MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517915

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 intervista illum • IL-ĦADD 24 TA' MARZU 2024 il-fejqan" il-fejqan u f 'dawk il-mumenti li jkollok il-familja viċin hija bżonn għall-pazjent. In-natura tal-Maltin hija ġeneruża, b'qalb kbira. Avolja żgħar u jgħidulna li aħna tikka fil-Mediterran, qalbhom kbira ħafna. KEMM JGĦIN NIES FIS-SENA PUT TINU? Tul is-snin, Puttinu għen mijiet ta' familji. Biss biss, 90 pazjent jitla' Londra fix-xahar. Nixtiequ li ngħinu lil kollha kemm huma u lil kull pazjent li jkollu bżonn jitla' l-Ingilterra, li jsib appartament jistennieh b'saqaf fuq rasu fejn ma jħallas xejn għall- akkomodazzjoni. Puttinu jgħin lil kull min jiġi bżonn akkomodazzjoni barra minn Malta. L-akkomodazzjoni fl- Ingilterra, l-iktar fiċ-ċentru, tiswa eluf bejn 6,000-8,000 fix-xahar. TISTA' TAQSAM MAGĦNA XI MEMORJA LI BAQGĦET IMNAQQXA F'MOĦĦOK? Għandi ħafna memorji li jibqgħu mnaqqxin f 'moħħi għaliex tul dawn l-20 sena li ilni naħdem ma' dawn il- pazjenti, hemm ħafna memorji li jġibu ferħ kif ukoll niket. Però naħseb waħda mill-isbaħ memorji hija meta rnexxielna nsibu din il-binja. Anki kull darba li jfiq pazjent għalina dik hija ġurnata ta' ferħ għaliex aħna narawhom jikbru, jiggradwaw, jiżżewġu u jistidnuna għat-tieġ, u jkollhom it-tfal. Kull meta mmur tieġ, dawk il-memorji jibqgħu miegħek. Anke dawk li jħalluna jibqgħu mnaqqxa f 'qalbna u l-imħabba li jkunu għallmuna nġorruha tul ħajjitna. MIN HI DIK IL-PERSUNA LI TISPIR AK BIEX TIBQA' GĦADDE JJA F'DAN IX- XOGĦOL? Meta nara l-pazjenti daqsekk żgħar jieħdu trattament iebes u xorta jibqgħu jidħlu ħdejna u jitbissmu u jħarsu b'mod pożittiv 'il quddiem – dawk huma nies li jispirawna. Il-pazjenti stess jispirawna u l-imħabba bla kundizzjoni tal-ġenituri tagħhom li jkunu abbandunaw kollox biex jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom. B'ĦARSA 'L QUDDIEM, X'HEMM PJANAT GĦAL PUT TINU? HEMM XI PROĠET TI LI TIXTIEQU T WET TQU? Għandna biċċa art il-Mosta li nixtiequ niżviluppaw. Għandna x-xewqa li din niżviluppawha f 'ċentru ħolistiku fejn il-pazjenti jkunu segwiti tul it-traġitt kollu tagħhom mill-bidu sal-aħħar. Anke wara li jkunu fiequ u ħelsu mit- trattament. Anke jekk sfortunatament il-pazjent iħallina, nibqgħu nsegwu lill- familjari ta' dawk il-pazjenti. Dan isir billi, fost oħrajn, noffrulhom servizzi ta' psikoloġija u gruppi ta' sapport. "Il-pazjenti stess jispirawna" Proġett ġdid ġewwa Londra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 March 2024