MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517530

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' MARZU 2024 • illum ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries, għalik, l-istess Aries se jkun il-mument fejn se tkattar fik il-motivazzjoni sabiex bil-mod terġa' tibda tagħraf kemm il-ħajja ta' madwarek għandha opportunitajiet. Ħares biss 'il quddiem b'aktar determinazzjoni. Il-Kibx huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries, għalik, Cancer se jkun il- mument opportun sabiex tagħraf aħjar lilek innifsek. Issa trid tieqaf it tagħti lil dawk ta' madwarek sabiex f 'dan il-mument tagħraf fil-profond il-ħtiġijiet personali biss tiegħek. Il-Qabru huma magħrufin għall- ispontanjetà tagħhom. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries, għalik, Libra se jkun mument ideali ta' kif int se tkompli ssaħħaħ aħjar il-madwar tiegħek. Dan għandek tagħmlu sabiex tkun tista' taqsam u tippjana aħjar is-sitwazzjonijiet kollha, kemm dawk ta' madwarek, kif ukoll dawk li ġejjin. Analizza sew. Il-Miżien huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries, għalik, Sagittarius se jkun il- mument li jimliek b'dik l-aspirazzjoni f 'dak li int verament tixtieq twettaq. Għalkemm dan jista' jkun mument eċitanti għalik, żgur ikun il-waqt oppurtun għal ġimgħat ta' stabbiltà. Irrefletti. Il-Qaws huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries, għalik, Aquarius se jkun il- mument ta' indikazzjoni aktar ċara ta' kif minn issa għandek tkattar iżjed lilek innifsek. Huwa importanti li tkun komplut. Għalhekk emmen aktar fik innifsek fit-twettiq meħtieġ. Iż-Żir huma magħrufin li jimxu mal- mument Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-bidu tal-kalendarju Żodjaku 2024-25 L-ewwel żodjaku ta' Aries (Il-Kibx) FOR SALE QUAD BIKE BOMBARDIER 650CC (2006). My black and yellow beautiful almost immaculate, always serviced quad is, with a heavy heart for sale. She is licensed till October 2024 and road ready. It's now time for someone else to enjoy. Annual road is €259. Asking price is €4500. Call or WhatsApp on 79990807. LUIGI SGHENDO F'konferenza tal-aħbarijiet li saret fix-Xemxija, il- Partit tal-Ħodor (ADPD) ħareġ sejħa għar-reviżjoni immedjata tal-pjanijiet ta' żvilupp lokali. Huwa semma tħassib dwar proġett ta' kostruzzjoni propost li skontu "jhedded il-kwalità tal-ħajja" għar- residenti fiż-żona. Is-Segretarju Ġenerali tal-ADPD, Ralph Cassar, ikkundanna l-proġett u sostna li ż-żona magħżula mhux tajba biex takkomoda strutturi għolja. L-iżvilupp, li jinkludi pjanijiet għal bini għoli ta' 13-il sular flimkien ma' proġett fuq is-sit ta' qabel il-Mistra Village, qanqal għajb fost il-membri tal- komunità u l-attivisti ambjentali bl-istess mod. Huwa wissa li l-iżviluppi proposti se jżidu l-konġestjoni tat-traffiku u jaggravaw il-kwalità tal-arja, b'impatt dirett fuq il-benessri tar-residenti lokali. Cassar ikkritika n-nuqqas ta' assessjar komprensiv tal-impatt għal proġetti ta' din l-iskala. "Donnu kollox baqa' għaddej normali u l-arroganza għadha hemm qawwija u b'saħħitha b'aktar minn qatt qabel. Anke quddiem l-istorja tal- pajjiż ma jkollha l-ebda ħniena u tibqa' għaddejja gaffa fuq l-uniku spazju miuħ li baqgħalhom ir- residenti tax-Xemxija." Barra minn hekk, Cassar ġibed l-attenzjoni għat- telf tal-bijodiversità fiż-żona, filwaqt li staqsa dwar l-impenn tal-Gvern għal inizjattivi ta' konservazzjoni ambjentali fost żvilupp sfrenat. Huwa kkritika l-prijorità tal-profitt fuq il- preservazzjoni tal-pajsaġġi naturali, u kkritika t-trasformazzjoni tal-irħula. B'eku tas-sentimenti ta' Cassar, iċ-Chairperson tal-ADPD Sandra Gauci lamentat li l-gvern ma jindirizzax kwistjonijiet fi ħdan is-settur tal-kostruzzjoni, partikolarment fid-dawl ta' rivelazzjonijiet riċenti ta' negliġenza u fallimenti regolatorji. Gauci enfasizzat l-ħtieġa għal regolamentazzjoni aktar stretti u sorveljanza akbar biex jiġu evitati aktar sfruttamenti fil-komunitajiet lokali mill- iżviluppaturi. "Is-settur nemmnu li għandu jiġi regolat b'mod sever fid-dawl ukoll ta' dak li ħareġ mir-rapport ta Jean Paul Sofia. Ma nistgħux nibqgħu bi gvern wara l-ieħor jagħlaq għajnejh lejn dan is-settur u jħallih jgħaddi romblu fuq in-nies" qalet Gauci. Gauci ħeġġet liċ-ċittadini biex jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom għal prattiċi ta' żvilupp mhux sostenibbli, filwaqt li wiegħdet appoġġ mill- ADPD fl-isforzi tagħhom biex jissalvagwardjaw il- komunitajiet u l-ambjent. ADPD titlob għal reviżjoni urġenti tal-pjanijiet lokali b'rabta mal-iżvilupp fix-Xemxija Membri tal-ADPD organnizaw konferenza stampa b'rabta mal-iżvillup propost fix-Xemxija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 March 2024