Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517530
opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 17 TA' MARZU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti It-Teatru Manoel jippreżenta 'A Dream is a Wish,' il-Kunċert Annwali tal-Għid ta' TOI TOI li jassigura lejl ta' divertiment indimentikabbli għall-familja kollha permezz ta' mużika live. Fil-weekend tal-Għid, TOI TOI, li huwa l-programm ta' Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel, jistieden lil dawk kollha li jħobbu l-mużika u l-films ta' kull età għal lejl ta' mużika live mdaqqa mill-Palace String Orchestra, fit-Teatru b'siltiet mill-iktar films favoriti. A 'Dream is A Wish' se jibda b'siltiet mill- klassiċi animati. Għandek kemm għandek żmien, din il- produzzjoni se tinżillek għasel b'mużika minn Alan Menken, Pasek & Paul, Phil Collins, Lin Manuel Miranda u ħafna iktar. Dan il-kunċert annwali ta' TOI TOI beda fl- 2015 f 'kollaborazzjoni bejn Teatru Manoel u l-leġġendi lokali Big Band Brothers, bil-għan li jtellgħu serata ta' mużika ta' kwalità għolja għal udjenzi minn erba' snin 'il fuq. L-edizzjoni ta' din is-sena, 'A Dream is A Wish', hija waħda mill-avvenimenti bħala parti mill-programm tal-MaltaBiennale.art 2024, f 'kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency u bl-appoġġ tal-Bank of Valletta. Il-programm tat-Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel jilqa' miegħu lill-Palace String Orchestra għad-debutt fit-teatru nazzjonali. A Dream is A Wish hija miżgħuda b'kanzunetti li faċli jkanta magħhom kulħadd, fejn l-udjenza se tivvjaġġa minn kastelli għal fjords, minn gżejjer għal ġungli, u qabża ta' malajr f 'fabbrika taċ-ċikkulata. L-ispettakli se jittellgħu s-Sibt 30 u l-Ħadd 31 ta' Marzu fis-6pm, bil-biljetti li jvarjaw minn €12 sa €20. Madankollu, bħala parti mill-iskema Theatre for Everyone, il-pubbliku jista' jibbenefika minn 20% skont, permezz tal-offerta bikrija tat-Teatru Manoel sas-17 ta' Marzu. 'A Dream is a Wish': TOI TOI lura magħna bil-kunċert annwali tal-Għid L-istorja tal-passjoni b'differenza: "Id- dawl tad-Dinja" Mill-25 sas-27 ta' Marzu fit- 8:15pm fit-Teatru taċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan ta' Ħal Qormi, wieħed jista' jsegwi l-istorja tal-passjoni. Dan id- dramm isawwar il-ġrajja ta' x'ħassew, x'raw u x'għamlu personaġġi li flimkien nisġu din l-istorja tal-passjoni. X'ġiegħel lil Tamar, mara Samaritana, tħalli s-skiet tal- moħba tagħha u titlaq tħaffef lejn Ġerusalemm? X'se ssib? Ma' min se tiltaqa'? Xi ġralha Mirjam minn Magdala? X'rat? Għaliex mhijiex f 'sikkitha? U min hu Valerius? Fejn jafha lil Tamar? X'qiegħda tipprova tagħmel Sara, mart Ħosegħa l-Fariżew? Għaliex tħossha ħatja? X'qiegħed jippjana Ħosegħa flimkien ma' sħabu? X'inhu l-iskop ta' moħħu? Dawn huma kollha mistoqsijiet li t-tweġibiet tagħhom jinsabu mistura fid- dramm "Id-Dawl tad-Dinja". Jakkumpanja lil Tamar hemm ħuha Ruben, li tilef id-dawl t'għajnejh f 'inċident. Jaf fejn jinsab? Jaf li hu u oħtu forsi waslu tard wisq? Għaliex? U appuntu minn hawn nindunaw min hu verament l-'agħma'. Il-qofol ta' dan id-dramm hu l-agħma, iżda b'mod partikulari l-agħma spiritwali; dak li jidhirlu li jara iżda fil-fatt huwa agħma. Dan id-dramm għandu kitba ta' JoAnne Debrincat u direzzjoni ta' Shaun Formosa. Il- produzzjoni se tkun qed issir fi ħdan il-Parroċċa San Sebastjan Martri, b'kollaborazzjoni mal- Kunsill Lokali Ħal Qormi. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jsegwi l-paġna tal- Facebook Drama Group San Sebastjan – Ħal Qormi. Il-biljetti jistgħu jinqatgħu b'donazzjoni ta' €6 fuq 7909 2963. TOI TOI huwa l-programm ta' Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel Il-qofol ta' dan id-dramm hu l-agħma, iżda b'mod partikulari l-agħma spiritwali