajiet tagħna. Għalhekk hemm bżonn taxxa Ewropea fuq il-ġid imrekken, magħrufa bħala wealth tax. Għandna bżonn nassiguraw li kumpaniji enormi li joperaw fuq skala dinjija – inkluż fuq skala Ewropea – jerfgħu l-aktar mill-piż li bħalissa jaqa' fuq il-ħaddiema u n-negozji ż-żgħar marbutin mal-komunitajiet tagħna. Hemm bżonn li nerġgħu nenfasizzaw il-kunċett ta' progressività fit-taxxa, fejn verament min jiflaħ l-aktar, u anke min iniġġes l-aktar iħallas l-aktar. Hekk titlob il-ġustizzja soċjali u ekoloġika. Il- multinazzjonali pajjiż waħdu, mhux l-anqas pajjiż bħal Malta, ma jistax għalihom. Flimkien mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea żgur li nistgħu nkunu aktar effettivi. X'jista' jiġi ffinanzjat minn taxxa fuq il-biljunarji u kumpaniji multinazzjonali? Eżempju wieħed huwa finanzjament addizzjonali u massiv tal-Fond Soċjali għall-Klima, biex niżguraw tranżizzjoni ġusta għall-familji ta' dħul baxx. Fil-każ tal-media, kumpaniji bħal Google u oħrajn li jdaħħlu l-biljuni ta' Ewro fl-Unjoni Ewropea għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż tad-djar ta' pubblikazzjoni online, pereżempju. Mod ieħor biex niġġieldu l-inugwaljanzi u niffinanzjaw ekonomija aktar ħadra u ġusta hija taxxa fuq l-ispekulazzjoni finanzjarja. L-ispekulazzjoni finanzjarja tfisser profitti enormi għas- sinjuruni minn fuq dahar logħob bil- prezzijiet ta' prodotti essenzjali bħall-ikel jew inkella profitti enormi mit-tniġġis. Għalhekk tassazzjoni fuq spekulazzjoni finanzjarja tagħmel sens. Studju dwar taxxa fuq il-ġid ta' aktar minn bejn miljun u żewġ miljun ewro (wealth tax) ippubblikat fil-ġurnal Ecological Economics ('Can a European wealth tax close the green investment gap?' tal-ekonomisti Jakob Kapeller, Stuart Leitch u Rafael Wildauer) juri kif parti sostanzjali tal-ispiża tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea għal tranżizzjoni ekoloġika biex jintlaħqu l-miri ta' Pariġi dwar il-klima tista' tintrefa' minn min jiflaħ, l-aktar 1% sinjuri, u x'aktarx iniġġes l-aktar. Skont dan l-istudju hemm bżonn jintefqu €476 biljun addizzjonali kull sena sal-2050 biex nagħmlu t-transformazzjoni soċjali u ekoloġika meħtieġa. L-istudju juri kif skont ir-rati ta' tassazzjoni fuq l-aktar 1% sinjuruni, minn 2% sa 11% taxxa fuq il-ġid ta' aktar minn miljun jew żewġ miljun ewro tista' tiffinanzja minn 44%, 52%, 83% u saħansitra 296% tal-infiq neċessarju mingħajr ma jinbidel xejn fit-tassazzjoni għal 99% tal-popolazzjoni tal-UE. Fi studju ieħor, l-ekonomista Gabriel Zucman, li jmexxi l-EU Tax Observatory ippropona, bħala bidu ta' proċess li jwassal għal dik li jsejjaħ 'taxxa minima globali', taxxa ta' 2% fuq l-aktar persuni sinjuri madwar id-dinja. L-istima tiegħu hi li jinġabru madwar $250 biljun minn 2,756 biljunarju. Fl-2021, 140 pajjiż, wara għaxar snin ta' diskussjonijiet iehmu fuq taxxa minima ta' 15% fuq l-akbar kumpaniji multinazzjonali. F'Malta, xi wħud minn dawn il-kumpaniji jikkontribixxu miżerja ta' 5% f 'taxxa. Nistiednek tħares lejn il-payslip tiegħek u tikkalkula kemm tħallas persentaġġ taxxa u bolla fuq il-paga tiegħek. Jew inkella jekk għandek kumpanija żgħira, tistaqsi lilek innifsek għaliex tħallas 35% fuq il-profitti u dawn bi dħul bil-bosta akbar minn tiegħek jikkontribwixxu porzjon ħafna anqas minnek. Fi it snin, kif ilna nwissu, dis- sistema inġusta li tiffavorixxi lill-biljunarji se jkollha tieqaf, anke f 'pajjiżna. Meta s-suq ifalli