Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517915
www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 24 TA' MARZU 2024 • NRU 910 → direct Sign up today! My card, digital, global & free. 2557 4400 medirect.com.mt MeDirect Bank (Malta) plc, company registration number C34125, is licensed by the Malta Financial Services Authority under the Banking Act (Cap. 371). Intervista ma' Angele Cuschieri PAĠNI 6 u 7 MARIANNA CALLEJA Myriam Spiteri Debono se tkun it- tnax-il president ta' Malta, u t-tielet president mara, minkejja li l-Partit Laburista imbutta lil Helena Dalli. Myriam Spiteri Debono bdiet tissemma għall-pożizzjoni nhar il- Ħamis li għadda, iżda sorsi qalu lil din il-gazzetta li l-possibbiltà li din issir President ta' Malta hi garantita, bil-vot għal dan iseħħ fil-parlament nhar l-Erbgħa li ġej. Il-kabinett ta' Abela kellu jaffaċċja dilemma maħluqa mill-insistenza tal- Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li rrifjuta kwalunkwe membru mill- eks kabinett ta' Joseph Muscat isir president. L-ILLUM kienet infurmata wkoll li ċ-chats tad-delegati Laburisti kienu mimlija tifħir lejn l-għażla ta' Myriam Spiteri Debono. Għażla li Robert Abela kellu jbaxxi rasu lejha. Sorsi qrib id-diskussjonijiet qalu lill-gazzetta ILLUM li qabel il-vot tal-Erbgħa, il-grupp parlamentari Laburista, u dak Nazzjonalista se jiltaqgħu separatament biex jaċċettaw lil Spiteri Debono. Fil-ġimgħat li għaddew, l-ILLUM osservat id-diskussjonijiet bejn Abela u Grech mill-qrib, b'sorsi jgħidu li l-ewwel diskussjonijiet tal-mexxejja f 'Kastilja kienu ċivili u kordjali. Iżda minkejja l-kliem fieragħ, qatt ma kien hemm qbil fuq isem, għajr fil-laqgħa tal-aħħar. Il-leġiżlatura tal-President George Vella tasal fi tmiemha f 'April, bi Spiteri Debono issa tiddendel sakemm takkwista l-maġġoranza ta' żewġ terzi minn tal-voti biex tkun eletta. Spiteri Debono, 72 sena, kienet il- President tal-Kamra bejn l-1996 u l-1998, waqt li Alfred Sant kien Prim Ministru. Hija kienet l-ewwel mara li qatt okkupat din il-kariga, wara li kkontestat f 'elezzjonijiet f 'isem il- Partit Laburista. Issa ċerta li Spiteri Debono se tkun it-tnax -il President ta' Malta L-ARUC bla ras, Leonid McKay jitmexxa għall- Jobsplus ELAINE CAMILLERI Leonid McKay se jkun qiegħed imexxi l-aġenzija tal-Jobsplus, b'konswegwenza tal-inkjesta pubblika ta' Jean Paul Sofia. McKay kien Kap Eżekuttiv ta' ARUC, l-awtorità li tirregolarizza l-kannabis. Sors qrib il-Gvern ikkonferma li McKay ingħata l-kariga ġdida fi ħdan il-Jobsplus għall- "kredenzjali soċjali" tiegħu. L-aġenzija Jobsplus għaddiet minn taħt il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana għal taħt it-tmexxija tal- Ministru għall-Affarijiet Interni Byron Camilleri x-xahar li għadda. Il-konklużjonijiet tal-Inkjesta Pubblika ta' Jean Paul Sofia qalu li l-aġenzija ma kellhiex immaniġġjar u moniteraġġ tajjeb tal-permessi tax-xogħol maħruġa lill- ħaddiema barranin. "Il-Gvern irid idaħħal aktar kontrolli biex jitneħħa l-abbuż tal-ħaddiema barranin, filwaqt li jiżgura li dawk biss li huma meħtieġa jinġiebu Malta u Leonid McKay qed jitqies bħala l-persuna li tista' tagħmel dan mal- umanità," qal is-sors. McKay se jkun qed jieħu post il-Kap Eżekuttiv tal- Jobsplus Alexia Vella, li wkoll ġiet imċanfra fl-inkjesta Sofia. Myriam Spiteri Debono se tkun it-tnax-il president ta' Malta Leonid McKay