Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517915
13 kultura IL-ĦADD 24 TA' MARZU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Segwi l-passjoni ta' Ġesu kristu mill-lenti oħra, fix-xeltar tal-paroċċa San Ġorġ Ħal Qormi. Miftuħa għal pubbliku matul il-ġimgħa mqaddsa, 'Idejja Maħsula,' teħodna matul il- vjaġġ ta' ġesu Krist f 'wieħed mill-iljieli iebsa tiegħu. Mit-tradiment fil-ġnien tal-Ġetsami, għas- salba tiegħu fuq il-Golgota, din id-darba in- nies jimxu ma' Klaudia l-mara ta' Pilatu. Is-sbejħa mħassba tiltaqa' ma bosta għażliet matul it-triq, b'kull għażla li tagħmel twassal għal konsegwenzi li aħna nafu bihom bil-qari tal-ktieb imqaddes tal-Bibbja. Imma x'jiġri jekk l-għażla li tieħu ma kinitx it-tajba? X'jiġri jekk għażla m'għandekx? Id- destin inti tagħmlu? Jew miktub għalik? Trid tkun xhud tad-deċiżjonijiet ta' Klaudia? Żur ix-xelter f 'Ħal Qormi, pass 'l bogħod mill- Knisja ta' San Ġorġ, u imxi mal-atturi l-mixja tal-passjoni. Din il-produzzjoni, mtella' minn 4Teenth Productions se tkun miftuħa nhar il-Erbgħa u Ħamis ta' Marzu, kull nofs-siegħa, mit-8pm 'il quddiem, u l-Ġimgħa, l-istess, imma mid-9am sal-12pm. B'kitba ta' Kirsten Mifsud Schembri Vella u direzzjoni ta' Josue Formosa, Idejja Maħsula qed issir b'kollaborazzjoni mal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Qormi A.D. 1919 u l-Kunsill Lokali Ħal Qormi Postijiet jistgħu jiġu rreservati biss għall- Erbgħa 27 ta' Marzu. Il-Ħamis u l-Ġimgħa jidħlu dawk li jiġu l-ewwel. Għal iktar informazzjoni, ċemplu 79093503 jew ibatu messaġġ fuq pr.4teenth@gmail.com. Idejja Maħsula: Il-passjoni ta' Ġesu f'xelter tal-gwerra f'Ħal Qormi Ħajjitna, dramm għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa minn Skene Ħajjitna huwa dramm dwar il-ħajja għalkemm ilaqqagħna mal-mewt kiefra fuq Salib. Huwa dramm dwar bnedmin li f 'xi ħin ta' ħajjithom ħabtu wiċċ imb'wiċċ ma' Ġesù ta' Nazzaret. U quddiem dan Ġesù mhux kulħadd iġib ruħu l-istess, min iħobbu, min jagħdru, min isaħħru, min jużah għal skopijiet ta' moħħu u min jeħodha kontrih. Il-personaġġi ta' dan id- dramm b'xi mod jirrappreżentaw l-umanità; lilna li wiċċ imb'wiċċ ma' Ġesù, f 'xi ħin ta' ħajjitna rridu nagħżlu x'se nagħmlu. Kultant mhux faċli u xi drabi naqgħu fix-xibka u nitfixklu bħal ma tfixklu Ġuda, Pietru, Pilatu u s-Sanhedrin. Xi drabu nkunu ewforiċi bħalma kienu Magdala u Ester imma dan hu s-sabiħ li tiltaqa' ma' Ġesù ta' Nazzaret għax Hu jibdillek ħajtek u tħoss li għandek tiftaħ qalbek miegħu. Ħajjitna huwa dramm minsuġ bejn storja u fantasija, b'karattri storiċi u oħrajn maħluqa biex joħroġ il-messaġġ. Il-produtturi jittamaw li dan id-dramm jgħinkom ukoll tirriflettu. Id-dramm huwa miktub minn Patri Ġwann Abela u għandu direzzjoni ta' Joseph Fenech u Marvic Massa. Se jittella' fit- Teatru Metanoia nhar it-23 u l-24 ta' Marzu 2024 'Idejja Maħsula' teħodna matul il-vjaġġ ta' ġesu Krist f 'wieħed mill-iljieli iebsa tiegħu Id-dramm huwa miktub minn Patri Ġwann Abela u għandu direzzjoni ta' Joseph Fenech u Marvic Massa