MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517530

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 17 TA' MARZU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Ħu togħma Spanjola għal żmien il-Ġimgħa l-Kbira bl-esebizzjoni li se tittella' fil-Ġimgħa Mqaddsa. Aktar minn 200 statwetta tal- Passjoni ta' Kristu, minn diversi lokalitajiet fi Spanja, se jkunu esebiti f 'wirja. L-istatwetti huma mżejnin bi lbies tal-bellus fin, bi ħjata kulur id-deheb jew il-fidda, u b'kollox magħmul bl-idejn. L-esebizzjoni se tinvolvi wkoll wirja ta' tpinġijiet, medalji u ritratti ta' purċissjonijiet Spanjoli. Din il-wirja twiegħed li tkun xhieda tal-ħila artistika li tinkorpora l-fidi u se sservi bħala pont bejn il-kultura Maltija u Spanjola. Il-wirja se ssir fil-Palazz Santa Marija, l-Imqabba, u se tkun miftuħa għall-pubbliku f 'dawn il-ġranet: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6:00pm – 9:30pm. Ħadd il-Palm: 9:45am – 12:30pm, 5:30pm – 10:00pm. Ħamis ix-Xirka: 10:00am – 12:00pm – 5:00pm – 12:00am. Il-Ġimgħa l-Kbira: 9:00am – 1:00pm. Ħadd il-Għid: 10:00am – 12:00pm. La Semana Santa – Esebizzjoni ta' aktar minn 200 statwetta fl-Imqabba Lesti ruħek għall-Festival Art Explora! Dan il-proġett uniku se jkun qed iġib l-ewwel mużew dgħajsa tad-dinja, fil-Mediterran. Il-mużew, f 'dgħajsa, se jieqaf fi 15-il pajjiż u 20 port mill-2024 sal-2026. Iddisinjat mill-periti Axel de Beaufort u Guillaume Verdier, il- mużew dgħajsa hu twil 46.5 metru u għoli 55 metru. Dan il-kapolavur se jospita sa 2,000 ruħ kuljum. Jinkludi fih wirja esklussiva bil- kollaborazzjoni tal-Mużew tal- Louvre, filwaqt li jesplora r-rwol u r-rappreżentazzjoni ta' figuri femminili fiċ-ċiviltajiet tal-Mediterran. Akkumpanjat minn Spazju Kreattiv u kkurat minn Daniel Azzopardi, lesti ruħek ukoll għal żona mal-moll mimlija avvenimenti kulturali. Il-programm jinkludi xeni ta' arti lokali u internazzjonali, u f 'diskussjonijiet jindirizza wkoll suġġetti rilevanti għar-reġjun tal- Mediterran. Ikseb il-biljetti tiegħek b'xejn mis- sit ta' Spazju Kreattiv. Dan il-proġett qed jittella' minn Spazju Kreattiv b'kollaborazzjoni ma' Art Explora Foundation u kofinanzjat minn Creative Europe. Bi sħab mal-Valletta Cruise Port, Valletta Waterfront, MaltaDaily, BayEasyMalta, Tokis, Cowfish & eCabs Malta. L-ewwel mużew dgħajsa fid-dinja, issa fil-Belt Valletta Il-produzzjoni tifli lill-bniedem post-Modern u tistaqsi jekk jeħtiġlux jitneżża' mill-ħafna qoxriet bla fejda li libes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 March 2024