MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517915

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 24 TA' MARZU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Is-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija Mqabba, se jtellgħu dramm miktub minn Jean Paul Muscat. Dan id-dramm jiċċentra temi kurrenti ta' bullying fuq l-internet u se jmiss ukoll ma' avvenimenti storiċi li seħħew f 'Ġerusalemm 2000 sena ilu li se jġiegħel lill-udjenza tixtarr fuq ir-realtà ta' bosta. L-għan tad-dramm huwa li jixħet dawl fuq il-bullying li jeżisti wkoll fuq l-internet fost l-adolexxenti. Id-dramm se juri kif kawża tal-bullying, persuna tisfa' iżolata u waħidha. Il-protagonist se jieħu lill-udjenza fuq vjaġġ diffiċli ta' sfidi iżda bil-fidi u bl-għajnuna ta' Alla jasal biex iqum fuq saqajh. Dan id-dramm se jservi ta' tagħlima biex dejjem naqbżu għalina nfusna u ma nħallu lil ħadd jabbużana jew iġegħelna nħossuna ħażin. Id-dramm se jsir fis-sotterran ta' Palazz Santa Marija, l-Imqabba. Il-ftuħ uffiċjali se jkun fit-22 ta' Marzu 19:00-21:00. Il-produzzjoni ssir ukoll f 'Ħadd il-Palm 24 ta' Marzu 11:00-13:00, f 'Ħamis ix- Xirka 28 ta' Marzu 19:30-00:00 u fil-Ġimgħa l-Kbira 29 ta' Marzu 8:30-12:00. Is-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija bil- produzzjoni 'Għaliex Twarrbuni?' Ġewwa l-Mużew Il-Ħaġar fil-qalb tar- Rabat Għawdex, se ssir wirja ta' pasturi lokali esebiti parti mill-attivitajiet tal- Ġimgħa l-Kbira. Carmel Farrugia mir-Rabat Għawdex huwa l-moħħ u l-idejn wara din il-wirja kurjuża li turi xeni mill-Via Crucis maħduma mit-tafal. Il-pasturi jispiraw devozzjoni infantili u innoċenti propja ta' kif għandha tkun il-fidi. B'paċenzja liema bħalha, Farrugia ħoloq din il-purċissjoni bħala rappreżentazzjoni tas-soċjetà lokali fejn ir-reliġjon għadha tintiseġ ma' ħjut oħra li jiffurmaw id-drapp tal-ħajja Għawdxija. Il-wirja ġiet esebita għall-ewwel darba 25 sena ilu, f 'dimensjoni iżgħar fil-Bażilika ta' San Ġorġ, Għawdex, imbagħad dejjem kompliet tiżdied fl- istatwetti ġodda. L-aħħar figurini miżjuda huma l-personaġġi bil-forċina, erba' figurini ġodda għal kull statwa fil-purċissjoni. L-immudellar tal-pasturi jseħħ bl- għajnuna ta' forma speċifika u li mbagħad jiġu miżjuda magħha l-idejn, ir-ras, u partijiet oħra tal-ġisem. Din id-darba l-isfond jirrappreżenta faċċati ta' bosta djar u ħwienet u niċeċ madwar it-toroq tal-belt kapitali, minn fejn is-soltu tgħaddi l-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira. Ix-xogħol ta' Farrugia jservi bħala niċċa ġewwa l-ħajja tan-nies tar-raħal, tar- rutina tagħhom madwar il-belt, li kulma jmur dejjem qed tintegra mal-modernità. Il-wirja se tkun esposta fil-Mużew, Livell -1, mis-Sibt 17 ta' Frar sal-Ħadd 7 ta' April 2024. Il- Ħaġar huwa miftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd, bejn id-9:00 a.m. u l-5:00 p.m. Dħul huwa dejjem b'xejn. Israq ħarsa fil-ħajja tar-Rabtin f'wirja ta' pasturi f'Għawdex Id-dramm se juri kif kawża tal-bullying, persuna tisfa' iżolata u waħidha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 March 2024