MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517530

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 17 TA' MARZU 2024 • NRU 908 List your property with us. franksalt.com.mt/SA Introducing Our New Sole Agency Service Where YOU Are Our Priority SELLING YOUR PROPERTY? Intervista ma' Clint Azzopardi Flores PAĠNI 6 u 7 Minkejja l-qbil rari bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fl-emenda tad- donaturi tal-organi, f 'kumment mal- ILLUM, ir-Renal Unit ta' Mater Dei deher skjett. F'kummenti lill-gazzetta ILLUM, Nursing Officer Paul Calleja fir-Renal Unit fi ħdan l-Isptar Mater Dei, spjega li din l-emenda tinstab diġà f 'pajjiżi Ewropej oħra. Iżda l-effetti li minnhom ibbenefikaw pajjiżi oħra, mhux bilfors se jagħmlu differenza f 'Malta. Dan, skont hu, għax f 'Malta li tittraċċa organi huwa ferm aktar faċli. L-opt out, huwa spjega, tista' tgħin wara l-mewt ta' persuna mhux reġistrata bħala donatur, u l-isptar ikollu jitlob lil tal-familja biex jagħtu l-kunsens tagħhom. F'Malta, bħalissa, bejn wieħed u ieħor, hemm madwar 90 pazjent jistenna kilwa, 15 jistennew fwied u 6 pazjenti jistennew qalb. Hemm ukoll madwar 50 pazjent jistenna cornea. Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ivan Bartolo, l-arkitett ta' din l-idea, ippreżenta abbozz ta' liġi li jipproponi bidla għal sistema ta' opt- out għad-donazzjonijiet tal-organi. Il-proposta, li diġà tgawdi l-appoġġ unanimu mill-partiti kollha, għandha l-għan li tbiddel il-qafas attwali, billi tippreżumi li individwi li għandhom aktar minn 16-il sena jagħtu l-kunsens tagħhom għad-donazzjoni tal-organi b'mod awtomatiku, sakemm ma jagħżlux kontra b'mod espliċitu. Din kienet diġà proposta snin ilu, iżda d-diskussjoni sfaxxat f 'bizà ta' theddid tad-dritt uman, bil-Knisja Kattolika tkun minn ta' quddiem li tiċħad l-appoġġ għal din il-bidla. Paul Calleja qal lill-ILLUM li sfortunatament in-numri ta' trapjanti niżlu ħafna wara l-pandemija. "Bħalissa qed isiru madwar sitt trapjanti tal- kliewi biss kull sena," hu żied jgħid. Hemm bosta raġunijiet għaliex m'hemmx iktar donaturi, inkluż biża', nuqqas ta' għarfien, għażż, u forsi nuqqas ta' qbil bejn il-familji dwar is- suġġett. Wara l-proposta ta' Bartolo, l-istess raġunijiet jaf lagħbu importanza fid- dibattitu li nqala'. ARA IKTAR F'PAĠNA 4 Bla donaturi tal-organi, it-tobba mhux konvinti bl-emenda tal-opt-out Xuereb jibqa' bil- prattika privata filwaqt li hu Kap Eżekuttiv tal-FMS LUIGI SGHENDO It-Tabib Robert Xuereb, riċentement inkarigat bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, ikkonferma mal-ILLUM li se jkompli l-prattika privata tiegħu. "Inħares 'il quddiem li nibqa' nkun ta' servizz għal pajjiżi u għall-pazjenti, bħalm'għamilt matul il-karriera kollha tiegħi, din id-darba b'responsabbiltà parallella li niddereġi mat-tim tal-FMS it-tfassil u l-eżekuzzjoni tal-infrastruttura pubblika tas-saħħa, bil-bżonnijiet tal-pazjenti tagħna jibqgħu dejjem fiċ-ċentru," Xuereb wieġeb f 'risposta konċiża. Huwa spjega kif b'dan il-mod se jkun qed jimpenja ruħu jaqdi kemm lill-pazjenti tiegħu u joffri servizzi mediċinali u ta' kura. Fl-istess waqt se jkun qed jaqdi wkoll lin-nazzjon permezz tar-responsabbiltajiet il-ġodda tiegħu fl-FMS. Dawn iż-żewġ irwoli huma t-tnejn bżonjużi, iżda t-tnejn jirrikjedu dedikazzjoni u ħin. Meta mistoqsi dwar kif jirnexxilu jqassam ħinu u jiddedika biżżejjed ħin bejn ix-xogħol fil-klinika privata u anke biex jaqdi dmirijiet tal-FMS, Xuereb għażel li jżomm lura milli jagħti tweġiba. Bħala kardjologu rinomat lokalment, huwa kien qed imexxi l-unit tal-kardjoloġija f 'Mater Dei. Dan l-irwol irreżenja minnu it żmien wara l-ħatra fl-FMS. Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ivan Bartolo (xellug), l-arkitett ta' din l-idea, u l-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela. Robert Xuereb

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 March 2024