Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518642
www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 7 TA' APRIL 2024 • NRU 912 Intervista ma' Peter Agius PAĠNI 6 - 7 Il-memorja qasira tal-pubbliku u tal-politiċi taż-żewġ naħat hija xokkanti. Għaddew għaxar snin mill-iskandlu taż-żejt fejn rajna lil George Farrugia bħala l-moħħ ċentrali wara l-iskandlu taż-żejt fl-Enemalta. Għaxar snin wara li Farrugia ngħata maħfra Presidenzjali rajnieh imexxi d-dipartiment kummerċjali tal-enerġija fil- kumpanija privata Bonnici Brothers. Farrugia kien kruċjali biex Bonnici Brothers jirbħu tender imdaqqas ta' madwar 37 miljun biex jibnu power station żgħira għall-Enemalta. U dan minkejja l-fatt li l-Enemalta kienu jafu li l-moħħ wara dan it-tender kien Farrugia stess, li serva bħala konsulent ma' din il-kumpanija. "Imnalla n-nies jinsew u l-oppożizzjoni mejta għax kieku b'dan it-tender kien ikollna tsunami," sorsi għoljin fil-Gvern qalu lil din il-gazzetta. TKOMPLI F'PAĠNA 3 Jirbħu tender ta' miljuni bil- ħila ta' George Farrugia, il- moħħ wara l-iskandlu taż-żejt OLAF tinvestiga lil Buhagiar dwar allegat abbuż ta' fondi Ewropej MARIANNA CALLEJA L-Aġenzija Ewropea kontra l-Frodi (OLAF) qed tinvestiga l-iżviluppatur Kurt Buhagiar, bħalissa akkużat bl-omiċidju nvolontarju ta' Jean Paul Sofia, minħabba allegat abbuż ta' fondi Ewropej. Kien il-kandidat għall-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew Peter Agius illi għamel ir- rapport lill-aġenzija. Ifakkar dwar dan f 'intervista mal-ILLUM, Agius qal li Buhagiar ħa tlett fondi minn skemi differenti, għal "razzett tan-nagħaġ." Minflok, skont Agius, Buhagiar bena villa, b'drive- in u garaxx f 'art ODZ. "Dan meta bdiewa ġenwieni, bdiewa li jridu jaqilgħu x'jieklu min-nagħaġ tagħhom, ġieli ma jarawx sold mill-istess skemi," Agius qal lill- ILLUM. Minn investigazzjoni indipendenti, Agius skopra li Buhagiar l-ewwel darba ħa €150,000, l-iktar li tista' tieħu f 'dik is-sejħa li ħarġet. It-tieni darba ħa €136,000, "biex ikompli jkabbar ir- razzett" u t-tielet darba ħa €62,000. "Issa jiena mort fuq il-post, u ma rajt l-ebda nagħġa, ma rajt l-ebda ħaġa li turi li dan hu razzett," Agius qal. Il-kandidat ikkonferma li OLAF, fi klemu, "istituzzjoni rispettata," qed tinvestiga jekk sarux abbużi mill-fondi tal-UE. Aqra aktar f 'paġni 6 u 7, dwar dan is-suġġett u aktar, f 'intervista li Agius kellu ma din il-gazzetta. George Farrugia, il-moħħ wara t-tender ta' Bonnici Brothers kien ukoll il-moħħ tal-iskandlu taż-żejt fl-Enemalta f '2013