MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518642

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' APRIL 2024 • illum aħbarijiet LUIGI SGHENDO Il-kaċċa f 'Malta kienet ta' kontroversja tul iż-żmien, tant li saħansittra fl-2015 Malta ivvotat favur jew kontra f 'referendum. Imma lil hinn mill-kontroversja, din il-prattika antika tittraxxendi l-ġenerazzjonijiet u tinseġ narrattiva ta' konnessjoni man- natura u l-komunità. F'ambjent inqas kwiet, u inqas ħadrani, propju fl-uffiċini tagħna, Lucas Micallef poġġa miegħi biex ifehemni aktar xi jfisser għalih dan id-delizzju. Għal Micallef, il-kaċċa mhux biss li timmira lejn l-għasafar. Skontu, huwa sforz ħolistiku li għandu għeruq fondi fil-ġestjoni u konnessjoni mal-ambjent. Micallef jispjegali kif trabba f 'ambjent li jħaddan id-delizzju tal-kaċċa, delizzju li baqa' jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra. "Nemmen li kull wieħed minna jkollu xi naqra stint. Fil-fatt hija evoluzzjoni li għenet il-bniedem fl-antropoloġija. Meta tikber f 'dak l-ambjent aktar tapprezza u tiġi konness man-natura." Huwa żied jgħid li d-delizzju ta' kaċċatur ma jikkonsistix biss fi sparaturi lejn it-tjur imma huwa ferm iktar profond hekk kif elenka l-ħidma li jwettaq biex iżomm ambjent nadif u b'saħħtu fosthom żbir tas-siġar, tneħħija ta' speċi u pjanti aljeni invażivi, fost oħrajn. Jirrakkonta kif għalih il- preparamenti ta' kaċċatur huma simili għal dak ta' sajjied hekk kif lejliet il-ġurnata tal-kaċċa, jibda billi janalizza t-temp. Dan hu proċess kruċjali li jgħinu jiem bejn wieħed u ieħor liem speċi se jikkaċċja u minn fejn. "Għasfur ma jpassix għall-gost, ipassi għax l-ambjent li jkun fih ma jqisux sigur, eżempju għax ma jkunx hemm ikel jew minħabba kesħa estrema," kompla Micallef filwaqt li jidħol f 'dettall fuq l-importanza tad-direzzjoni u forza tar-riħ li jiggwidawh. Micallef spjega wkoll ir- relazzjoni mhux mistennija li l-kaċċatur għandu mal-qamar. Dan minħabba l-fatt li d-dawl ta' qamar sħiħ jgħin lill-għasfur ipassi billejl. "Ġieli mal-lejl nisimgħu ċerti għasafar bħall-imliebez, sakemm ma jisbaħ ma tara xejn għax jibqa' jpassi" qal Micallef. Fil-ġurnata tal-kaċċa, Micallef jgħid li jinnota relazzjoni b'saħħitha bejn familji u ħbieb, speċjalment illum il-ġurnata fejn kulħadd spiċċa bil-ħajja mgħaġġla tiegħu. Micallef jgħid li l-wasla tal- istaġun, għalih, tkun l-iktar perjodu li jkun viċin missieru. "Inqattgħu sigħat twal flimkien u ngħaddu kelmtejn fid-dura u bħali naf ħafna nies li jesperjenzawha ... Bil-ħajja mgħaġġla tal-lum, meta tasal fil-post fejn tikkaċċja, tinqata' għalkollox, ikolli ngħid anke n-nuqqas ta' servizz tal-mobile jaqtgħek mill-ħajja mgħaġġla u meta nara sbieh il-jum, tlugħ ix- xemx, in-natura tqum, il-uri jlewnu l-ambjent ... inħossni kuntent u seren f 'dan l-ambjent." Il-konverżazzjoni li kelli ma' Micallef għarrfitni fl-ammont ta' ħin li kaċċatur għaqli jinvesti biex iżomm ambjent nadif. Staqsejtu jekk iqisx lilu nnifsu bħala ambjentalist, Micallef qabel u qal li dan il-ħsieb jixtieq jiddiskutih mal-poplu, speċjalment dawk xettiċi tal- kaċċaturi. "Ħafna nies jaħsbu li mmorru nikkargaw is-senter qisna qegħdin ġo gwerra, meta fil-verità mhux hekk l-affari," qalli bi tbissima. Staqsejtu kif jiddeċiedi liema tajr se jispara u kif kaċċatur jiddeċiedi x'se jikkaċċja, Micallef spjega kif huwa jiem li l-kaċċa mhix ibbażata fuq kemm wieħed jispara. Bla tlaqliq ta' xejn qalli li "min irid jispara ... imur għall-plattini." "Jien ma mmurx biex ngħid li qtilt it-tajr, hemm l-element sportiv flimkien mal-element tal- etika u qabda ġusta," temm jgħid Micallef. Rigward l-element ta' gastronomija, Micallef qalli li qed jinħadem ktieb ibbażat fuq riċetti tal-kaċċa, fejn 13-il kok lokali, inkluż kemm studenti u anke kokijiet rinomati qed jiktbu riċetti magħmulin kemm għal ikla ħafifa imma wkoll għal fine dining. Fil-ktieb se jinkludu saħansitra l-eqdem żewġ riċetti Maltin iddokumentati; il-pastizz tal- fenek u s-summien imħawwar fil- weraq tad-dwieli. "Dan il-ktieb għandu l-għan li jqajjem għarfien fuq l-importanza ta' ikel li huwa tajjeb għas-saħħa, li huwa sostenibbli u aċċessibbli, u għalhekk se jsir bl-Ingliż." Lucas Micallef huwa wkoll il-President tal-Federazzjoni Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti (FKNK). Delizzji Maltin: Familja b'gabjetta, u dura... Il-kaċċatur Malti Fil-qalb dak li jagħmilna Maltin hemm tapizzerija ta' delizzji u eku ta' tradizzjonalità. Luigi Sghendo din il-ġimgħa jitkellem ma' Lucas Micallef, kaċċatur. Lucas Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 April 2024